LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwfq artiklu 38
  • Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jkissru l-familji jew isaħħuhom?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jkissru l-familji jew isaħħuhom?
  • Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kif ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jħeġġu biex il-​familji jkunu b’saħħithom
  • Ikun hemm nuqqas taʼ qbil fi żwieġ meta persuna tbiddel ir-​reliġjon?
  • Għala x-​Xhieda taʼ Ġeħova jemmnu li għandhom jiżżewġu biss lil xi ħadd li għandu r-​reliġjon tagħhom
  • Iż-Żwieġ—Għotja Mingħand Alla taʼ Mħabba
    “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
  • Kif tirnexxi fiż-​żwieġ Kristjan
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Iż-żwieġ—Rigal mingħand Alla
    Kif tibqa’ fl-imħabba t’Alla
  • Fittex il-Gwida t’Alla Meta Tiġi biex Tagħżel lil Min Tiżżewweġ
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
ijwfq artiklu 38
Koppja jieħdu lil binhom iż-żgħir jara n-nanniet

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jkissru l-​familji jew isaħħuhom?

Bħala Xhieda taʼ Ġeħova, aħna naħdmu biex insaħħu l-​familji, kemm tagħna kif ukoll tal-​ġirien tagħna. Aħna għandna rispett għal Alla bħala l-​Ħallieq tal-​familja. (Ġenesi 2:21-​24; Efesin 3:14, 15) Fil-​Bibbja, hu jgħallimna prinċipji li għenu lil nies madwar id-​dinja jkollhom żwieġ b’saħħtu u hieni.

Kif ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jħeġġu biex il-​familji jkunu b’saħħithom

Aħna nagħmlu l-​almu tagħna biex nobdu l-​pariri tal-​Bibbja, ladarba dawn jagħmluna rġiel, nisa, u ġenituri aħjar. (Proverbji 31:10-​31; Efesin 5:22–6:4; 1 Timotju 5:8) L-​għerf li nsibu fil-​Bibbja saħansitra jgħin lill-​familji li m’għandhomx l-​istess reliġjon jirnexxu. (1 Pietru 3:1, 2) Ikkunsidra x’qalu xi wħud li mhumiex Xhieda u li l-​irġiel jew in-​nisa tagħhom saru Xhieda taʼ Ġeħova:

  • “Tgħidx kemm konna niġġieldu u nilletikaw l-​ewwel sitt snin li konna flimkien. Imma wara li Ivete saret waħda mix-​Xhieda taʼ Ġeħova bdiet turi iktar imħabba u paċenzja. Il-​bidliet li għamlet salvaw iż-​żwieġ tagħna.”​—Clauir, mill-​Brażil.

  • “Jien ma qbiltx meta żewġi, Chansa, beda jistudja l-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Ġeħova, għax ħsibt li huma jkissru l-​familji. Imma minn dakinhar ’l hawn stajt nara li l-​Bibbja fil-​fatt għenet iż-​żwieġ tagħna.”​—Agness, miz-​Zambja.

Fil-​ministeru tagħna, aħna nuru lill-​ġirien tagħna kif l-​għerf li jinsab fil-​Bibbja, jekk japplikawh, jistaʼ jgħinhom

  • Jagħżlu bil-​għaqal lil min jiżżewġu

  • Jirnexxu fl-​ewwel sena taż-​żwieġ

  • Fir-​relazzjoni mal-​kunjati

  • Iqassmu flushom sew

  • Ma jibqgħux jargumentaw

  • Jitgħallmu jaħfru

  • Iħarrġu lil uliedhom

Ikun hemm nuqqas taʼ qbil fi żwieġ meta persuna tbiddel ir-​reliġjon?

Irridu nammettu li kultant iva. Pereżempju, rapport tal-​1998 mill-​kumpanija taʼ riċerka Sofres qal li 1 minn kull 20 żwieġ li fih wieħed mill-​imseħbin biss kien Xhud kellu problemi serji meta dik il-​persuna saret Xhud taʼ Ġeħova.

Ġesù bassar li dawk li jsegwu t-​tagħlim tiegħu kultant se jkollhom problemi fil-​familja. (Mattew 10:32-​36) L-​istudjuż Will Durant innota li taħt l-​Imperu Ruman, “il-​Kristjani kienu akkużati li jkissru l-​familji,”a u xi wħud mix-​Xhieda taʼ Ġeħova llum jiffaċċjaw l-​istess akkuża. Imma jfisser dan li hu x-​Xhud li jaqlaʼ l-​ġlied?

Il-bini tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB)

Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem

Meta l-​Qorti Ewropea tad-​Drittijiet tal-​Bniedem kienet qed tikkunsidra l-​akkuża li x-​Xhieda taʼ Ġeħova jkissru l-​familji, qalet li spiss huma l-​membri tal-​familja li mhumiex Xhieda li jaqilgħu l-​inkwiet. Dan għax ma jkunux lesti li “jaċċettaw u jirrispettaw il-​libertà tal-​qarib reliġjuż tagħhom biex jesprimi u jipprattika r-​reliġjon tiegħu.” Il-​Qorti żiedet tgħid: “Din is-​sitwazzjoni hi komuni fiż-​żwiġijiet kollha li ma jkunux tal-​istess twemmin u x-​Xhieda taʼ Ġeħova mhumiex eċċezzjoni.”b Imma anki meta jiffaċċjaw oppożizzjoni minħabba r-​reliġjon tagħhom, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova xorta waħda jistinkaw biex japplikaw dan il-​parir tal-​Bibbja: “Troddu lil ħadd ħsara bi ħsara. . . . Jekk inhu possibbli, sakemm jiddependi minnkom, żommu l-​paċi mal-​bnedmin kollha.”—Rumani 12:17, 18.

Għala x-​Xhieda taʼ Ġeħova jemmnu li għandhom jiżżewġu biss lil xi ħadd li għandu r-​reliġjon tagħhom

Ix-​Xhieda jagħtu kas l-​istruzzjoni tal-​Bibbja biex jiżżewġu “biss fil-​Mulej,” jiġifieri, lil xi ħadd li għandu l-​istess twemmin tagħhom. (1 Korintin 7:39) Dan il-​kmand hu kemm Bibliku kif ukoll prattiku. Pereżempju, artiklu fl-​2010 mill-​Journal of Marriage and Family qal li l-​koppji li “għandhom l-​istess reliġjon, prattiki, u twemmin” spiss ikollhom relazzjonijiet iktar b’saħħithom.c

Madankollu, ix-​Xhieda mhumiex tal-parir li jisseparaw minn żewġhom jew marthom li mhix Xhud. Il-​Bibbja tgħid: “Jekk xi ħu għandu martu li ma temminx, iżda din taqbel li tgħammar miegħu, ħa ma jitlaqhiex; u l-​mara li għandha żewġha li ma jemminx, iżda dan jaqbel li jgħammar magħha, ħa ma titlaqx lil żewġha.” (1 Korintin 7:12, 13) Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jobdu dan il-​kmand.

a Ara Caesar and Christ, paġna 647.

b Ara kif inqatgħet is-​sentenza fil-​każ Jehovah’s Witnesses of Moscow and Others v. Russia, paġni 26-​27, paragrafu 111.

c Ara l-​Journal of Marriage and Family, Volume 72, Number 4, (August 2010), paġna 963.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja