LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w24 Diċembru p. 30
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
  • Materjal Simili
  • L-Anġli—“Spirti Għal Servizz Pubbliku”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Min huma l-anġli jew x’inhuma?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Kif l-Anġli Jistgħu Jgħinuk
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • L-Anġli—Kif Jeffettwawna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
w24 Diċembru p. 30

Mistoqsijiet mill-Qarrejja

Min huma “l-anġli magħżulin” li jsemmi l-​1 Timotju 5:21?

L-appostlu Pawlu kiteb lil Timotju li kien anzjan bħalu: “Nikkmandak quddiem Alla, Kristu Ġesù, u l-anġli magħżulin biex tobdi dawn l-istruzzjonijiet mingħajr preġudizzju jew preferenza.”—1 Tim. 5:21.

L-ewwel se naraw min mhumiex dawn l-anġli magħżulin. Dawn żgur mhumiex il-144,000. Meta Pawlu kiteb lil Timotju, l-ebda Kristjan magħżul ma kien irxoxtat fis-sema. L-appostli u l-magħżulin l-oħra kienu għadhom ma sarux ħlejjaq spirti fis-sema, allura ma jistax ikun li dawn kienu “l-anġli magħżulin.”—1 Kor. 15:​50-54; 1 Tes. 4:​13-17; 1 Ġw. 3:2.

It-tieni, “l-anġli magħżulin” mhumiex l-anġli diżubbidjenti taʼ żmien id-Dulluvju. Dawk l-anġli żammew maʼ Satana, saru demonji, u ħaduha kontra Ġesù. (Ġen. 6:2; Luqa 8:​30, 31; 2 Pt. 2:4) Fil-futur dawn l-anġli se jintefgħu fl-abbiss max-Xitan għal 1,000 sena u wara se jinqerdu darba għal dejjem.—Ġuda 6; Riv. 20:​1-3, 10.

“L-anġli magħżulin” li Pawlu semma fil-vers milli jidher huma anġli fis-sema li ħadmu flimkien maʼ “Alla [u] Kristu Ġesù.”

Hemm “għaxriet t’eluf t’anġli” leali. (Lhud 12:​22, 23) Imma qatt ma rridu naħsbu li l-anġli għandhom l-istess inkarigu. (Riv. 14:​17, 18) Pereżempju, Ġeħova uża anġlu wieħed biex joqtol 185,000 suldat Assirjan. (2 Slat. 19:35) Xi anġli għandhom l-inkarigu biex “ineħħu mis-Saltna [taʼ Ġesù] lil dawk li jġiegħlu lil oħrajn jidinbu u lil dawk li jagħmlu l-ħażen.” (Mat. 13:​39-41) Hemm oħrajn li forsi se jingħataw ix-xogħol li “jiġbru l-magħżulin” fis-sema. (Mat. 24:31) U hemm anġli oħrajn li l-inkarigu tagħhom hu li ‘jipproteġuna kull fejn immorru.’—Slm. 91:11; Mat. 18:10; ara l-prinċipju f’​Mattew 4:11; Luqa 22:43.

Anġlu qed jidderieġi lil koppja lejn dar waqt li qegħdin jippritkaw. Fid-dar hemm raġel qed jitlob.

“L-anġli magħżulin” li jissemmew fl-​1 Timotju 5:21 milli jidher kienu anġli b’inkarigu speċjali biex jieħdu ħsieb il-kongregazzjonijiet. Fil-kuntest tal-vers, Pawlu ta parir dwar kif l-anzjani għandhom jagħmlu xogħolhom u li l-aħwa għandhom jirrispettawhom. Pawlu qal li l-anzjani qatt m’għandhom juru “preġudizzju jew preferenza,” u m’għandhomx jieħdu deċiżjonijiet qabel jaħsbu sew dwarhom. Ir-raġuni għala għandhom jieħdu l-parir li tahom Pawlu bis-serjetà hi għax “qegħdin quddiem Alla, Kristu Ġesù, u l-anġli magħżulin.” Dan ifisser li Ġeħova, Ġesù, u l-anġli magħżulin qegħdin jaraw kif l-anzjani qed jieħdu ħsieb il-kongregazzjoni. Mela huwa ċar li xi anġli għandhom inkarigu li jgħinu fil-kongregazzjoni ħalli jipproteġuha, jieħdu ħsieb ix-xogħol tal-ippritkar, u anke jgħidu lil Ġeħova x’qed jiġri.—Mat. 18:10; Riv. 14:6.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja