LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Merħba.
Din hija għodda għar-riċerka tal-pubblikazzjonijiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova b’diversi lingwi.
Biex tiddawnlowdja l-pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok mur jw.org.
  • Illum

L-Erbgħa, 22 taʼ Ottubru

“Il-fidi, jekk m’għandhiex għemejjel, hi mejta fiha nfisha.”—Ġak. 2:17.

Ġakbu qal li raġel forsi jgħid li għandu l-fidi, imma dak li jagħmel juri li mhux vera. (Ġak. 2:​1-5, 9) Ġakbu qal ukoll li xi ħadd ra lil ‘ħu jew oħt li kienet nieqsa mill-ikel u ma kellhiex ħwejjeġ’ imma xorta m’għenhiex. Mela avolja dak ir-raġel qal li kellu l-fidi, l-affarijiet li għamel urew li ma kellux. Bħalma kiteb Ġakbu, “il-fidi, jekk m’għandhiex għemejjel, hi mejta fiha nfisha.” (Ġak. 2:​14-16) Ġakbu qal li Raħab hi eżempju tajjeb taʼ xi ħadd li wera li kellu l-fidi b’dak li għamel. (Ġak. 2:​25, 26) Hi kienet semgħet dwar Ġeħova u kienet taf li kien mal-Iżraelin. (Ġoż. 2:​9-11) B’dak li għamlet uriet li hi kellha l-fidi, u minħabba l-fidi tagħha hi pproteġiet żewġ spiji Iżraelin li ħajjithom kienet fil-periklu. Minħabba dan, din il-mara imperfetta u li ma kinitx Iżraelija kienet ġusta f’għajnejn Ġeħova, eżatt bħalma kien Abraham. Minn Raħab nitgħallmu kemm hu importanti li nuru li għandna l-fidi b’dak li nagħmlu. w23.12 5 ¶12-13

Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2025

Il-Ħamis, 23 taʼ Ottubru

“Jalla jkollkom għeruq b’saħħithom u tkunu sodi fuq il-pedament.”—Efes. 3:17.

Bħala Kristjani, aħna ma rridux nifhmu affarijiet faċli biss mill-Bibbja. L-ispirtu qaddis jistaʼ jgħinna nitgħallmu wkoll “l-affarijiet profondi t’Alla.” (1 Kor. 2:​9, 10) Tistaʼ tagħmel studju fil-fond bil-mira li ssir ħabib iktar taʼ Ġeħova. Pereżempju tistaʼ tistudja dwar kif wera li jħobb lill-qaddejja tiegħu fil-passat, u kif dan juri li jħobb lilek ukoll. Tistaʼ tistudja wkoll dwar kif Ġeħova xtaq li jaqduh l-Iżraelin u kif dan jaqbel maʼ kif hu jrid li naqduh aħna. Jew tistaʼ tistudja fid-dettall il-profeziji li Ġesù wettaq meta kien fuq l-art. Se tieħu pjaċir ħafna li tfittex dwar suġġetti bħal dawn fil-Gwida għall-Pubblikazzjonijiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova. Jekk tistudja l-Bibbja fil-fond, se ssaħħaħ il-fidi tiegħek u “ssib l-għarfien t’Alla.”—Prov. 2:​4, 5. w23.10 18-19 ¶3-5

Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2025

Il-Ġimgħa, 24 taʼ Ottubru

“Fuq kollox, ħa jkollkom imħabba profonda lejn xulxin, għax l-imħabba tgħatti kotra taʼ dnubiet.”—1 Pt. 4:8.

Il-kelma li uża l-appostlu Pietru għal “profonda” tfisser “titwessaʼ.” It-tieni parti tal-vers turi x’se nagħmlu meta jkollna mħabba profonda lejn ħutna. Din tgħatti d-dnubiet taʼ ħutna. Ejja nġibu eżempju: Immaġina wiċċ taʼ mejda li fih ħafna grif u tbajjaʼ. Jekk taqbad dvalja u titfagħha fuq il-mejda, mhux se tgħatti biss tebgħa waħda imma se tgħatti l-grif u t-tbajjaʼ kollha. B’mod simili, jekk ikollna mħabba profonda għal ħutna, aħna nistgħu ngħattu, jew naħfru, mhux dnub wieħed biss, imma “kotra taʼ dnubiet.” L-imħabba għal ħutna għandha tkun b’saħħitha biżżejjed biex inkunu nistgħu naħfru n-nuqqasijiet tagħhom, anki meta jkun diffiċli ħafna. (Kol. 3:13) Meta naħfru lil oħrajn, nuru li l-imħabba tagħna hi b’saħħitha u nkunu qed nogħġbu lil Ġeħova. w23.11 11-12 ¶13-15

Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2025
Merħba.
Din hija għodda għar-riċerka tal-pubblikazzjonijiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova b’diversi lingwi.
Biex tiddawnlowdja l-pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok mur jw.org.
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja