LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w00 11/15 pp. 21-23
  • Aqdi lil Alla minn Qalbek u minn Rajk

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Aqdi lil Alla minn Qalbek u minn Rajk
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Huma Jirrifjutaw li Jaqdu Assolutament
  • Meħtieġ Servizz mill-​Qalb
  • Xi Ngħidu għal Servizz b’Nofs Qalb?
  • Ferħ f’li Tagħmel ir-​Rieda t’Alla
  • ‘L-​Ispirtu Jrid, imma l-​Ġisem Dgħajjef’
  • Se Twieġeb Int Għall-Imħabba taʼ Ġesù?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • X’Se Tagħti Int Biex Tibqaʼ Ħaj?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • “B’Xejn Ħadtu, b’Xejn Agħtu”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Ġesù Kristu—Mibgħut Minn Alla?
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
w00 11/15 pp. 21-23

Aqdi lil Alla minn Qalbek u minn Rajk

“JIENA bil-​qalb kollha nonfoq u nintefaq għall-​ġid taʼ rwieħkom,” kiteb l-​appostlu Pawlu. (2 Korintin 12:15) Dan il-​kliem x’jurik dwar il-​ħarsa u l-​attitudni li l-​qaddejja taʼ Jehovah għandhom jipprovaw jikkultivaw? Skond wieħed studjuż tal-​Bibbja, meta Pawlu kiteb dan il-​kliem lill-​Kristjani f’Korintu, kien qed jgħid: “Jien lest li nonfoq saħħti, ħini, ħajti, u dak kollu li għandi għall-​ġid tagħkom, bħalma jagħmel bil-​ferħ missier għal uliedu.” Pawlu kien lest li ‘jintefaq,’ jew li “jispiċċa bla nifs u għajjien mejjet,” jekk dan kien dak li kien meħtieġ biex iwettaq il-​ministeru Kristjan tiegħu.

Iktar minn hekk, dan kollu Pawlu għamlu “bil-​qalb kollha.” Skond The Jerusalem Bible, hu kien “lest perfettament” li jagħmel dan. Xi ngħidu għalik? Lest int li tonfoq il-​ħin, l-​enerġija, it-​talenti u r-​riżorsi tiegħek biex taqdi lil Alla Jehovah u l-​interessi taʼ ħaddieħor, anki jekk li tagħmel dan ikun ifisser li kultant ‘tispiċċa bla nifs u għajjien mejjet?’ U se tagħmlu dan “bil-​qalb kollha”?

Huma Jirrifjutaw li Jaqdu Assolutament

Il-​biċċa l-​kbira taʼ l-​individwi mhux biss jaħsbuha darbtejn biex jaqdu lil Alla imma jirrifjutaw li jaqduh assolutament. L-​ispirtu li juru huwa wieħed taʼ ingratitudni, indipendenza egoistika, u saħansitra ribelljoni. Satana ħajjar lil Adam u Eva biex jaħsbu b’dan il-​mod. Hu qal b’mod żbaljat li huma kienu se jkunu “bħal allat, li jafu t-​tajjeb u l-​ħażin,” fi kliem ieħor kapaċi jiddeċiedu għalihom infushom x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin. (Ġenesi 3:​1-5) Dawk li llum għandhom l-​istess spirtu jaħsbu li għandu jkollhom libertà sħiħa biex jagħmlu eżattament dak li jixtiequ mingħajr ebda obbligu lejn Alla jew indħil minnu. (Salm 81:​12, 13 [81:​11, 12, NW]) Dawn iridu li jużaw dak kollu li għandhom għall-​interessi persunali tagħhom stess.—Proverbji 18:​1, NW.

Int x’aktarx m’għandekx din il-​ħarsa estrema. Wisq probabbli tapprezza ġenwinament ir-​rigal tal-​ħajja li tgawdi issa u l-​prospett saħansitra iktar taʼ l-​għaġeb li tgħix għal dejjem fuq art magħmula ġenna. (Salm 37:​10, 11; Apokalissi 21:​1-4) Forsi int grat profondament lejn Jehovah għat-​tjubija li wriek. Imma lkoll kemm aħna jeħtieġ li noqogħdu attenti għall-​periklu li Satana jistaʼ jgħawweġ il-​ħsieb tagħna b’tali mod li s-​servizz tagħna ma jibqax aċċettat iktar minn Alla. (2 Korintin 11:3) Kif jistaʼ jiġri dan?

Meħtieġ Servizz mill-​Qalb

Jehovah jridna naqduh b’qalb sħiħa u minn rajna. Hu qatt ma jisforzana biex nagħmlu r-​rieda tiegħu. Huwa Satana li jagħmel minn kollox biex iġib pressjoni fuq in-​nies jew iħajjarhom jagħmlu r-​rieda tiegħu. Meta titkellem dwar li wieħed jaqdi lil Alla, il-​Bibbja fil-​fatt issemmi obbligi, kmandamenti, ħtiġijiet, u affarijiet bħal dawn. (Koħèlet 12:13; Luqa 1:6) Madankollu, il-​motiv ewlieni tagħna f’li naqdu lil Alla huwa għax inħobbuh.—Eżodu 35:21; Dewteronomju 11:1.

Kien kemm kien li nefaq Pawlu fis-​servizz t’Alla, hu kien jaf li dan ma kien ifisser assolutament xejn ‘li kieku ma kellux l-​imħabba.’ (1 Korintin 13:​1-3) Meta l-​kittieba tal-​Bibbja jirreferu għall-​Kristjani bħala lsiera t’Alla, ma jkunux qed jirreferu għal jasar servili bbażat fuq l-​isforzar. (Rumani 12:11; Kolossin 3:24) Dak li jridu jfissru hu li wieħed jissottometti ruħu minn rajh b’imħabba profonda u mill-​qalb għal Alla u Ibnu, Ġesù Kristu.—Mattew 22:37; 2 Korintin 5:14; 1 Ġwann 4:​10, 11.

Is-servizz tagħna lil Alla jrid jirrifletti wkoll imħabba profonda għan-​nies. “Ġibna ruħna magħkom bil-​ħlewwa, bħalma omm traddaʼ tħaddan lil uliedha,” kiteb Pawlu lill-​kongregazzjoni f’Tessalonika. (1 Tessalonikin 2:7) Illum, f’ħafna pajjiżi, l-​ommijiet huma obbligati mil-​liġi li jieħdu ħsieb uliedhom. Imma żgur li l-​biċċa l-​kbira taʼ l-​ommijiet ma jagħmlux dan sempliċement biex jobdu l-​liġi, hux tassew? Le. Dan jagħmluh għaliex jgħożżu lil uliedhom. Tabilħaqq, omm li treddaʼ hija ferħana li tagħmel sagrifiċċji kbar ferm għal uliedha! Peress li Pawlu kellu ‘għożża’ bħal din għal dawk li kien jaqdi, hu ‘ried’ (‘feraħ,’ Saydon) li juża ħajtu stess biex jgħinhom. (1 Tessalonikin 2:8) L-​imħabba tqanqalna biex nikkopjaw l-​eżempju taʼ Pawlu.—Mattew 22:39.

Xi Ngħidu għal Servizz b’Nofs Qalb?

M’għandniex xi ngħidu, ma rridux inħobbu lilna nfusna iktar milli nħobbu lil Alla u lin-​nies. Inkella, jeżisti l-​periklu li forsi nagħtu biss servizz b’nofs qalb. Nistgħu saħansitra nibdew inżommu f’qalbna; inħossuna diżappuntati li ħajjitna ma nistgħux ngħixuha purament kif irridu. Hekk ġralhom xi Iżraelin li tilfu l-​imħabba li kellhom għal Alla, imma li fl-​istess ħin ħassew id-​dover li jibqgħu jaqduh b’xi mod. X’kien ir-​riżultat? Li jaqdu lil Alla sar “dwejjaq” għalihom.—Malakija 1:13.

L-offerti kollha li jsiru lil Alla għandhom dejjem ikunu b’saħħithom, bla difett, l-​aqwa li tistaʼ ssib. (Levitiku 22:​17-20; Eżodu 23:19) Madankollu, in-​nies fi żmien Malakija, minflok ma taw lil Jehovah l-​aqwa mill-​annimali tagħhom, bdew joffru dawk li ma ridux għalihom infushom. Jehovah kif irreaġixxa? Hu qal lill-​qassisin: “Jekk toffru vittma għamja, dan m’hu xejn ħażin? U jekk toffru vittma magħtuba jew marida, m’hu xejn ħażin dan? Mur, isa, offriha lill-​gvernatur tiegħek: se jieħu gost bik? Jilqgħek tajjeb? . . . Intom iġġibu vittmi misruqa u dak li hu magħtub u dak li hu marid, u dan iġġibuh bħala offerta. U jien se nilqagħha minn idejkom?”—Malakija 1:​8, 13.

Dan kif jistaʼ jiġri lilna? Is-​sagrifiċċji tagħna jistgħu jsiru “dwejjaq” għalina jekk ma nagħmluhomx mill-​qalb u minn rajna. (Eżodu 35:5, 21, 22; Levitiku 1:3; Salm 54:8 [54:​6, NW]; Lhud 13:​15, 16) Per eżempju, lil Jehovah nagħtuh dak li jibqaʼ mill-​ħin tagħna?

Jistaʼ xi ħadd jaħseb bis-​serjetà li Alla kien se jaċċetta s-​sagrifiċċju taʼ wieħed Iżraeli jekk dan ikun għamlu kontra qalbu, forsi billi b’xi mod ġie sforzat minn xi membru tal-​familja bi skop ġenwin jew minn xi Levita żeluż biex jagħżel l-​aqwa annimal meta hu fil-​fatt ma jkunx irid joffrih? (Isaija 29:13; Mattew 15:​7, 8) Jehovah m’aċċettahomx dawn is-​sagrifiċċji u bħala riżultat lanqas lin-​nies li offrewhom.—Hosegħa 4:6; Mattew 21:43.

Ferħ f’li Tagħmel ir-​Rieda t’Alla

Biex noffru lil Alla servizz li jaċċettah, irridu nsegwu l-​eżempju taʼ Ġesù Kristu, li qal: “Jien ma nfittixx ir-​rieda tiegħi, imma r-​rieda taʼ min bagħatni.” (Ġwann 5:30) Ġesù sab ferħ kbir f’li jaqdi lil Alla minn rajh. Hu wettaq il-​kliem profetiku taʼ David: “Li nagħmel ir-​rieda tiegħek. Alla tiegħi, dan jogħġobni.”—Salm 40:9 [40:​8, NW].

Għalkemm Ġesù kien jieħu pjaċir jagħmel ir-​rieda taʼ Jehovah, dan ma kienx dejjem faċli għalih. Ikkunsidra dak li ġara preċiż qabel ma ġie arrestat, mgħoddi ġuri, u maqtul. Waqt li kien fil-​ġnien tal-​Ġetsemani, Ġesù kellu ‘ruħu mnikkta’ u “ħass dwejjaq tal-​mewt.” Tant kienet intensa l-​pressjoni emozzjonali li, hu u jitlob, “l-​għaraq sarlu bħal qtar tad-​demm iċarċar sa l-art.”—Mattew 26:38; Luqa 22:44.

Ġesù għala għadda minn din l-​agunija? Żgur li mhux għaliex kien egoist jew għax kien jagħmel ir-​rieda t’Alla b’nofs qalb. Kien lest li jmut, u saħansitra rreaġixxa b’qawwa kbira għall-​kliem taʼ Pietru: “Allaħares, Mulej! Ma jkun qatt li dan jgħaddi minn għalik!” (Mattew 16:21-23) Minflok, Ġesù kien imħasseb dwar kif mewtu bħala kriminal imżeblaħ kienet se teffettwa lil Jehovah u l-​isem qaddis Tiegħu. Hu kien konxju li Missieru kien se jħoss uġigħ kbir meta jara lil Ibnu l-​maħbub jiġi trattat b’dan il-​mod barbariku.

Ġesù fehem ukoll li kien riesaq lejn żmien kruċjali fit-​twettiq taʼ l-​iskop taʼ Jehovah. Il-​fatt li jżomm lealment mal-​liġijiet t’Alla kien se juri mingħajr l-​iċken dubju li Adam setaʼ għamel l-​istess għażla. Il-​fedeltà taʼ Ġesù kellha tikxef b’mod ċar li l-​istqarrija taʼ Satana, li l-​bnedmin taħt prova ma kinux se jaqdu lil Alla fedelment minn rajhom, kienet falza għalkollox. Permezz taʼ Ġesù, Jehovah fl-​aħħar mill-​aħħar se jisħaq lil Satana u jneħħi l-​effetti taʼ l-​irvell tiegħu.—Ġenesi 3:15.

X’responsabbiltà enormi kellu Ġesù fuq spallejh! Isem Missieru, is-​sliem universali, u s-​salvazzjoni tal-​familja umana kollha kienu jiddependu mill-​fedeltà taʼ Ġesù. Billi rrealizza dan, hu talab: “Missier, jekk jistaʼ jkun, biegħed minni dan il-​kalċi! Imma mhux kif irrid jien, iżda kif trid int.” (Mattew 26:39) Saħansitra taħt l-​agħar tensjoni, Ġesù qatt ma naqas li minn rajh jissottometti ruħu għar-​rieda taʼ Missieru.

‘L-​Ispirtu Jrid, imma l-​Ġisem Dgħajjef’

Bħalma Ġesù sofra tensjoni emozzjonali intensa hu u jaqdi lil Jehovah, nistgħu nistennew li Satana se jeżerċita pressjoni fuqna bħala qaddejja t’Alla. (Ġwann 15:20; 1 Pietru 5:8) Iktar minn hekk, aħna imperfetti. Għalhekk, anki jekk naqdu lil Alla minn rajna, mhux se jkun faċli għalina li nagħmlu dan. Ġesù ra kif l-​appostli tiegħu ssieltu biex jagħmlu dak kollu li talabhom jagħmlu. Huwa għalhekk li hu qal: “L-​ispirtu, iva, irid; imma l-​ġisem dgħajjef.” (Mattew 26:41) Il-​ġisem perfett u uman tiegħu ma kellu l-​ebda dgħjufija. Madankollu, hu kellu f’moħħu d-​dgħjufija tal-​ġisem tad-​dixxipli tiegħu, l-​imperfezzjoni li kienu wirtu mingħand l-​imperfett Adam. Ġesù kien jaf li minħabba l-​imperfezzjoni li wirtu u l-​limitazzjonijiet umani li ġabet magħha, huma kien se jkollhom jissieltu biex jagħmlu dak kollu li riedu fis-​servizz taʼ Jehovah.

Għalhekk, mela, għandna mnejn inħossuna bħalma ħassu l-​appostlu Pawlu, li kien imnikket profondament meta l-​imperfezzjoni xekklet l-​abbiltà tiegħu li jaqdi lil Alla bis-​sħiħ. “Ir-​rieda tajba qiegħda hemm fija,” kiteb Pawlu, “imma li nagħmel it-​tajjeb m’hux hemm.” (Rumani 7:18) Aħna wkoll insibu li ma nistgħux inwettqu għalkollox l-​affarijiet tajbin kollha li nixtiequ nagħmlu. (Rumani 7:19) Dan m’huwiex għaliex min-​naħa tagħna nuru nofs qalb. Huwa sempliċement għaliex id-​dgħjufija tal-​ġisem tfixkel saħansitra l-​aqwa sforzi tagħna.

Ejja ma niddisprawx. Jekk inkunu lesti li nagħmlu minn qalbna dak kollu li nistgħu, Alla żgur se jaċċettah is-​servizz tagħna. (2 Korintin 8:12) Jalla ‘nagħmlu mill-​aħjar’ biex nimitaw l-​ispirtu li kellu Kristu u nissottomettu ruħna bis-​sħiħ għar-​rieda t’Alla. (2 Timotju 2:15; Filippin 2:​5-7; 1 Pietru 4:​1, 2) Jehovah se jippremja u jappoġġa lil min jaqdih minn qalbu u minn rajh. Hu se jagħtina “l-​qawwa iktar min-​normal” biex ipatti għad-​dgħjufijiet tagħna. (2 Korintin 4:​7-10, NW) Bl-​għajnuna taʼ Jehovah aħna, bħal Pawlu, se ‘nonfqu u nintefqu bil-​qalb kollha’ fis-​servizz prezzjuż Tiegħu.

[Stampa f’paġna 21]

Pawlu minn rajh qeda lil Alla mill-​aħjar li setaʼ

[Stampa f’paġna 23]

Saħansitra taħt l-​agħar tensjoni, Ġesù għamel ir-​rieda taʼ Missieru

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja