LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mrt artiklu 64
  • Lil Min Tixtieq li Jmexxi?—X’Tgħid il-Bibbja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Lil Min Tixtieq li Jmexxi?—X’Tgħid il-Bibbja?
  • Iktar Suġġetti
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-gvernijiet huma limitati
  • Mexxej magħżul minn Alla
  • Tmexxija Tajba Fejn Nistgħu Nsibuha?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Min Hu l-Aħjar Mexxej għal-Lum?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Hija t-Tmexxija taʼ Kristu Reali Għalik?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Insegwu lil Kristu, il-Mexxej Perfett
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
Ara Iżjed
Iktar Suġġetti
mrt artiklu 64
Xi ħadd jitfaʼ l-vot fil-kaxxa.

Comstock Images/Stockbyte via Getty Images

IBQAʼ ATTENT!

Lil Min Tixtieq li Jmexxi?—X’Tgħid il-Bibbja?

In-nies iridu jieħdu deċiżjoni importanti dwar lil min se jtellgħu fil-gvern.

X’tgħid il-Bibbja?

Il-gvernijiet huma limitati

Il-Bibbja turi li l-mexxejja umani kollha huma limitati f’dak li jistgħu jagħmlu.

  • “Tafdawx lill-mexxejja u lanqas nies oħrajn, għax ma jistgħux isalvawkom. Meta ma jibqgħux jieħdu n-nifs, dawn jerġgħu jsiru trab; dakinhar stess il-ħsibijiet tagħhom jisparixxu.”—Salm 146:3, 4.

Anki l-aqwa mexxejja jmutu. Barra minn hekk, ma jistgħux iwegħduna li x-xogħol tajjeb li qed jagħmlu se jkompluh dawk li jilħqu warajhom.—Ekkleżjasti 2:18, 19.

Il-Bibbja turina li Alla ma ħalaqx il-bnedmin biex imexxu.

  • “Lanqas min jimxi ma jistaʼ jidderieġi l-passi tiegħu.”—Ġeremija 10:23.

Hemm xi ħadd li jistaʼ jmexxi b’mod tajjeb?

Mexxej magħżul minn Alla

Il-Bibbja tispjega li Alla għażel l-aqwa mexxej li nistgħu nafdaw: Ġesù Kristu. (Salm 2:6) Ġesù hu r-Re tas-Saltna t’Alla, gvern li qed imexxi mis-sema.—Mattew 6:10.

Se tagħżel lil Ġesù bħala l-mexxej tiegħek? Il-Bibbja ssemmi kemm hi importanti din id-deċiżjoni:

  • “Onoraw lill-iben, inkella Alla jirrabja ħafna u intom tisparixxu, għax hu jirrabja malajr. Dawk li jduru lejh għall-protezzjoni se jkunu ferħanin.”—Salm 2:12.

Issa hu l-waqt li tieħu deċiżjoni. Il-profeziji tal-Bibbja juru li Ġesù beda jmexxi fis-sena 1914 u li s-Saltna t’Alla dalwaqt se tmexxi minflok il-gvernijiet fid-dinja.—Danjel 2:44.

Biex issir taf iktar kif tistaʼ tissapportja lil Ġesù bħala mexxej, aqra l-artiklu “Agħżel li Tappoġġja s-Saltna t’Alla Issa!”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja