Is-Sibt, 25 taʼ Ottubru
“Safan beda jaqra minnu quddiem ir-re.”—2 Kron. 34:18.
Meta kellu 26 sena, ir-Re Ġosija beda jirranġa t-tempju. Dawk li kienu qed jirranġaw sabu “l-ktieb tal-Liġi taʼ Ġeħova li ngħata permezz taʼ Mosè.” Meta r-re semaʼ x’jgħid il-ktieb, mill-ewwel għamel il-bidliet biex jobdi dak li kien hemm miktub. (2 Kron. 34:14, 19-21) Int tixtieq taqra l-Bibbja b’mod regulari? Jekk diġà qed tagħmel hekk, qed tieħu pjaċir? Tieħu nota taʼ xi versi li jistgħu jgħinuk? Meta Ġosija kellu madwar 39 sena, ħa deċiżjoni li swietlu ħajtu. Minflok ma talab lil Ġeħova għall-għajnuna hu fada fih innifsu. (2 Kron. 35:20-25) Dan x’jgħallimna? Għandna kemm għandna żmien u ilna kemm ilna nistudjaw il-Bibbja, irridu nibqgħu nitgħallmu dwar Ġeħova. Dan ifisser li nitolbu lil Ġeħova b’mod regulari għall-għajnuna, nistudjaw il-Bibbja, u nagħtu kas il-pariri taʼ aħwa maturi. Jekk nagħmlu hekk, se nkunu ferħanin u jkollna inqas ċans li nagħmlu żbalji serji.—Ġak. 1:25. w23.09 12 ¶15-16
Il-Ħadd, 26 taʼ Ottubru
“Alla jopponi lis-suppervi, imma juri qalb tajba mhix mistħoqqa maʼ l-umli.”—Ġak. 4:6.
Il-Bibbja ssemmi ħafna nisa li spikkaw minħabba li kienu jħobbu u jaqdu lil Ġeħova. Huma kienu ‘bbilanċjati’ u ‘leali f’kollox.’ (1 Tim. 3:11) Anki fil-kongregazzjoni, it-tfajliet jistgħu jsibu eżempji tajbin t’aħwa nisa li jħobbu lil Ġeħova u li jistgħu jimitawhom. Tfajliet, aħsbu f’aħwa nisa li huma taʼ eżempju tajjeb u li tistgħu timitaw. Aħseb dwar il-kwalitajiet sbieħ li għandhom u ara kif tistaʼ timitahom. Kwalità importanti ħafna biex inkunu Kristjani aħjar hi l-umiltà. Jekk mara tkun umli se jkollha ħbiberija tajba maʼ Ġeħova u m’oħrajn. Pereżempju, oħt li tħobb lil Ġeħova se tkun umli u taċċetta dak li jgħid l-1 Korintin 11:3, fejn jgħidilna min hu l-kap tal-kongregazzjoni u min hu l-kap tal-familja. w23.12 18-19 ¶3-5
It-Tnejn, 27 taʼ Ottubru
“L-irġiel għandhom iħobbu lill-mara tagħhom, bħalma jħobbu lill-ġisem tagħhom stess.”—Efes. 5:28.
Ġeħova jrid li r-raġel iħobb lill-mara tiegħu, jieħu ħsiebha, ikun ħabib tajjeb, u jgħinha tibqaʼ qrib t’Alla. Li taħseb bħal Ġeħova, tirrispetta lin-nisa, u tkun taʼ min jafdak huma kwalitajiet li se jgħinuk tkun raġel miżżewweġ aħjar. Wara li tiżżewweġ tistaʼ ssir missier. X’tistaʼ titgħallem minn Ġeħova biex issir missier tajjeb? (Efes. 6:4) Ġeħova ma żammx lura milli jgħid quddiem oħrajn li jħobb lil Ibnu Ġesù u li ferħan bih. (Mt. 3:17) Jekk ikollok it-tfal, kun ċert li b’mod regolari tgħidilhom li tħobbhom. Faħħarhom spiss għall-affarijiet tajbin li jagħmlu. Missirijiet li jimitaw lil Ġeħova jgħinu lit-tfal tagħhom isiru aħwa maturi. Minn issa, tistaʼ tipprepara biex issir missier tajjeb billi turi lill-familja u lill-aħwa kemm tħobbhom u billi tieħu ħsiebhom. Idra għidilhom li tħobbhom u tapprezzahom.—Ġw. 15:9. w23.12 28-29 ¶17-18