LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w95 10/1 pp. 25-30
  • Ġenituri u Tfal: Poġġu lil Alla l-Ewwel!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġenituri u Tfal: Poġġu lil Alla l-Ewwel!
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Responsabbiltà Kristjana
  • Ir-​Responsabbiltà Primarja
  • Jipprovdu Appoġġ Meħtieġ
  • Ġenituri, Xi Tpoġġu L-​Ewwel?
  • Tfal​—Lil Min Se Togħġbu?
  • Ġenituri, Ipprovdu għall-Bżonnijiet tal-Familja Tagħkom
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Ħarreġ lit-​Tfal Tiegħek mill-​Infanzja
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
  • Ġenituri—Ħarrġu lil Uliedkom bl-Imħabba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Uliedna —Wirt Prezzjuż
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
w95 10/1 pp. 25-30

Ġenituri u Tfal: Poġġu lil Alla l-​Ewwel!

“Ibżaʼ minn Alla, u ħares il-​kmandamenti tiegħu.”—EKKLEŻJASTi 12:13, Karm Żammit.

1. Ġenituri u tfal liema biżaʼ għandhom bżonn jikkultivaw, u dan x’se jġibilhom?

PROFEZIJA rigward Ġesù Kristu qalet li “l-​għaxqa tiegħu [kellha tkun] fil-​biżaʼ tal-​Mulej.” (Isaija 11:3) Il-​biżaʼ tiegħu kien essenzjalment reverenza u stagħġib profondi lejn Alla, biżaʼ li jagħti dispjaċir lil Alla għaliex kien iħobbu. Ġenituri u tfal għandhom bżonn jikkultivaw biżaʼ bħal dan minn Alla bħal taʼ Kristu, li se jġibilhom tgawdija bħalma ġab lil Ġesù. Jeħtieġu li jpoġġu lil Alla l-​ewwel fil-​ħajjiet tagħhom billi jobdu l-​kmandamenti tiegħu. Skond wieħed kittieb tal-​Bibbja, “dan huwa d-​dmir taʼ kull bniedem.”—Ekkleżjasti 12:13, KŻ.

2. Liema kien l-​iktar kmandament importanti tal-​Liġi, u lil min ingħata primarjament?

2 L-​iktar kmandament importanti tal-​Liġi, jiġifieri, li għandna ‘nħobbu lill-​Mulej b’qalbna kollha, b’ruħna kollha, u b’saħħitna kollha,’ ingħata primarjament lill-​ġenituri. Dan jidher mill-​kliem li ġej tal-​Liġi: “Tennihom [dan il-​kliem dwar li jħobbu lil Jehovah] lil uliedek, u tkellem fuqhom meta tkun f’darek, u meta tkun miexi fit-​triq, u meta timtedd, u meta tqum.” (Dewteronomju 6:4-7; Mark 12:28-30) Il-​ġenituri kienu b’hekk ikkmandati biex ipoġġu lil Alla l-​ewwel billi jħobbuh huma nfushom u billi jgħallmu lit-​tfal tagħhom biex jagħmlu l-​istess.

Responsabbiltà Kristjana

3. Ġesù kif wera l-​importanza taʼ li tingħata attenzjoni lit-​tfal?

3 Ġesù wera l-​importanza taʼ li tingħata attenzjoni saħansitra lit-​tfal żgħar. F’okkażjoni minnhom lejn it-​tmiem tal-​ministeru taʼ Ġesù fuq l-​art, in-​nies bdew iġibulu lit-​trabi tagħhom. Evidentement billi ħasbu li Ġesù kien imħabbat wisq biex jiġi ddisturbat, id-​dixxipli pprovaw iwaqqfu lin-​nies. Imma Ġesù ċanfar lid-​dixxipli: “Ħalluhom lit-​tfal iż-​żgħar jiġu għandi, u żżommuhomx.” Ġesù saħansitra “ħaddanhom miegħu,” u b’hekk wera b’mod kommoventi l-​importanza taʼ li tingħata attenzjoni liż-​żgħar.—Luqa 18:15-17; Mark 10:13-16.

4. Min huma dawk li ngħataw il-​kmand biex ‘jagħmlu dixxipli min-​nies tal-​ġnus kollha,’ u dan x’kien se jirrikjedi li jagħmlu?

4 Ġesù wkoll għamilha ċara li s-​segwaċi tiegħu kellhom ir-​responsabbiltà li jgħallmu lil oħrajn minbarra lit-​tfal tagħhom stess. Wara l-​mewt u l-​irxoxt tiegħu, Ġesù “deher . . . lil aktar minn ħames mitt aħwa flimkien”​—inklużi xi ġenituri. (1 Korintin 15:6) Milli jidher dan seħħ ħdejn muntanja fil-​Galilija fejn il-​11-il appostlu tiegħu kienu wkoll miġburin. Hemmhekk Ġesù ħeġġiġhom ilkoll: “Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-​ġnus kollha, . . . u għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien.” (Mattew 28:16-20) L-​ebda Kristjan ma jistaʼ b’mod xieraq jittraskura dan il-​kmand! Biex missirijiet u ommijiet iwettquh jirrikjedi li huma jieħdu ħsieb tat-​tfal tagħhom kif ukoll jieħdu sehem fix-​xogħol taʼ ppridkar u tagħlim pubbliku.

5. (a) X’juri li l-​biċċa l-​kbira mill-​appostli, jekk mhux kollha, kienu miżżewġin u għalhekk li possibilment kellhom it-​tfal? (b) Il-​kapijiet tal-​familja liema parir kellhom jieħdu serjament?

5 B’mod sinjifikanti, saħansitra l-​appostli kellhom jibbilanċjaw ir-​responsabbiltajiet tal-​familji tagħhom maʼ l-​obbligu li jippridkaw kif ukoll jirgħu l-​merħla t’Alla. (Ġwann 21:1-3, 15-17; Atti 1:8) Dan huwa għaliex il-​biċċa l-​kbira minnhom, jekk mhux kollha, kienu miżżewġin. B’hekk l-​appostlu Pawlu spjega: “M’għandniex id-​dritt li jkollna mara nisranija magħna bħall-​appostli l-​oħra u l-​aħwa tal-​Mulej u Kefa?” (1 Korintin 9:5; Mattew 8:14) Xi wħud mill-​appostli setgħu wkoll kellhom it-​tfal. Kittieba taʼ l-​istorja bikrin, bħal Ewsebjus, jgħidu li Pietru kellu. Il-​ġenituri Kristjani bikrin kollha kellhom bżonn jagħtu kas tal-​parir Skritturali: “Jekk xi ħadd ma jiħux ħsieb niesu, l-​aktar dawk tal-​familja tiegħu, dan ċaħad il-​fidi u hu agħar minn wieħed li ma jemminx.”—1 Timotju 5:8.

Ir-​Responsabbiltà Primarja

6. (a) Anzjani Kristjani bil-​familji liema sfida għandhom? (b) Liema hija r-​responsabbiltà primarja t’anzjan?

6 Anzjani Kristjani li għandhom il-​familji llum huma f’sitwazzjoni simili għal dik taʼ l-​appostli. Huma jridu jibbilanċjaw ir-​responsabbiltà tagħhom biex jieħdu ħsieb tal-​bżonnijiet spiritwali u fiżiċi tal-​familji tagħhom maʼ l-​obbligu tagħhom li jippridkaw pubblikament u li jirgħu l-​merħla t’Alla. Liema attività għandha tieħu prijorità? The Watchtower tal-​15 taʼ Marzu, 1964, innota: “L-​ewwel obbligu [tal-missier] huwa lejn il-​familja tiegħu, u ma jistax, fil-​fatt, jaqdi kif jixraq jekk ma jiħux ħsieb taʼ dan l-​obbligu.”

7. Missirijiet Kristjani kif ipoġġu lil Alla l-​ewwel?

7 Mela l-​missirijiet iridu jpoġġu lil Alla l-​ewwel billi jagħtu kas tal-​kmand li jibqgħu ‘jrabbu lit-​tfal tagħhom fid-​dixxiplina u t-​twiddib tal-​Mulej.’ (Efesin 6:4) Dik ir-​responsabbiltà ma tistax tiġi mgħoddija lil xi ħadd ieħor, saħansitra jekk xi missier ikollu wkoll xi inkarigu biex jindokra l-​attivitajiet fil-​kongregazzjoni Kristjana. Missirijiet bħal dawn kif jistgħu jieħdu ħsieb tar-​responsabbiltajiet tagħhom​—li jipprovdu għal membri tal-​familja fiżikament, spiritwalment, u emozzjonalment—​u fl-​istess ħin, jippresiedu u jipprovdu indokrar fil-​kongregazzjoni?

Jipprovdu Appoġġ Meħtieġ

8. Il-​mara t’anzjan kif tistaʼ tappoġġjah?

8 Biċ-​ċar, anzjani b’responsabbiltajiet tal-​familja jistgħu jibbenefikaw minn appoġġ. Il-​Watchtower li kkwotajna iktar ’il fuq innota li mara Kristjana tistaʼ tkun t’appoġġ għal żewġha. Dan qal: “Hi tistaʼ tagħmilha konvenjenti kemm jistaʼ jkun għalih biex jipprepara d-​diversi inkarigi tiegħu, u tgħin biex tiffranka ħin prezzjuż għalih u għaliha nfisha billi jkollha skeda tajba fid-​dar, li tlesti l-​ikel fil-​ħin, li tkun lesta biex titlaq għal-​laqgħat tal-​kongregazzjoni fil-​pront. . . . Taħt id-​direzzjoni taʼ żewġha, il-​mara Kristjana tistaʼ tagħmel ħafna biex tħarreġ lit-​tfal fil-​mogħdija li għandhom jieħdu biex jogħġbu lil Jehovah.” (Proverbji 22:6) Iva, il-​mara ġiet maħluqa biex tkun “għajnuna,” u żewġha b’mod għaqli se jilqaʼ l-​assistenza tagħha. (Ġenesi 2:18) L-​appoġġ tagħha jistaʼ jgħinu biex jieħu ħsieb b’mod iktar effettiv tar-​responsabbiltajiet kemm tal-​familja tiegħu kif ukoll dawk tal-​kongregazzjoni tiegħu.

9. Fil-​kongregazzjoni taʼ Tessalonika min ġie nkuraġġit biex jgħin lil membri oħrajn tal-​kongregazzjoni?

9 Madankollu, in-​nisa t’anzjani Kristjani m’humiex l-​uniċi li jistgħu jieħdu sehem f’attività li tappoġġja lil indokratur li jrid kemm ‘jirgħa l-​merħla t’Alla’ kif ukoll jieħu ħsieb tan-​nies taʼ daru. (1 Pietru 5:2) Min iżjed jistaʼ? L-​appostlu Pawlu ħeġġeġ lill-​aħwa f’Tessalonika biex ikollhom stima lejn dawk li kienu ‘jippresiedu’ fuqhom. Madankollu, billi kompla u indirizza lil dawn l-​istess aħwa​—speċifikament lil dawk li ma kinux jippresiedu—​Pawlu kiteb: “Aħna nħeġġukom, ħuti, biex twiddbu lill-​għażżenin, tagħmlu l-​qalb lill-​beżżiegħa, tgħinu lid-​dgħajfa, tistabru b’kulħadd.”—1 Tessalonkin 5:12-14.

10. L-​għajnuna taʼ mħabba taʼ l-​aħwa kollha liema effett mill-​aħjar għandha fuq il-​kongregazzjoni?

10 Kemm hija ħaġa sabiħa meta l-​aħwa f’kongregazzjoni jkollhom l-​imħabba li tqanqalhom biex ifarrġu lid-​dipressi, biex jappoġġjaw lid-​dgħajfin, biex iwiddbu lil min hu bla ordni, u biex juru sabar fit-​tul lejn kulħadd! L-​aħwa f’Tessalonika, li kienu għadhom kif ħaddnu l-​verità tal-​Bibbja minkejja li sofrew tribulazzjoni kbira, applikaw il-​parir taʼ Pawlu biex jagħmlu dan. (Atti 17:1-9; 1 Tessalonkin 1:6; 2:14; 5:11) Aħseb dwar l-​effett mill-​aħjar li l-​koperazzjoni b’imħabba tagħhom kellha f’li ssaħħaħ u tgħaqqad lill-​kongregazzjoni kollha kemm hi! B’mod simili, meta l-​aħwa llum ifarrġu, jappoġġjaw, u jammonixxu lil xulxin, dan jagħmel ir-​responsabbiltajiet pastorali taʼ l-​anzjani, li taʼ spiss ikollhom familji x’jieħdu ħsieb, ħafna eħfef biex jittrattaw magħhom.

11. (a) Għala huwa raġonevoli li nikkonkludu li n-​nisa kienu inklużi fit-​terminu ‘aħwa’? (b) Mara Kristjana matura liema għajnuna tistaʼ tagħti lil nisa iżgħar illum?

11 Kienu inklużi nisa fost ‘l-​aħwa’ li l-​appostlu Pawlu kien qiegħed jindirizza? Iva, kienu, ladarba ħafna nisa saru kredenti. (Atti 17:1, 4; 1 Pietru 2:17; 5:9) Liema xorta t’għajnuna setgħu jagħtu nisa bħal dawn? Sewwa, kien hemm nisa iżgħar fil-​kongregazzjoni li kellhom problema f’li jikkontrollaw ‘l-​impulsi sesswali’ tagħhom jew li saru ‘erwieħ dipressi.’ (1 Timotju 5:11-13) Xi nisa llum għandhom problemi simili. Dak li forsi għandhom bżonn l-​iktar huwa sempliċement min joqgħod jismagħhom jew maʼ min jiftħu qalbhom. Taʼ spiss mara Kristjana matura hi l-​aħjar persuna biex tipprovdi għajnuna bħal din. Hi tistaʼ, per eżempju, tiddiskuti problemi persunali maʼ mara oħra li raġel Kristjan waħdu ma jistax jittratta b’mod xieraq. Billi enfasizza l-​valur taʼ li jipprovdu għajnuna bħal din, Pawlu kiteb: “In-​nisa xjuħ . . . għandhom jgħallmu t-​tajjeb, biex hekk idarru n-​nisa żgħażagħ iħobbu lil żwieġhom u lil uliedhom; ikunu meqjusa, safja, nisa tad-​dar, twajba, ubbidjenti għal żwieġhom, ħalli l-​kelma t’Alla ma titkasbarx.”—Titu 2:3-5.

12. Id-​direzzjoni taʼ min huwa vitali li kulħadd fil-​kongregazzjoni jsegwi?

12 X’barka huma aħwa nisa umlin f’kongregazzjoni meta b’koperazzjoni jappoġġjaw kemm lil żwieġhom kif ukoll lill-​anzjani! (1 Timotju 2:11, 12; Lhud 13:17) Anzjani b’responsabbiltajiet tal-​familja jibbenefikaw speċjalment meta kulħadd jikkopera biex jgħin wieħed lill-​ieħor fi spirtu taʼ mħabba u meta lkoll ikunu sottomessi lejn id-​direzzjoni tar-​ragħajja maħturin.—1 Pietru 5:1, 2.

Ġenituri, Xi Tpoġġu L-​Ewwel?

13. Ħafna missirijiet kif jonqsu lill-​familji tagħhom?

13 Snin ilu preżentatur prominenti osserva: “Jien nara rġiel taʼ suċċess imexxu kumpaniji b’mijiet taʼ nies; huma jafu kif jittrattaw maʼ kull sitwazzjoni, kif jiddixxiplinaw u jippremjaw fid-​dinja tan-​negozju. Imma l-​aqwa negozju li qegħdin imexxu huwa l-​familja tagħhom u jonqsuha.” Għala? Mhux għaliex ipoġġu n-​negozju u interessi oħrajn l-​ewwel u jittraskuraw il-​parir t’Alla? Il-​Kelma tiegħu tgħid: “Dan il-​kliem u dawn il-​kmandamenti li qiegħed nagħtik . . . tennihom lil uliedek.” U dan ried isir kuljum. Il-​ġenituri għandhom bżonn jagħtu bla riżerva mill-​ħin tagħhom​—u speċjalment mill-​imħabba u t-​tħassib profond tagħhom.—Dewteronomju 6:6-9.

14. (a) Il-​ġenituri kif għandhom jieħdu ħsieb tat-​tfal tagħhom? (b) Taħriġ xieraq tat-​tfal x’jinkludi?

14 Il-​Bibbja tfakkarna li t-​tfal huma wirt mingħand Jehovah. (Salm 127:3) Tieħu int ħsieb tat-​tfal tiegħek bħala l-​propjetà t’Alla, għotja li fdalek f’idejk? It-​tifel (tifla) tiegħek wisq probabbli se jieħu pjaċir jekk terfgħu fuqek, u b’hekk turi l-​interess u l-​attenzjoni b’imħabba tiegħek. (Mark 10:16) Imma biex ‘tħarreġ tifel jimxi fit-​triq it-​tajba’ jirrikjedi iżjed milli sempliċement tipprovdilu tgħanniq u bews. Biex ikun armat bil-​għerf ħa jevita n-​nasbiet tal-​ħajja, tifel (tifla) jeħtieġ ukoll dixxiplina b’imħabba. Ġenitur juri mħabba ġenwina billi ‘jieħu ħsieb iwiddeb lit-​tfal tiegħu.’—Proverbji 13:1, 24; 22:6.

15. Liema ħaġa turi n-​neċessità taʼ dixxiplina mill-​ġenituri?

15 In-​neċessità taʼ dixxiplina mill-​ġenituri tistaʼ tidher minn deskrizzjoni li waħda school counselor tat taʼ tfal li jiġu fl-​uffiċċju tagħha: “Iġibulek ħasra, huma dipressi, tilfu l-​fiduċja fihom infushom. Jibku hekk kif jitkellmu dwar kif inhuma tassew l-​affarijiet. Ħafna​—ħafna iżjed milli wieħed jistaʼ jaħseb—​ipprovaw jagħmlu suwiċidju, mhux għaliex huma tant henjin li ma jifilħux iżjed; huwa għaliex iħossuhom tant imdejqin, li ħadd ma jimpurtah minnhom, u huma mimlijin stress għaliex t’età tant żagħżugħa huma ‘responsabbli’ u huwa sempliċement wisq għalihom.” Hi żiedet: “Hija ħaġa tal-​biżaʼ għal wieħed żagħżugħ li jħoss li hu qiegħed imexxi l-​affarijiet.” Veru, it-​tfal jistgħu jipprovaw jevitaw id-​dixxiplina, imma huma attwalment japprezzaw gwida u restrizzjonijiet mingħand il-​ġenituri. Huma henjin li l-​ġenituri tagħhom jimpurtahom biżżejjed li jpoġġu limiti għalihom. “Dan neħħa tagħbija tal-​biżaʼ minn fuq moħħi,” qal wieħed teenager li l-​ġenituri tiegħu għamlu dan.

16. (a) X’jiġrilhom xi tfal imrobbijin fi djar Kristjani? (b) Il-​korsa stinata taʼ tifel (tifla) għala ma tfissirx neċessarjament li t-​taħriġ mogħti mill-​ġenituri ma kienx tajjeb?

16 Madankollu, minkejja li jkollhom ġenituri li jħobbuhom u li jipprovdulhom taħriġ mill-​aħjar, xi żgħażagħ, bħall-​iben prodigu fit-​tixbieha taʼ Ġesù, jirrifjutaw il-​gwida tal-​ġenituri u jisfrattaw. (Luqa 15:11-16) Dak fih innifsu, madankollu, mhux bil-​fors ifisser li l-​ġenituri ma wettqux ir-​responsabbiltà tagħhom biex irabbu lit-​tifel (tifla) tagħhom kif jixraq, bħalma jindika Proverbji 22:6. L-​istqarrija dwar li ‘tħarreġ tifel jimxi fit-​triq it-​tajba u ma joħroġx minnha’ ngħatat bħala regola ġenerali. B’sogħba, bħall-​iben prodigu, xi tfal se ‘jistmerru l-​ubbidjenza lejn ġenitur.’—Proverbji 30:17.

17. Ġenituri taʼ tfal stinati minn liema ħaġa jistgħu jieħdu faraġ?

17 Missier taʼ iben stinat ilmenta: “Jien ipprovajt fuq li pprovajt biex nilħaqlu qalbu. Ma nafx x’se nagħmel għaliex ipprovajt tant affarijiet. Xejn ma rnexxa.” Nittamaw li tfal stinati bħal dawn, maż-​żmien, jiftakru t-​taħriġ b’imħabba li rċevew u jirritornaw bħalma għamel il-​prodigu. Il-​fatt jibqaʼ, iżda, li xi tfal jirribellaw u jagħmlu affarijiet immorali b’uġigħ kbir għall-​ġenituri tagħhom. Il-​ġenituri jistgħu jieħdu faraġ mill-​għarfien li saħansitra l-​aqwa għalliem li qatt għex fuq l-​art ra lil dak li kien ilu student tiegħu Ġuda l-​Iskarjota jittradih. U Jehovah innifsu kien bla dubju mnikket meta ħafna mill-​ulied spirti tiegħu stess irrifjutaw il-​parir tiegħu u saru ribellużi mingħajr ebda ħtija min-​naħa Tiegħu.—Luqa 22:47, 48; Apokalissi 12:9.

Tfal​—Lil Min Se Togħġbu?

18. It-​tfal kif jistgħu juru li jpoġġu lil Alla l-​ewwel?

18 Jehovah iħeġġeġ lilkom iż-​żgħar: “Isimgħu mill-​ġenituri tagħkom fil-​Mulej.” (Efesin 6:1) Żgħażagħ poġġu lil Alla l-​ewwel billi tagħmlu dan. Tkunux boloh! “L-​iblah jistmell it-​tagħlim taʼ missieru,” tgħid il-​Kelma t’Alla. Lanqas m’għandek b’arroganza tippreżumi li tistaʼ tgħaddi mingħajr dixxiplina. Il-​fatt huwa li “xi wħud jidhrilhom li huma safja, imma ma tnaddfux minn ħmieġhom.” (Proverbji 15:5; 30:12) Mela agħti kas tad-​direzzjoni divina​—“isma’,” ‘aħżen,’ “tinsiex,” ‘tgħallem,’ “ħares,” u ‘twarrabx’ il-​kmandamenti u d-​dixxiplina tal-​ġenituri.—Proverbji 1:8; 2:1; 3:1; 4:1; 6:20.

19. (a) It-​tfal liema raġunijiet sodi għandhom biex jobdu lil Jehovah? (b) Iż-​żgħar kif jistgħu juru li huma grati lejn Alla?

19 Int għandek raġunijiet sodi għala għandek tobdi lil Jehovah. Hu jħobbok, u ta l-​liġijiet tiegħu, inkluża l-​liġi biex it-​tfal jobdu lill-​ġenituri, biex jipproteġik u jgħinek tgawdi ħajja hienja. (Isaija 48:17) Hu ta wkoll lil Ibnu biex imut għalik sabiex tkun tistaʼ tiġi salvat mid-​dnub u l-​mewt u tgawdi ħajja taʼ dejjem. (Ġwann 3:16) Grat int? Alla qiegħed iħares mis-​smewwiet, jeżamina lil qalbek biex jara jekk int tħobbux verament u jekk tapprezzax il-​provvedimenti tiegħu. (Salm 14:2) Satana wkoll qiegħed iħares, u qiegħed jinbex lil Alla, billi jsostni li int m’intix se tobdiH. Tagħmel lil Satana kuntent u lil Jehovah ‘imnikket’ meta ma tobdix lil Alla. (Salm 78:40, 41) Jehovah jagħmillek dan l-​appell: “Kun għaref, ibni, u ferraħli qalbi [billi tobdi minni], biex inkun nistaʼ nwieġeb lil min jgħajjarni.” (Proverbji 27:11) Iva, il-​mistoqsija hija, Lil min se togħġob, lil Satana jew lil Jehovah?

20. Waħda żagħżugħa kif żammet il-​kuraġġ biex taqdi lil Jehovah saħansitra meta tħossha beżgħana?

20 M’huwiex faċli li tagħmel ir-​rieda t’Alla meta tkun iffaċċjat minn pressjonijiet li Satana u d-​dinja tiegħu jitfgħu fuqek. Tistaʼ tkun ħaġa tal-​biżaʼ. Waħda żagħżugħa nnotat: “Li tibżaʼ huwa bħal meta tħoss il-​bard. Tistaʼ tagħmel xi ħaġa dwar dan.” Hi spjegat: “Meta tħoss il-​bard, tilbes flokk. Jekk tibqaʼ tħoss il-​bard, tilbes ieħor. U tibqaʼ tilbes xi ħaġa oħra sakemm il-​bard jitlaq u ma tibqax tħossu. Mela li titlob lil Jehovah meta tkun beżgħan huwa bħal meta tilbes flokk meta tħoss il-​bard. Jekk wara talba waħda nkun għadni beżgħana, nerġaʼ nitlob, u nerġaʼ, u nerġaʼ, sakemm ma nibqax inħossni beżgħana iżjed. U dan jaħdem. Żammni ’l bogħod mill-​inkwiet!”

21. Jehovah kif se jappoġġjana jekk aħna tassew nipprovaw inpoġġuh l-​ewwel fil-​ħajjiet tagħna?

21 Jekk verament nipprovaw inpoġġu lil Alla l-​ewwel fil-​ħajjiet tagħna, Jehovah se jappoġġjana. Hu se jsaħħaħna, billi jipprovdi għajnuna anġelika meta tkun meħtieġa, saħansitra bħalma għamel għal Ibnu. (Mattew 18:10; Luqa 22:43) Kunu kuraġġużi intom ilkoll ġenituri u tfal. Ħa jkollkom biżaʼ bħal taʼ Kristu, u dan iġibilkom tgawdija. (Isaija 11:3) Iva, “ibżaʼ minn Alla, u ħares il-​kmandamenti tiegħu: għax dan huwa d-​dmir taʼ kull bniedem.”—Ekkleżjasti 12:13, KŻ. (w95 10/1)

Tistaʼ Twieġeb Int?

◻ Is-​segwaċi bikrin taʼ Ġesù liema responsabbiltajiet kellhom bżonn jibbilanċjaw?

◻ Ġenituri Kristjani liema responsabbiltà jridu jwettqu?

◻ Liema għajnuna hija disponibbli għal anzjani Kristjani bil-​familji?

◻ Aħwa nisa liema servizz taʼ valur jistgħu jwettqu fil-​kongregazzjoni?

◻ Liema parir u direzzjoni huwa vitali li t-​tfal jagħtu kas?

[Stampa f’paġna 27]

Spiss mara Kristjana matura tistaʼ tipprovdi lil mara iżgħar b’għajnuna meħtieġa

[Stampa f’paġna 29]

Ġenituri taʼ tfal stinati jistgħu jieħdu liema faraġ mill-​Iskrittura?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja