LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Merħba.
Din hija għodda għar-riċerka tal-pubblikazzjonijiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova b’diversi lingwi.
Biex tiddawnlowdja l-pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok mur jw.org.
  • Illum

Il-Ġimgħa, 24 taʼ Ottubru

“Fuq kollox, ħa jkollkom imħabba profonda lejn xulxin, għax l-imħabba tgħatti kotra taʼ dnubiet.”—1 Pt. 4:8.

Il-kelma li uża l-appostlu Pietru għal “profonda” tfisser “titwessaʼ.” It-tieni parti tal-vers turi x’se nagħmlu meta jkollna mħabba profonda lejn ħutna. Din tgħatti d-dnubiet taʼ ħutna. Ejja nġibu eżempju: Immaġina wiċċ taʼ mejda li fih ħafna grif u tbajjaʼ. Jekk taqbad dvalja u titfagħha fuq il-mejda, mhux se tgħatti biss tebgħa waħda imma se tgħatti l-grif u t-tbajjaʼ kollha. B’mod simili, jekk ikollna mħabba profonda għal ħutna, aħna nistgħu ngħattu, jew naħfru, mhux dnub wieħed biss, imma “kotra taʼ dnubiet.” L-imħabba għal ħutna għandha tkun b’saħħitha biżżejjed biex inkunu nistgħu naħfru n-nuqqasijiet tagħhom, anki meta jkun diffiċli ħafna. (Kol. 3:13) Meta naħfru lil oħrajn, nuru li l-imħabba tagħna hi b’saħħitha u nkunu qed nogħġbu lil Ġeħova. w23.11 11-12 ¶13-15

Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2025

Is-Sibt, 25 taʼ Ottubru

“Safan beda jaqra minnu quddiem ir-re.”—2 Kron. 34:18.

Meta kellu 26 sena, ir-Re Ġosija beda jirranġa t-tempju. Dawk li kienu qed jirranġaw sabu “l-ktieb tal-Liġi taʼ Ġeħova li ngħata permezz taʼ Mosè.” Meta r-re semaʼ x’jgħid il-ktieb, mill-ewwel għamel il-bidliet biex jobdi dak li kien hemm miktub. (2 Kron. 34:​14, 19-21) Int tixtieq taqra l-Bibbja b’mod regulari? Jekk diġà qed tagħmel hekk, qed tieħu pjaċir? Tieħu nota taʼ xi versi li jistgħu jgħinuk? Meta Ġosija kellu madwar 39 sena, ħa deċiżjoni li swietlu ħajtu. Minflok ma talab lil Ġeħova għall-għajnuna hu fada fih innifsu. (2 Kron. 35:​20-25) Dan x’jgħallimna? Għandna kemm għandna żmien u ilna kemm ilna nistudjaw il-Bibbja, irridu nibqgħu nitgħallmu dwar Ġeħova. Dan ifisser li nitolbu lil Ġeħova b’mod regulari għall-għajnuna, nistudjaw il-Bibbja, u nagħtu kas il-pariri taʼ aħwa maturi. Jekk nagħmlu hekk, se nkunu ferħanin u jkollna inqas ċans li nagħmlu żbalji serji.—Ġak. 1:25. w23.09 12 ¶15-16

Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2025

Il-Ħadd, 26 taʼ Ottubru

“Alla jopponi lis-suppervi, imma juri qalb tajba mhix mistħoqqa maʼ l-umli.”—Ġak. 4:6.

Il-Bibbja ssemmi ħafna nisa li spikkaw minħabba li kienu jħobbu u jaqdu lil Ġeħova. Huma kienu ‘bbilanċjati’ u ‘leali f’kollox.’ (1 Tim. 3:11) Anki fil-kongregazzjoni, it-tfajliet jistgħu jsibu eżempji tajbin t’aħwa nisa li jħobbu lil Ġeħova u li jistgħu jimitawhom. Tfajliet, aħsbu f’aħwa nisa li huma taʼ eżempju tajjeb u li tistgħu timitaw. Aħseb dwar il-kwalitajiet sbieħ li għandhom u ara kif tistaʼ timitahom. Kwalità importanti ħafna biex inkunu Kristjani aħjar hi l-umiltà. Jekk mara tkun umli se jkollha ħbiberija tajba maʼ Ġeħova u m’oħrajn. Pereżempju, oħt li tħobb lil Ġeħova se tkun umli u taċċetta dak li jgħid l-​1 Korintin 11:​3, fejn jgħidilna min hu l-kap tal-kongregazzjoni u min hu l-kap tal-familja. w23.12 18-19 ¶3-5

Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2025
Merħba.
Din hija għodda għar-riċerka tal-pubblikazzjonijiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova b’diversi lingwi.
Biex tiddawnlowdja l-pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok mur jw.org.
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja