LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 126
  • Kif Kien Jidher Ġesù?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Kien Jidher Ġesù?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-​tweġiba tal-​Bibbja
  • Ideat żbaljati dwar kif kien jidher Ġesù
  • Kif kienet verament l-apparenza taʼ Ġesù?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
  • Ġesù X’Bixra Kellu?
    Stenbaħ!—1998
  • Tinkwieta Int Fuq Xagħrek?
    Stenbaħ!—2002
  • Min Hu Ġesù Kristu?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 126
Forma taʼ wiċċ Ġesù

Kif Kien Jidher Ġesù?

It-​tweġiba tal-​Bibbja

Ħadd ma jaf eżatt, għax il-​Bibbja ma tgħidilniex kif kien jidher Ġesù. Għalhekk naraw li dan mhuwiex importanti. Imma mill-​Bibbja nistgħu nieħdu idea taʼ kif kien jidher Ġesù.

  • Kif kien jidher: Peress li omm Ġesù kienet Lhudija, hu x’aktarx li kien jixbah lil-​Lhud. (Ebrej 7:14) X’aktarx, ma tantx kien jidher differenti minn oħrajn. Darba waħda, hu vvjaġġa bil-​moħbi mill-​Galilija għal Ġerusalemm u ħadd ma għarfu. (Ġwanni 7:10, 11) Milli jidher, hu ma kienx jidher differenti ħafna mill-​appostli. Ftakar li meta xi rġiel marru biex jarrestaw lil Ġesù, Ġuda l-​Iskarjota kellu jurihom min kien.—Mattew 26:47-​49.

  • Xagħru: Wisq probabbli, xagħar Ġesù ma kienx twil għax il-​Bibbja tgħid li “jekk raġel ikollu xagħru twil, dan ikun diżunur għalih.”—1 Korintin 11:14.

  • Daqna: Ġesù kellu daqna. Bħala Lhudi, hu kien jobdi l-​liġi taʼ Mosè. Din kienet tgħid li l-​irġiel m’għandhomx ‘jaqtgħu t-​tarf tad-​daqna tagħhom.’ (Levitiku 19:27; Galatin 4:4) Il-​Bibbja ssemmi d-​daqna taʼ Ġesù fi profezija. Din tgħid li kien se jbati.—Isaija 50:6.

  • Saħħtu: Dak li naqraw dwar Ġesù juri li hu kien b’saħħtu. Meta kien jipprietka, hu kien jimxi għal distanzi twal. (Mattew 9:35) Hu naddaf it-​tempju darbtejn billi qaleb l-​imwejjed tal-​flus u keċċa l-​annimali bi frosta. (Luqa 19:45, 46; Ġwanni 2:14, 15) Is-​Cyclopedia taʼ McClintock u Strong tgħid: “Dak li naqraw dwar Ġesù mill-​evanġelji juri li hu kien b’saħħtu.”—Volume IV, paġna 884.

  • L-​espressjonijiet taʼ wiċċu: Ġesù kien dħuli u jħoss għan-​nies. Allura, dawn il-​kwalitajiet żgur kienu jidhru fl-​espressjonijiet taʼ wiċċu. (Mattew 11:28, 29) Nies minn kull background kienu jmorru għandu għall-​għajnuna. (Luqa 5:12, 13; 7:37, 38) Anki t-​tfal kienu jħossuhom komdi miegħu.—Mattew 19:13-​15; Marku 9:35-​37.

Ideat żbaljati dwar kif kien jidher Ġesù

Idea żbaljata: Xi wħud jgħidu li Ġesù kellu background Afrikan. Jaħsbu hekk għax il-​ktieb tar-​Rivelazzjoni jqabbel xagħru maʼ suf u saqajh maʼ “ram aħmar.”—Rivelazzjoni 1:14, 15.

Verità: Il-​ktieb tar-​Rivelazzjoni jispjega l-​affarijiet “b’sinjali.” (Rivelazzjoni 1:1) Il-​mod kif Rivelazzjoni qed jiddeskrivi xagħar u saqajn Ġesù hu simboliku. Mhux qed jiddeskrivi kif kien jidher Ġesù meta kien fuq l-​art, imma l-​kwalitajiet li għandu wara li rxoxta. Rivelazzjoni 1:14 jgħid li “rasu u xagħru kienu bojod bħal suf abjad, bħas-​silġ.” Hawnhekk juża l-​kulur biex jiddeskrivi l-​għerf li għandu u mhux biex jiddeskrivi t-​tip taʼ xagħar li kellu.—Rivelazzjoni 3:14.

Saqajn Ġesù kienu “bħal ram aħmar pur li jleqq meta jkun fil-​forn.” (Rivelazzjoni 1:15) Wiċċu kien “bħax-​xemx meta tiddi fil-​qawwa tagħha.” (Rivelazzjoni 1:16) Peress li l-​ebda ġilda f’din id-​dinja m’għandha dan il-​kulur, din il-​viżjoni hi simbolika. Din qed turi lil Ġesù fis-​sema li qed jgħix “f’dawl li ma tistax tersaq lejh.”—1 Timotju 6:16.

Idea żbaljata: Ġesù kien dgħajjef.

Verità: Ġesù wera li kien b’saħħtu u kuraġġuż. Pereżempju, meta l-​folla ġiet biex tarrestah, hu b’kuraġġ qalilhom min kien. (Ġwanni 18:4-​8) Ukoll, Ġesù bilfors li kien b’saħħtu peress li kien jaħdem bħala mastrudaxxa.—Marku 6:3.

Allura, għala kellu bżonn l-​għajnuna biex iġorr iz-​zokk tat-​tortura? U għala miet qabel iż-​żewġ kriminali l-​oħra? (Luqa 23:26; Ġwanni 19:31-​33) Qabel ma sammru lil Ġesù, hu kien ġa bata ħafna. Hu għamel lejl sħiħ imqajjem. Waħda mir-​raġunijiet kienet minħabba li kien anzjuż. (Luqa 22:42-​44) Il-​Lhud ittrattawh ħażin u filgħodu r-​Rumani ttorturawh. (Mattew 26:67, 68; Ġwanni 19:1-​3) Minħabba dan kollu, hu miet iżjed malajr.

Idea żbaljata: Ġesù kien dejjem imdejjaq.

Verità: Ġesù kien juri b’mod perfett il-​kwalitajiet taʼ Missieru, Ġeħova. Il-​Bibbja tiddeskrivi lil Ġeħova bħala “l-​Alla l-​hieni.” (1 Timotju 1:11; Ġwanni 14:9) Ġesù għallem lil oħrajn kif jistgħu jkunu ferħanin. (Mattew 5:3-​9; Luqa 11:28) Minn dan naraw li ħafna drabi Ġesù kien juri li hu ferħan mill-​espressjonijiet taʼ wiċċu.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja