LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Alla X’Ħajja Jixtieq Għalina?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • Lezzjoni 25. Kif tidher id-​dinja mill-​ispazju.

      LEZZJONI 25

      Alla X’Ħajja Jixtieq Għalina?

      Il-​Bibbja tgħid li l-​ħajja tan-​nies hi qasira u mimlija tbatija. (Ġob 14:1) Imma Alla din il-​ħajja jrid għalina? Jekk le, x’ħajja jridna ngħixu? Qatt se ssir vera? Ara t-​tweġibiet sbieħ li ttina l-​Bibbja.

      1. Ġeħova x’tip taʼ ħajja jridna ngħixu?

      Ġeħova jridna ngħixu l-​aħjar ħajja li tistaʼ timmaġina. Meta ħalaq lill-​ewwel koppja, Adam u Eva, hu poġġiehom fil-​ġnien tal-​Għeden. Dan kien ġnien mill-​isbaħ fuq l-​art. Imbagħad “Alla berikhom u qalilhom: ‘Nisslu u oktru u imlew l-​art u rażżnuha,’” jiġifieri ħudu ħsiebha. (Ġenesi 1:28) Ġeħova ried li jkollhom it-​tfal, jagħmlu l-​art ġenna, u jieħdu ħsieb l-​annimali. Hu ried li kulħadd ikollu saħħa perfetta u jgħix għal dejjem.

      Għalkemm bħalissa mhux qed ngħixu hekk,a dak li jixtieq Alla għalina ma nbidilx. (Isaija 46:​10, 11) Hu xorta jrid li dawk li jobduh jgħixu għal dejjem f’kundizzjonijiet perfetti.​—Aqra Rivelazzjoni 21:​3, 4.

      2. Kif tistaʼ tkun ferħan bħalissa?

      Ġeħova ħalaqna bi “bżonn spiritwali,” jiġifieri li nixtiequ nsiru nafuh u naqduh. (Aqra Mattew 5:​3-​6.) Hu jrid li jkollna ħbiberija tajba miegħu, ‘nimxu fi triqatu kollha, inħobbuh, u naqduh b’qalbna kollha.’ (Dewteronomju 10:12; Salm 25:14) Meta nagħmlu hekk, se nkunu ferħanin anki meta jkollna l-​problemi. U meta naqdu lil Ġeħova, aħna nħossu li għandna raġuni għal xiex ngħixu, għax inkunu qed ngħixu kif iridna hu.

      TGĦALLEM IŻJED

      Tgħallem dwar l-​imħabba li wera Ġeħova meta ħalaq id-​dinja. Ara wkoll x’tgħallimna l-​Bibbja dwar it-​tip taʼ ħajja li jrid għalina.

      Adam u Eva jħarsu lejn ġnien sabiħ mimli b’annimali u pjanti sbieħ.

      3. Ġeħova jrid li n-​nies ikollhom ħajja sabiħa

      Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti:

      VIDJOW: Alla għala ħalaq l-​art?​—Parti mill-​Vidjow (1:​41)

      • Ġeħova għala ħalaq din id-​dinja sabiħa?

      Aqra Ekkleżjasti 3:​11, u mbagħad iddiskuti:

      • Minn din l-​iskrittura, Alla xi jrid għalina?

      4. Dak li jrid Ġeħova ma nbidilx

      Aqra Salm 37:​11, 29 u Isaija 55:​11, u mbagħad iddiskuti:

      • Kif nafu li dak li jrid Ġeħova għalina ma nbidilx?

      A. Dar imkissra. Is-​saqaf se jaqaʼ, it-​twieqi mkissrin, u quddiem id-​dar mimli biż-​żibel. B. L-​istess dar ġiet irranġata sabiħ ħafna bi ġnien quddiemha.

      Dar li ġiet abbandunata tistaʼ tiġi rranġata, u l-​istess għad-​dinja. Għalkemm ħafna nies ma jiħdux ħsiebha, Alla se jerġaʼ jirranġaha għal dawk kollha li jħobbuh

      5. Meta naqdu lil Ġeħova, ikollna raġuni għal xiex ngħixu

      Meta nkunu nafu dak li Ġeħova jrid għalina, se nkunu ferħanin. Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti:

      VIDJOW: Tgħallimt Xi Jrid Alla Għalija (5:​03)

      • Meta Terumi tgħallmet xi jrid Alla għalina, kif għenha f’ħajjitha?

      Aqra Ekkleżjasti 12:​13, u mbagħad iddiskuti:

      • Kif nuru li napprezzaw dak kollu li Ġeħova għamel għalina?

      XI ĦADD JISTAʼ JSAQSI: “Għala qed ngħixu?”

      • Int kif twieġeb?

      XI DDISKUTEJNA?

      Ġeħova jridna ngħixu għal dejjem fuq l-​art f’kundizzjonijiet perfetti. Meta naqduh b’qalbna kollha, se jkollna raġuni għal xiex ngħixu u se nkunu ferħanin anki issa.

      X’Tgħallimt

      • Ġeħova x’ried għal Adam u Eva?

      • Kif nafu li dak li jrid Alla għan-​nies ma nbidilx?

      • Kif jistaʼ jkollok ħajja ferħana?

      Ipprova Dan

      ARA IŻJED

      Tgħallem għala nistgħu nkunu ċerti li l-​ġnien tal-​Għeden vera eżista.

      “Il-​Ġnien tal-​Għeden​—Ħrafa Jew Fatt?” (It-​Torri tal-​Għassa, April-​Ġunju 2011)

      Ara għala nistgħu nkunu ċerti li d-​dinja se tibqaʼ għal dejjem.

      “Qatt xi darba se tinqered id-​dinja?” (Artiklu fuq jw.org)

      Sir af x’tgħid il-​Bibbja biex ikollna ħajja ferħana.

      “X’Inhu l-​Iskop tal-​Ħajja?” (Artiklu fuq jw.org)

      Ara kif raġel li ħaseb li kellu kollox sab x’kellu nieqes f’ħajtu.

      Issa Għandi Ħajja Ferħana (3:​55)

      a Fil-​lezzjoni li jmiss se titgħallem x’mar ħażin.

  • X’Inhi s-Saltna t’Alla?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • 2. Min qed imexxi maʼ Ġesù?

      Ġesù ma jmexxix waħdu. Nies “minn kull tribù u lsien u poplu u ġens . . . se jsaltnu għal fuq l-​art.” (Rivelazzjoni 5:​9, 10) Kemm se jmexxu maʼ Kristu? Minn mindu Ġesù ġie fuq l-​art, miljuni taʼ Kristjani saru dixxipli tiegħu. Imma 144,000 biss se jmorru fis-​sema biex imexxu maʼ Ġesù. (Aqra Rivelazzjoni 14:​1-​4.) Il-​Kristjani l-​oħra fuq l-​art se jkunu ċittadini taʼ dan il-​gvern, is-​Saltna t’Alla.​—Salm 37:29.

  • X’Se Tagħmel is-Saltna t’Alla
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • X’Se Tagħmel is-​Saltna t’Alla

      Is-​Saltna t’Alla ġa qiegħda tmexxi. Daqt se tbiddel ħafna affarijiet fuq l-​art. Ejja naraw xi affarijiet sbieħ li se jkun hawn permezz tas-​Saltna t’Alla.

      1. Is-​Saltna t’Alla kif se ġġib paċi u ġustizzja fuq l-​art?

      Ġesù, bħala s-​Sultan tas-​Saltna t’Alla, se jeqred lin-​nies ħżiena u l-​gvernijiet fil-​gwerra t’Armageddon. (Rivelazzjoni 16:​14, 16) Imbagħad se naraw din il-​wegħda mill-​Bibbja: “Ftit ieħor biss, u l-​ħażin ma jkunx iktar.” (Salm 37:10) Ġesù se juża s-​Saltna biex jagħmel ċert li mad-​dinja kollha jkun hawn il-​paċi u l-​ġustizzja.​—Aqra Isaija 11:4.

      2. Il-​ħajja kif se tkun meta fuq l-​art isir dak li jrid Alla?

      Taħt is-​Saltna t’Alla ‘l-​ġusti se jirtu l-​art, u jgħixu fiha għal dejjem.’ (Salm 37:29) Tistaʼ timmaġina? Fid-​dinja kulħadd se jkun persuna tajba u jħobb lil Ġeħova u lil oħrajn! Ħadd mhu se jimrad u kulħadd se jgħix għal dejjem.

      3. Is-​Saltna t’Alla x’se tagħmel wara li jinqerdu l-​ħżiena?

      Wara li jinqerdu l-​ħżiena, Ġesù se jmexxi bħala Sultan għal 1,000 sena. F’dak iż-​żmien, hu u l-​144,000 li se jmexxu miegħu, se jgħinu lin-​nies kollha fuq l-​art isiru perfetti. Fl-​aħħar tal-​1,000 sena, l-​art se ssir ġenna sabiħa u kulħadd se jkun ferħan għax ikun qed jobdi lil Ġeħova. Imbagħad Ġesù se jagħti lura s-​Saltna lil Missieru Ġeħova. Isem Ġeħova se jiġi mqaddes iżjed minn qatt qabel. (Mattew 6:​9, 10) Ħadd mhu se jkollu dubju li Ġeħova hu Mexxej tajjeb li jimpurtah min-​nies tiegħu. Ġeħova mbagħad se jeqred lil Satana, id-​dimonji u dawk li jiħduha kontra kif imexxi Hu. (Rivelazzjoni 20:​7-​10) Il-​kundizzjonijiet perfetti li se ġġib is-​Saltna t’Alla se jibqgħu għal dejjem.

      TGĦALLEM IŻJED

      Sir af għala tistaʼ tkun ċert li Alla se juża s-​Saltna biex iżomm il-​wegħdi li għamlilna għall-​futur.

      4. Is-​Saltna t’Alla se tneħħi l-​gvernijiet fuq l-​art

      “Il-​bniedem iddomina lill-​bniedem bi ħsara għalih.” (Ekkleżjasti 8:9) Ġeħova se juża s-​Saltna tiegħu biex ineħħi l-​inġustizzja li għamlu n-​nies.

      Aqra Danjel 2:44 u t-​2 Tessalonikin 1:​6-​8, u mbagħad iddiskuti:

      • Ġeħova u Ibnu Ġesù, x’se jagħmlu lill-​gvernijiet fuq l-​art u lil dawk li jżommu magħhom?

      • Dak li tgħallimt dwar Ġeħova u Ġesù, kif jgħinek tkun ċert li dak li se jagħmlu se jkun tajjeb?

      Ġesù bħala Sultan qed imexxi l-​ġenna tal-​art mis-​sema.

      5. Ġesù hu l-​aqwa Sultan

      Bħala s-​Sultan tas-​Saltna t’Alla, Ġesù se jgħin lin-​nies fuq l-​art b’ħafna modi. Ara l-​VIDJOW biex issir taf kif Ġesù ġa wera li jrid jgħin lin-​nies u li Alla tah il-​qawwa biex jagħmel dan.

      VIDJOW: Ġesù Wera X’Se Tagħmel is-​Saltna t’Alla (1:​13)

      Dak li għamel Ġesù meta kien fuq l-​art jagħtina idea x’se tagħmel is-​Saltna t’Alla. Liema minn dawn il-​barkiet tixtieq tara? Aqra l-​iskritturi li ġejjin. Dawn jgħinuna nitgħallmu iżjed dwar dawn il-​barkiet.

      META KIEN FUQ L-​ART, ĠESÙ . . .

      MIS-​SEMA ĠESÙ SE . . .

      • ikkontrolla t-​temp. ​—Marku 4:​36-​41.

      • jirranġa l-​ħsara kollha li saret fid-​dinja. ​—Isaija 35:​1, 2.

      • temaʼ eluf taʼ nies b’miraklu. ​—Mattew 14:​17-​21.

      • ineħħi l-​ġuħ mid-​dinja. ​—Salm 72:16.

      • fejjaq lil ħafna nies. ​—Luqa 18:​35-​43.

      • jagħmel ċert li kulħadd se jkollu saħħa perfetta.​—Isaija 33:24.

      • qajjem in-​nies mill-​mewt. ​—Luqa 8:​49-​55.

      • iqajjem lill-​mejtin u jneħħi l-​mewt għal dejjem. ​—Rivelazzjoni 21:​3, 4.

      6. Is-​Saltna t’Alla se ġġib futur sabiħ

      Is-​Saltna se tagħti lin-​nies il-​ħajja sabiħa li Ġeħova dejjem ried għalihom. Huma se jgħixu għal dejjem f’ġenna tal-​art. Biex tara kif Ġeħova qed juża lil Ġesù biex jagħmel dak li jrid għalina ara l-​VIDJOW.

      VIDJOW: Idea taʼ Kemm Se Jkun Sabiħ il-​Futur (4:​38)

      Aqra Salm 145:​16, u mbagħad iddiskuti:

      • Kif tħossok li Ġeħova se ‘jissodisfa x-​xewqa taʼ kull ħaġa ħajja’?

      ĦAFNA JGĦIDU: “Jekk naħdmu flimkien, nistgħu nsolvu l-​problemi li hawn fid-​dinja.”

      • Is-​Saltna t’Alla liema problemi se ssolvi li l-​gvernijiet fuq l-​art ma jistgħux?

      XI DDISKUTEJNA?

      Is-​Saltna t’Alla se tagħmel dak kollu li jrid Alla. Hi se tbiddel l-​art f’ġenna sabiħa u se tkun mimlija b’nies tajbin li jaqdu lil Ġeħova għal dejjem.

      X’Tgħallimt

      • Is-​Saltna t’Alla kif se tqaddes isem Ġeħova?

      • Għala nistgħu nemmnu li l-​wegħdi kollha li hemm fil-​Bibbja se jsiru permezz tas-​Saltna t’Alla?

      • Mill-​affarijiet tajbin kollha li se tagħmel is-​Saltna t’Alla, x’tixtieq tara l-​iżjed?

      Ipprova Dan

      ARA IŻJED

      Sir af x’inhi Armageddon.

      “X’inhi l-​battalja t’Armageddon?” (Artiklu fuq jw.org)

      Ara x’se jiġri waqt u fl-​aħħar tal-​1,000 sena li se jmexxi Ġesù.

      “What Will Happen on Judgment Day?” (The Watchtower, September 1, 2012)

      Ara kif il-​familji jistgħu jimmaġinaw lilhom infushom flimkien fil-​Ġenna tal-​art.

      Immaġinak fil-​Ġenna tal-​art (1:​50)

      Fl-​istorja “I Was Troubled by Many Questions,” aqra kif raġel li kien jiħodha kontra l-​politika sab is-​soluzzjonijiet li kien qed ifittex.

      “The Bible Changes Lives” (The Watchtower, January 1, 2012)

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja