LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w25 Marzu pp. 20-25
  • Għix Skont il-Fidi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għix Skont il-Fidi
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • META TAGĦŻEL XOGĦOL
  • META TAGĦŻEL LIL MIN SE TIŻŻEWWEĠ
  • META L-ORGANIZZAZZJONI TTINA DIREZZJONI
  • Deċiżjonijiet li Juru li Tafda f’Ġeħova
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2023
  • Kun Umli u Aċċetta li Hemm Affarijiet li Ma Tafx
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
  • Kif Tistaʼ Tneħħi d-Dubji
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
  • Kif Tieħu Deċiżjonijiet li Jogħġbu lil Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
w25 Marzu pp. 20-25

ARTIKLU GĦALL-ISTUDJU 12

GĦANJA 119 Irid ikollna l-fidi

Għix Skont il-Fidi

“Aħna ngħixu skont il-fidi u mhux skont dak li naraw.”—2 KOR. 5:7.

DAK LI SE NITGĦALLMU

Kif nistrieħu fuq dak li jgħid Ġeħova meta jkollna nieħdu deċiżjonijiet importanti.

1. Pawlu għala kien ferħan meta ħaseb dwar kif għex ħajtu?

L-APPOSTLU PAWLU kien jaf li dalwaqt kien se jinqatel, imma meta ħaseb dwar kif għex ħajtu kien ferħan. Fil-fatt hu qal: “[Jien] ġrejt it-tellieqa sal-aħħar, u żammejt il-fidi soda.” (2 Tim. 4:​6-8) Pawlu kien ħa l-aqwa deċiżjoni biex juża ħajtu ħalli jaqdi lil Ġeħova. Allura kien jaf li Ġeħova kien ferħan bih. Aħna wkoll nixtiequ li f’ħajjitna nieħdu deċiżjonijiet tajbin u li Ġeħova jkun ferħan bina. Kif nistgħu nagħmlu dan?

2. Xi jfisser li ngħixu skont il-fidi?

2 Dwaru nnifsu u dwar Kristjani leali oħra, Pawlu qal: “Aħna ngħixu skont il-fidi u mhux skont dak li naraw.” (2 Kor. 5:7) X’ried ifisser? Xi ħadd li m’għandux fidi f’Ġeħova jieħu deċiżjonijiet skont dak li jara, jismaʼ, u jħoss biss. Imma xi ħadd li għandu l-fidi jaħseb dwar x’jixtiequ jagħmel Ġeħova qabel jieħu deċiżjoni. B’hekk ikun qed juri li hu ċert li jekk jimxi mal-pariri tal-Bibbja, se jkollu ħajja aħjar bħalissa u li fil-futur Ġeħova se jippremjah ħafna iktar.—Slm. 119:66; Lhud 11:6.

3. Għala jkun tajjeb li ngħixu skont il-fidi? (2 Korintin 4:18)

3 Kultant kollha kemm aħna nieħdu deċiżjonijiet skont dak li naraw, nisimgħu, u nħossu. Imma jekk nistrieħu biss fuq dawn l-affarijiet, meta nieħdu deċiżjonijiet importanti probabbli se jkollna xi problemi. Għala? Għax dak li naraw u nisimgħu jistaʼ jqarraq bina. Anki jekk l-affarijiet li naraw u nisimgħu nkunu nistgħu nafdawhom, jekk nagħtu kas lilhom biss nistgħu nagħmlu xi ħaġa li Ġeħova ma jixtiqniex. (Ekk. 11:9; Mat. 24:​37-39) Imma meta nieħdu deċiżjonijiet fuq dak li tgħid il-Bibbja, dawn se jkunu “affarijiet li jaċċetta l-Mulej.” (Efes. 5:10) Jekk nobdu l-pariri taʼ Ġeħova, se nkunu vera ferħanin u ma nħossuniex anzjużi. (Slm. 16:​8, 9; Isa. 48:​17, 18) U jekk nibqgħu nistrieħu fuq il-gwida taʼ Ġeħova, fil-futur se ngħixu għal dejjem.—Aqra 2 Korintin 4:18.

4. Kif nistgħu nkunu nafu jekk hux qed ngħixu skont il-fidi jew skont dak li naraw?

4 Kif nistgħu nkunu nafu jekk hux qed ngħixu skont il-fidi jew skont dak li naraw? Kulħadd għandu jsaqsi lilu nnifsu: Meta nieħu deċiżjoni fuq xiex nistrieħ? Nistrieħ biss fuq dak li nistaʼ nara jew fuq il-pariri taʼ Ġeħova? F’dan l-artiklu se naraw kif nistgħu ngħixu skont il-fidi fi tliet sitwazzjonijiet importanti. L-ewwel, meta tagħżel xogħol. It-tieni, meta tagħżel lil min se tiżżewweġ. U t-tielet, meta l-organizzazzjoni ttina direzzjoni. Għal kull waħda se niddiskutu fuq xiex għandna naħsbu biex nieħdu deċiżjoni tajba.

META TAGĦŻEL XOGĦOL

5. Meta nagħżlu xogħol xi jkun normali li nagħmlu?

5 Kulħadd jixtieq li jkun jistaʼ jipprovdi għall-familja u għalih innifsu. (Ekk. 7:12; 1 Tim. 5:8) Mhux ix-xogħlijiet kollha għandhom l-istess paga. Hemm xogħlijiet li għandhom paga tajba li biha xi ħadd jistaʼ jieħu ħsieb il-familja u anki jfaddal xi ħaġa. Imma hemm xogħlijiet oħra li jkollhom inqas paga, li biha xi ħadd ikollu biss l-affarijiet bżonjużi biex jgħix hu u tal-familja. Allura meta niġu biex nagħżlu xogħol, hu normali li naraw kemm se naqilgħu flus. Imma jekk dan ikun l-unika ħaġa dwar xiex naħsbu nkunu qed ngħixu skont dak li naraw.

6. Kif nistgħu nuru li qed ngħixu skont il-fidi meta nagħżlu xogħol? (Lhud 13:5)

6 Jekk qed ngħixu skont il-fidi, se naħsbu wkoll kif ix-xogħol li nagħżlu se jeffettwa l-ħbiberija tagħna maʼ Ġeħova. Nistgħu nsaqsu: ‘Waqt ix-xogħol se jkolli nagħmel xi affarijiet li Ġeħova jobgħod?’ (Prov. 6:​16-19) ‘Se jkolli nitlef xi laqgħat, innaqqas is-service, jew innaqqas il-ħin biex nagħmel l-istudju personali? Se jkolli nsiefer għal xi żmien u nkun ’il bogħod mill-mara u t-tfal?’ (Flp. 1:10) Jekk twieġeb iva għal waħda minn dawn il-mistoqsijiet, ikun għaqli li ma taċċettax ix-xogħol avolja jistaʼ jkun diffiċli biex issib ieħor. Peress li nistrieħu fuq il-pariri tal-Bibbja, aħna nieħdu deċiżjonijiet li juru li aħna ċerti li Ġeħova se jieħu ħsiebna.—Mat. 6:33; aqra Lhud 13:5.

7-8. Ħu mill-Amerka t’Isfel kif wera li qed jgħix skont il-fidi? (Ara wkoll l-istampa.)

7 Ara kif ħu mill-Amerka t’Isfel jismu Javiera ra kemm hu importanti li jgħix skont il-fidi. Hu qal: “Applikajt għal xogħol ieħor fil-kumpanija li kont naħdem fiha. Il-paga kienet se tkun id-doppju taʼ li kelli u x-xogħol kien jogħġobni ħafna.” Imma hu xtaq ukoll jibda jaqdi bħala pijunier. Hu jkompli jgħid: “Kelli interview mal-maniġer. Qabel dħalt tlabt lil Ġeħova jgħinni għax kont ċert li hu jaf x’inhu l-aħjar għalija. Jien xtaqt li jkolli pożizzjoni aħjar fix-xogħol u paga aħjar imma jekk ix-xogħol kien se jwaqqafni milli nilħaq il-miri spiritwali tiegħi, ma ridtux.”

8 Javier jgħid: “Fl-interview, il-maniġer qalli li kelli nagħmel ħafna overtime. Jien b’rispett spjegajtlu li minħabba li naqdi lil Ġeħova ma stajtx.” Allura Javier iddeċieda li ma jaċċettax ix-xogħol. Ġimagħtejn wara, hu beda jaqdi bħala pijunier u iktar tard dik is-sena sab xogħol ieħor part-time. Hu jkompli jgħid: “Ġeħova semaʼ t-talb tiegħi u għenni nsib xogħol li bih nistaʼ naqdi bħala pijunier. Jien vera ferħan li għandi xogħol li jagħmilhieli possibbli nqattaʼ iktar ħin biex naqdi lil Ġeħova u ngħin lill-aħwa.”

Ħu li mill-ħwejjeġ tiegħu jidher li jaħdem xogħol manwali ġo fabbrika, qiegħed f’uffiċċju mal-maniġer li qed joffrilu promotion billi jurih l-uffiċċju li jistaʼ jkollu jekk jaċċetta.

Jekk tirċievi opportunità taʼ promotion x’se tagħmel? Tkun xi tkun id-deċiżjoni tiegħek se turi li int konvint li Ġeħova jaf x’inhu l-aħjar għalik? (Ara paragrafi 7-8)


9. X’tgħallimt mill-eżempju taʼ Trevor?

9 X’għandna nagħmlu jekk nindunaw li x-xogħol li għandna mhux tajjeb għalina jew qed jagħmilha diffiċli biex nibqgħu ħbieb taʼ Ġeħova? Ara xi ġralu ħu jismu Trevor, mill-Kongo. Hu jgħid: “Minn dejjem xtaqt ix-xogħol li kont sibt. Kont qed naqlaʼ tliet darbiet iktar flus mix-xogħol taʼ qabel u kont imlaħħaq.” Imma Trevor kien jitlef ħafna laqgħat għax kien jibqaʼ jaħdem overtime. U kultant il-ħaddiema l-oħra kienu jipprovaw iġegħluh jigdeb lill-klijenti biex jaħbu affarijiet diżonesti li kienu għamlu. Trevor ried jitlaq mix-xogħol imma kien jinkwieta li ma jsibx xogħol ieħor. Allura x’għenu? Hu jgħid: “Ħabakkuk 3:​17-19 għenni nifhem li anki jekk nirriżenja u naqlaʼ inqas flus, Ġeħova kien se jieħu ħsiebi, allura tlaqt. Ħafna li jmexxu f’kumpanija jaħsbu li biex oħrajn ikollhom xogħol tajjeb, lesti li jissagrifikaw kollox għalih inkluż il-ħin mal-familja u li jaqdu lil Alla. Imma jien ferħan li pproteġejt il-ħbiberija tiegħi maʼ Ġeħova. Sena wara, Ġeħova għenni nsib xogħol tajjeb li bih kont naqlaʼ biżżejjed flus biex nieħu ħsieb tiegħi nnifsi u nżid il-ħin f’affarijiet spiritwali. Meta npoġġu lil Ġeħova l-ewwel post f’ħajjitna kultant ma jkollniex ħafna flus imma hu żgur se jieħu ħsiebna.” Jekk nafdaw fil-pariri u l-wegħdi taʼ Ġeħova se nkomplu nieħdu deċiżjonijiet li juru li għandna l-fidi u li hu se jberikna.

META TAGĦŻEL LIL MIN SE TIŻŻEWWEĠ

10. Meta xi ħadd ikun qed jagħżel lil min se jiżżewweġ kif jistaʼ jieħu deċiżjoni skont dak li jara?

10 Iż-żwieġ hu rigal mingħand Ġeħova allura hu normali li tkun trid tiżżewweġ. Meta oħt tibda taħseb għandhiex tiżżewweġ lil ħu forsi hi tibda tinnota kif jidher, il-karattru tiegħu, x’jaħsbu oħrajn dwaru, kif juża l-flus, jekk hux qed jieħu ħsieb lil xi membru tal-familja, jew jekk jagħmilhiex ferħana.b Dawn l-affarijiet kollha huma importanti. Imma jekk taħseb dwarhom biss, tkun qed tieħu deċiżjoni skont dak li tara.

11. Kif nistgħu ngħixu skont il-fidi meta niġu biex nagħżlu lil min niżżewġu? (1 Korintin 7:39)

11 Ġeħova hu ferħan ħafna b’aħwa single li jobdu l-pariri tiegħu meta jagħżlu lil min se jiżżewġu. Pereżempju, huma japplikaw il-parir mill-Bibbja billi qabel ma jibdew joħorġu maʼ xi ħadd jaraw li huma maturi biżżejjed u li ‘m’għadhomx żgħar wisq.’ (1 Kor. 7:36) Huma jagħmlu ċert li l-persuna li jagħżlu biex jiżżewġu jkollha l-kwalitajiet li Ġeħova jgħid li mara u raġel miżżewġin għandu jkollhom. (Prov. 31:​10-13, 26-28; Efes. 5:33; 1 Tim. 5:8) Jekk xi ħadd li mhux Xhud mgħammed ikun irid joħroġ magħhom, huma ma jibdewx relazzjoni miegħu. Minflok, jobdu l-parir fl-​1 Korintin 7:​39, u jiżżewġu lil xi ħadd “dment li jkun dixxiplu tal-Mulej.” (Aqra.) Dawn l-aħwa jkomplu jgħixu skont il-fidi għax konvinti li Ġeħova hu l-aqwa wieħed li jistaʼ jieħu ħsiebhom emozzjonalment.—Slm. 55:22.

12. X’tgħallimt mill-esperjenza taʼ Rosa?

12 Ara l-esperjenza taʼ Rosa, pijuniera fil-Kolombja. Waqt ix-xogħol, raġel li ma kienx Xhud beda juri interess fiha u lilha kien jogħġobha. Rosa tgħid: “Kien jidher veru raġel sew. Kien jgħin lin-nies fejn kien joqgħod u ma kellux vizzji ħżiena. Hu kien qalbu tajba miegħi u kellu l-kwalitajiet kollha li xtaqt f’raġel, imma ma kienx Xhud.” Rosa tkompli tgħid: “Kien diffiċli biex ngħidlu li ma ridtx nibda relazzjoni miegħu għax din kienet xi ħaġa li xtaqt. Dak iż-żmien, kont qed inħossni waħdi u xtaqt niżżewweġ. Imma ma kien hemm ħadd fil-verità li kien jinteressani.” Rosa ma ffokatx biss fuq dak li kienet qed tara. Hi ħasbet dwar x’kien jiġrilha l-ħbiberija tagħha maʼ Ġeħova jekk taċċetta li toħroġ maʼ dar-raġel. Allura hi waqqfet kull kuntatt miegħu u ffokat fuq li taqdi lil Ġeħova. Ftit wara, ġiet mistiedna biex tmur l-Iskola għall-Evanġelizzaturi tas-Saltna u llum qed taqdi bħala pijuniera speċjali. Rosa tgħid: “Ġeħova tani ħafna barkiet li jagħmluni ferħana ħafna.” Mhux dejjem ikun faċli biex nobdu lil Ġeħova speċjalment meta tkun xi ħaġa li vera nixtiequ, imma dejjem se jkun għall-ġid tagħna meta nobdu l-pariri tiegħu.

META L-ORGANIZZAZZJONI TTINA DIREZZJONI

13. X’jistaʼ jiġri meta nirċievu direzzjoni m’għand l-organizzazzjoni?

13 L-anzjani, l-indokraturi li jżur il-kongregazzjonijiet, l-uffiċċju tal-fergħa, u l-Ġemgħa li Tiggverna b’mod regolari jtuna direzzjonijiet biex jgħinuna naqdu lil Ġeħova. Imma kultant ma nifhmux għala jtuna ċerti direzzjonijiet. Forsi nibdew niddubitaw jekk jgħoddux għalina. Jistaʼ jkun ukoll li nibdew niffokaw fuq l-imperfezzjonijiet tal-aħwa li qed ituna d-direzzjoni.

14. X’se jgħinna nobdu d-direzzjoni li nirċievu mill-organizzazzjoni? (Lhud 13:17)

14 Meta ngħixu skont il-fidi, inkunu konvinti li Ġeħova qed imexxi l-organizzazzjoni tiegħu u li jaf x’inhu l-aħjar għalina. Minħabba f’hekk, aħna nkunu lesti li nobdu mill-ewwel u nagħmlu dan b’attitudni tajba. (Aqra Lhud 13:17.) Dan nagħmluh għax nafu li meta nobdu l-organizzazzjoni, inkunu qed ngħinu biex il-kongregazzjoni tibqaʼ magħquda. (Efes. 4:​2, 3) Aħna konvinti li avolja l-aħwa li qed imexxu huma imperfetti, jekk nobdu, Ġeħova se jberikna. (1 Sam. 15:22) U aħna ċerti li jekk ikun hemm bżonn li ssir xi bidla fid-direzzjoni, Ġeħova se jagħmel ċert li ssir.—Mik. 7:7.

15-16. X’għen lil ħu jgħix skont il-fidi avolja kellu d-dubji dwar id-direzzjoni li rċieva? (Ara wkoll l-istampa.)

15 Ejja naraw esperjenza li turi kemm hu tajjeb li jkollna l-fidi u li nobdu d-direzzjoni tal-organizzazzjoni. Fil-Perù, il-biċċa l-kbira tan-nies jitkellmu bl-Ispanjol, imma hemm ħafna nies li jitkellmu b’lingwi lokali wkoll. Waħda minnhom hi l-lingwa tal-Quechua. Għal ħafna snin, l-aħwa li kienu jitkellmu b’din il-lingwa, fuq is-service kienu jfittxu għal nies li jitkellmu bil-Quechua. Però, l-organizzazzjoni għamlet bidla fil-mod taʼ kif ifittxu lil nies li jitkellmu b’din il-lingwa minħabba liġijiet ġodda mill-gvern. (Rum. 13:1) Minħabba dan xi aħwa ħasbu li b’dan il-mod se jkun iktar diffiċli. Imma meta l-aħwa obdew id-direzzjoni, Ġeħova bierek l-isforzi tagħhom u għenhom biex isibu ħafna nies li jitkellmu bil-Quechua.

16 Anzjan f’kongregazzjoni tal-Quechua jismu Kevin kien wieħed mill-aħwa li kienu qed jinkwetaw. Hu jgħid: “Bdejt naħseb kif se jirnexxilna nsibu lin-nies li jitkellmu b’din il-lingwa.” Kevin x’għamel? Hu jgħid: “Ħsibt dwar Proverbji 3:5 u l-eżempju taʼ Mosè. Ġeħova tah direzzjoni li kienet tidher ma tagħmilx sens. Mosè kellu joħroġ l-Iżraelin mill-Eġittu u jiħodhom lejn il-Baħar l-Aħmar imma l-Eġizzjani kienu qed jiġru warajhom u kien jidher li ma kellhomx fejn jaħarbu. Imma Mosè xorta obda u Ġeħova bierku billi salvahom b’miraklu tal-għaġeb.” (Eżo. 14:​1, 2, 9-11, 21, 22) Kevin kien lest li jbiddel il-mod kif jipprietka. X’kien ir-riżultat? Hu jgħid: “Ma stajtx nemmen kif Ġeħova berikna. Qabel konna nimxu ħafna fuq is-service u forsi konna nsibu lil persuna waħda jew tnejn li jitkellmu bil-Quechua. Issa qed niffokaw fuq territorji li nafu li fihom ħafna nies li jitkellmu b’din il-lingwa. B’hekk qed ikollna iktar konversazzjonijiet, żjajjar lura, u studji tal-Bibbja. U anki l-laqgħat qed jiġu iktar nies.” Mela meta ngħixu skont il-fidi billi nobdu d-direzzjoni, Ġeħova dejjem se jberikna.

Raġel li jitkellem bil-Quechua qed juri lil koppja li qegħdin jippritkaw fejn joqgħod xi ħadd li jitkellem b’din il-lingwa.

In-nies bdew jgħidu lill-aħwa fejn jistgħu jsibu nies li jitkellmu bil-lingwa tal-Quechua (Ara paragrafi 15-16)


17. X’tgħallimt minn dan l-artiklu?

17 F’dan l-artiklu rajna kif ngħixu skont il-fidi billi nieħdu deċiżjonijiet li jogħġbu lil Ġeħova fi tliet sitwazzjonijiet importanti. Imma aħna dejjem għandna naraw x’jixtieq Ġeħova, bħal pereżempju meta niddeċiedu x’films naraw, x’nagħmlu fil-ħin liberu tagħna, x’edukazzjoni se nieħdu, u kif inrabbu t-tfal. Huma x’inhuma d-deċiżjonijiet li jkollna nieħdu, m’għandniex niffokaw biss fuq dak li naraw. Għandna naħsbu wkoll dwar il-ħbiberija tagħna maʼ Ġeħova, il-pariri li jtina, u l-wegħda li għamlilna li se jieħu ħsiebna. Jekk nagħmlu dan, f’kull deċiżjoni li nieħdu f’ħajjitna se nkomplu nistrieħu fuq il-gwida taʼ Ġeħova għal dejjem.—Mik. 4:5.

KIF NISTGĦU NGĦIXU SKONT IL-FIDI . . .

  • meta nagħżlu xogħol?

  • meta nagħżlu lil min se niżżewġu?

  • meta nirċievu direzzjoni mill-organizzazzjoni?

GĦANJA 156 Bil-Fidi Sod

a Xi ismijiet ġew mibdulin.

b Dan il-paragrafu qed jitkellem dwar oħt li qed tfittex ħu biex tiżżewġu imma l-istess pariri japplikaw għal ħu li qed ifittex oħt biex jiżżewwiġha.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja