LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gm kap. 5 pp. 23-29
  • It-“Testment il-Ġdid”−Storja jew Ħrafa?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-“Testment il-Ġdid”−Storja jew Ħrafa?
  • Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Meta Ġiet Miktuba?
  • Testimonjanza minn Xhieda li Raw Dak li Ġara
  • It-Test Huwa taʼ Min Jafdah?
  • Evidenza mid-Dokumenti
  • L-Evidenza Arkeoloġika
  • Il-Ħoss tal-Verità
  • Ġesù−Persuna Vera
  • Għala Huma Ma Jemmnux
  • Il-Verità Dwar Ġesù
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Veru eżista Ġesù?
    Stenbaħ!—2016
  • Min Kien Tassew Ġesù
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Il-Mirakli−Veru Ġraw?
    Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
Ara Iżjed
Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
gm kap. 5 pp. 23-29

Kapitlu 5

It-“Testment il-Ġdid”−Storja jew Ħrafa?

“Illum it-Testment il-Ġdid jistaʼ jiġi deskritt bħala l-ktieb li ġie investigat l-iktar fil-qasam tal-letteratura.“ Hekk qal Hans Küng fil-ktieb tiegħu “On Being a Christian” (“Meta Wieħed Isir Kristjan”). U kellu raġun. Matul l-aħħar 300 sena, l-Iskrittura Griega Kristjana ġiet iktar minn investigata. Ġiet eżaminata biċċa biċċa bir-reqqa u anàlizzata fl-iċken dettal iktar minn kull biċċa xogħol oħra tal-letteratura.

1, 2. (Inkludi l-introduzzjoni.) (a) L-Iskrittura Griega Kristjana matul l-aħħar 300 sena kienet suġġetta għal liema trattament? (b) Xi investigaturi waslu għal liema konklużjonijiet strambi?

IL-KONKLUŻJONIJIET li waslu għalihom xi investigaturi huma strambi ferm. Lura fis-seklu 19, Ludwig Noack fil-Ġermanja kkonkluda li l-Vanġelu taʼ Ġwanni ġie miktub fis-sena 60 E.K. mid-dixxiplu maħbub−li, skond Noack, kien Ġuda! Il-Franċiż Joseph Ernest Renan issuġġerixxa li l-irxoxt taʼ Lażżru kien x’⁠aktarx falsifikazzjoni rranġata minn Lażżru nnifsu biex jappoġġja l-istqarrija taʼ Ġesù taʼ li kien wieħed li jagħmel il-mirakli, waqt li t-teologu Ġermaniż Gustay Volkmar insista li ma kienx possibbli Ġesù tal-istorja li jressaq stqarrijiet Messjaniċi.​1

2 Bruno Bauer, mill-banda l-oħra, iddeċieda li Ġesù lanqas qatt ma eżista! “Hu baqaʼ jsostni li l-forzi kreattivi u rejali fll-Kristjanità bikrija kienu Filo, Seneka, u l-Gnostiċi. Fl-aħħar hu ddikjara li qatt ma kien hemm xi Ġesù storiku . . . li l-ġenesi tar-reliġjon Kristjana kien tard fit-tieni seklu u ġie mill-Ġudajiżmu li fih l-Istojċiżmu kien sar dominanti.”​2

3. Liema opinjoni dwar il-Bibbja ħafna għadhom iżommu?

3 Illum, ftit isostnu idejat estremi bħal dawn. Imma jekk inti taqra x-xogħlijiet taʼ studjużi moderni, int se ssib li ħafna għadhom jemmnu li l-Iskrittura Griega Kristjana fiha leġġendi, ħrejjef, u esaġerazzjonijiet. Huwa dan minnu?

Meta Ġiet Miktuba?

4. (a) Għala huwa importanti li tkun taf meta nkitbu l-kotba tal-Iskrittura Griega Kristjana? (b) X’⁠inhuma xi opinjonijiet dwar iż-żmien meta nkitbet l-Iskrittura Griega Kristjana?

4 Jieħu ż-żmien biex jiġu żviluppati l-ħrejjef u l-leġġendi. Mela l-mistoqsija, Meta nkitbu dawn il-kotba?, hija importanti. Michael Grant, kittieb tal-istorja, igħid li l-kitbiet storiċi tal-Iskrittura Griega Kristjana bdew jinkitbu “tletin jew erbgħin sena wara l-mewt taʼ Ġesù.”​4 L-arkeologu bibliku William Foxwell Albright iċċita lil C. C. Torrey bħala li kkonkluda “li l-Vanġeli kollha ġew miktubin qabel is-sena 70 A.D. u li m’⁠hemm xejn fihom li ma setax ġie miktub f’⁠perijodu taʼ għoxrin sena mill-Kruċifissjoni.” L-opinjoni taʼ Albright stess kienet li l-kitba tagħhom ġiet kompluta “mhux iktar tard mis-sena 80 A.D.” Oħrajn jaslu għal estimi xi ftit differenti, imma l-maġġoranza tagħhom jaqblu li l-kitba tat-“Testment il-Ġdid” ġiet kompluta sat-tmiem tal-ewwel seklu.

5, 6. X’⁠għandna nikkonkludu mill-fatt li l-Iskrittura Griega Kristjana kienet miktuba mhux wisq wara li seħħew il-ġrajjiet li huma jirrekordjaw?

5 Dan xi jfisser? Albright jikkonkludi: “Dak kollu li nistgħu ngħidu hu li perijodu taʼ bejn għoxrin u ħamsin sena huwa qasir wisq biex jippermetti xi korruzzjoni effettiva tal-kontenut essenzjali u saħansitra tal-użu taʼ kliem speċifiku tal-espressjonijiet taʼ Ġesù.”​5 Il-Professur Gary Habermas iżid: “Il-Vanġeli huma qrib sew tal-perijodu taʼ żmien li huma jirrekordjaw, fil-waqt li r-rakkonti storiċi antiki taʼ spiss jiddeskrivu ġrajjiet li seħħew sekli qabel. Madankollu, kittieba moderni tal-istorja huma kapaċi b’⁠suċċess joħorġu l-ġrajjiet saħansitra minn dawn il-perijodi antiki taʼ żmien.”​6

6 Fi kliem ieħor, il-partijiet storiċi tal-Iskrittura Griega Kristjana minn tal-inqas jistħoqqilhom li jiġu emmnuti daqs ir-rakkonti storiċi sekulari. Ċertament, fil-ftit għaxriet taʼ snin bejn il-ġrajjiet tal-Kristjanità bikrija u meta bdew jiġu mniżżla fil-kitba, ma kien hemm ebda żmien biex jiżżviluppaw u jiġu aċċettati b’⁠mod universali xi leġġendi u ħrejjef.

Testimonjanza minn Xhieda li Raw Dak li Ġara

7, 8. (a) Min kienu għadhom ħajjin waqt li l-Iskrittura Griega Kristjana kienet għadha qed tiġi miktuba u ċċirkulata? (b) X’⁠għandna nikkonkludu fl qbil mal-kumment tal-Professur F. F. Bruce?

7 Dan huwa speċjalment veru meta nħarsu lejn il-fatt li ħafna mir-rakkonti jitkellmu dwar xhieda li raw dawn il-każi. Il-kittieb tal-Vanġelu taʼ Ġwanni qal: “Dan hu d-dixxiplu [id-dixxiplu li Gesù ħabb] li jagħti xiehda dwar dawn l-affarijiet u li kiteb dawn l-affarijiet.” (Ġwann 21:24) Il-kittieb tal-ktieb taʼ Luqa jgħid: “Dawn ġew imgħoddijin lilna minn dawk li mill-bidu raw b’⁠għajnejhom il-messaġġ u saru qaddejja tiegħu.” (Luqa 1:⁠2) L-appostlu Pawlu, billi kien qed jitkellem dwar dawk li kienu xhieda tal-irxoxt taʼ Ġesù, qal: “Il-biċċa l-kbira minn[hom] għadhom sal-lum, imma xi wħud raqdu fil-mewt.”−1 Korintin 15:⁠6.

8 F’⁠konnessjoni ma’ dan, il-Professur F. F. Bruce jagħmel din l-osservazzjoni xierqa: “Bl-ebda mod ma setaʼ kien ikun daqshekk ħaflf bħalma xi kittieba donnhom jaħsbu li tiwinta kliem u egħmejjel taʼ Ġesù f’⁠dawk is-snin bikrin, meta kien hemm tant dixxipli minn Tiegħu preżenti, li setgħu jiftakru x’⁠ġara u x’⁠ma ġarax. . . . Id-dixxipli ma setgħux jaffordjaw li jirriskjaw l-iżballji (biex ma nsemmux tbagħbis tal-fatti għal tal-apposta), li kieku mill-ewwel kienu jiġu mikxufln minn dawk li kienu se jkunu iktar milli ħerqana li jagħmlu hekk. Għall-kuntrarju, wieħed mill-punti qawwijin fl-ippridkar appostoliku oriġinali kien l-appell kunfidenti lejn il-għarfien taʼ dawk li semgħu; huma mhux biss qalu, ‘Aħna xhieda taʼ dawn l-affarijiet,’ imma wkoll, ‘Bħalma tafu intom stess ukoll’ (Atti 2:22).”​7

It-Test Huwa taʼ Min Jafdah?

9, 10. Dwar liema ħaġa nistgħu nkunu ċerti safejn jikkonċerna l-Iskrittura Griega Kristjana?

9 Huwa possibbli li dawn it-testimonjanzi viżwali kienu rrekordjati b’⁠mod korrett u iktar tard ġew korrotti? Fi kliem ieħor, wara li tlestiet il-kitba oriġinali ġew introdotti xi ħrejjef u leġġendi? Diġà rajna li t-test tal-Iskrittura Griega Kristjana huwa f’⁠kundizzjoni aħjar minn kwalunkwe letteratura antika oħra. Kurt u Barbara Aland, studjużi tat-Test Grieg tal-Bibbja, iniżżlu lista taʼ kważi 5,000 manuskritti li baqgħu jeżistu mill-qedem sa żmienna, xi wħud daqshekk kmieni mit-tieni seklu E.K.​8 It-testimonjanza ġenerali dwar din il-kwantità taʼ evidenza hija li t-test huwa essenzjalment mhux imbagħbas. Ma’ dan il-fatt, hemm ħafna tradizzjonijiet antiki −l-iktar bikrin jappartjenu bejn wieħed u ieħor is-sena 180 E.K.−li jgħinu biex jagħtu prova li t-test huwa korrett.​9

10 Għalhekk, tqisha kif tqisha, nistgħu nkunu ċerti li l-leġġendi u l-ħrejjef ma nfiltrawx fl-Iskrittura Griega Kristjana wara li l-kittieba oriġinali temmew ix-xogħol tagħhom. Sostanzjalment, it-test li għandna huwa l-istess bħal dak li l-kittieba oriġinali kitbu, u l-eżattezza tiegħu huwa kkonfermat mill-fatt li Kristjani kontemporanji aċċettawh. Allura nistgħu aħna, mela, niċċekkjaw il-fatt li l-Bibbja hija storika billi nqabbluha ma’ rakkonti storiċi antiki oħra? Sa ċertu punt, iva.

Evidenza mid-Dokumenti

11. L-evidenza ddokumentata esterna sa liema punt tappoġġja r-rakkonti storiċi li jinsabu fl-Iskrittura Griega Kristjana?

11 Fil-fatt, inkwantu għal ġrajjiet fil-ħajja taʼ Ġesù u l-appostli tiegħu, l-evidenza dokumentarja apparti mill-Bibbja hija limitata mhux ħażin. Dan tabilħaqq hu dak li hu mistenni, ladarba fl-ewwel seklu, il-Kristjani relattivament kienu grupp żgħir li ma kienx jindaħal fll-politika. Imma l-evidenza li l-istorja sekulari tipprovdi taqbel ma’ dak li naqraw fll-Bibbja.

12. Josefus x’⁠igħidilna dwar Ġwanni l-Għammied?

12 Per eżempju, wara li Erodi Antipas sofra telfa militari kbira, l-istoriku Lhudi Josefus, billi kien qed jikteb fls-sena 93 E.K., qal: “Għal xi wħud mil-Lhud il-qerda tal-armata taʼ Erodi dehret li kienet vendetta divina, u ċertament vendetta ġusta, għat-trattament tiegħu taʼ Ġwanni, kunjomu l-Battista. Għax Erodi kien tah il-mewt, għalkemm kien raġel tajjeb u kien qanqal lil-Lhud biex igħixu ħajjiet taʼ tjieba, jipprattikaw ġustizzja ma’ għajrhom u qdusija lejn Alla.”​10 B’⁠hekk Josefus jikkonferma r-rakkont tal-Bibbja li Ġwanni l-Għammied kien raġel tajjeb li ppriedka l-indiema u li ngħata l-esekuzzjoni minn Erodi.−Mattew 3:1-12; 14:⁠11.

13. Josefus kif jappoġġja l-fatt li Ġakbu u Ġesù nnifsu huma storiċi?

13 Josefus ukoll isemmi lil Ġakbu, ħu Ġesù mill-missier, li, il-Bibbja tgħidilna, għall-ewwel ma kienx segwa lil Ġesù imma iktar tard sar anzjan prominenti f’⁠Ġerus̀alemm. (Ġwann 7:​3-5; Galatin 1:​18, 19) Huwa jiddokumenta l-arrest taʼ Ġakbu f’⁠dan il-kliem: “[Il-qassis il-kbir Ananus] ġabar flimkien lill-imħallfln tas-Sinedriju u ġab quddiemhom raġel jismu Ġakbu, ħu Ġesù li kien imsejjaħ il-Kristu, kif ukoll ċerti oħrajn.”11 Bil-kitba taʼ dan il-kliem, Josefus jerġaʼ jżid li “Ġesù, li kien imsejjaħ il-Kristu” kien persuna rejali u storika.

14, 15. Taċitus jagħti liema appoġġ lir-rakkont tal-Bibbja?

14 Kittieba bikrin oħra wkoll jirreferu għal affarijiet imsemmija fl-Iskrittura Griega. Per eżempju, il-Vanġeli jgħidulna li l-ippridkar taʼ Ġesù madwar il-Palestina ltaqaʼ ma’ rispons imferrex. Meta ngħata s-sentenza tal-mewt minn Ponzju Pilatu, is-segwaċi tiegħu kienu konfużi u sewdu qalbhom. Ftit wara, dawn l-istess dixxipli bil-qlubija mlew lil Ġerusalemm bil-messaġġ li l-Mulej tagħhom kien ġie rxoxtat. Fi ftit snin, il-Kristjanità nfi-xet madwar l-Imperu Ruman.−Mattew 4:25; 26:31; 27:​24-26; Atti 2:​23, 24, 36; 5:28; 17:⁠6.

15 Xiehda għall-verità taʼ dan il-fatt tiġi mill-istoriku Ruman Taċitus, li ma kienx xi ħabib tal-Kristjanità. Billi kien qed jikteb ftit wara s-sena 100 E.K., hu jgħid dwar il-persekuzzjoni krudili taʼ Neruni fuq il-Kristjani u jżid: “Kristus, il-fundatur tal-isem, kien ħa l-piena tal-mewt fir-renju taʼ Tiberju, b’⁠sentenza tal-prokuratur Ponzju Pilatu, u s-superstizzjoni qerrieda trażżnet għal mument, biss biex terġaʼ tfaqqaʼ għal darb’⁠oħra mhux biss fil-Ġudea, id-dar fejn twieldet il-marda, imma fil-kapitali [Ruma] nfisha.”​12

16. Liema ġrajja storika msemmija fll-Bibbja wkoll jirreferi għaliha Suetonius?

16 F’⁠Atti 18:2 il-kittieb Bibliku jirreferi għall-fatt li “[l-imperatur Ruman] Claudius kien ordna lil-Lhud kollha biex jitilqu minn Ruma.” Il-kittieb Ruman tal-istorja tat-tieni seklu Suetonius ukoll jirreferi għal din it-tkeċċija. Fix-xogħol tiegħu The Deified Claudius, il-kittieb tal-istorja jgħid: “Ladarba l-Lhud kontinwament kienu għamlu disturbanzi mqanqlin minn Chrestus, hu [Claudius] keċċiehom minn Ruma.”​13 Jekk hawnhekk Chrestus jirreferi għal Ġesù Kristu u jekk il-ġrajjiet f’⁠Ruma bħala mudell ġew irrepetuti f’⁠ibliet oħra, mela r-reati ma kinux attwalment imqanqla minn Kristu (jiġifieri, is-segwaċi taʼ Kristu). Minflok, kienu r-rispons vjolenti tal-Lhud għall-attività fidila tal-ippridkar tal-Kristjani.

17. Liema sorsi li Ġustin Martri kellu aċċess għalihom flt-tieni seklu appoġġjaw ir-rakkont Bibliku tal-mirakli taʼ Ġesù u l-mewt tiegħu?

17 Ġustin Martri, li kiteb f’⁠nofs it-tieni seklu, kiteb b’⁠referenza għall-mewt taʼ Ġesù: “Li dawn l-affarijiet ġraw, int tistaʼ taċċerta ruħek mill-Atti taʼ Ponzju Pilatu.”​14 Ukoll, skond Ġustin Martri, dawn l-istess dokumenti semmew il-mirakli taʼ Ġesù, li dwarhom hu jgħid: “Li Hu għamel dawk l-affarijiet, int tistaʼ ssir taf mill-Atti taʼ Ponzju Pilatu.”​15 Veru, dawn l-“Atti,” jew dokumenti uffiċċjali, m’⁠għadhomx jeżistu. Imma ovvjament kienu jeżistu fit-tieni seklu, u Ġustin Martri bil-fiduċja kollha sfida lill-qarrejja tiegħu biex jiċċekkjawhom sabiex jivverifikaw kemm dak li kien qed igħid kien veru.

L-Evidenza Arkeoloġika

18. L-arkeoloġija tagħti liema appoġġ lill-eżistenza taʼ Ponzju Pilatu?

18 L-iskoperti arkeoloġiċi wkoll urew jew ikkonfermaw dak li aħna naqraw fl-Iskrittura Griega. B’⁠hekk, fl-1961 l-isem taʼ Ponzju Pilatu nstab f’⁠iskrizzjoni fir-rovini taʼ teatru Ruman f’⁠Ċesarija.​16 Sakemm seħħet din l-iskoperta, kien hemm biss evidenza limitata, apparti mill-Bibbja nfisha, dwar l-eżistenza taʼ dan il-ħakkiem Ruman.

19, 20. Liema personalitajiet Bibliċi msemmija minn Luqa (f’⁠Luqa u f’⁠Atti) ġew iċċertifikati bħala validi mill-arkeoloġija?

19 Fil-Vanġelu taʼ Luqa, naqraw li Ġwanni l-Għammied beda l-ministeru tiegħu “meta . . . Lisanja kien ħakkiem distrettwali taʼ Abilene.” (Luqa 3:⁠1) Xi wħud iddubitaw dik l-istqarrija minħabba li Josefus semma Lisanja li ħakem lil Abilene u li miet fis-sena 34 Q.E.K., ħafna qabel it-twelid taʼ Ġwanni. Madankollu, l-arkeoloġi kixfu skrizzjoni f’⁠Abilene li ssemmi Lisanja ieħor li kien tetrarka (ħakkiem distrettwali) matul ir-renju taʼ Tiberju, li kien qed jaħkem bħala Ċesri f’⁠Ruma meta Ġwanni beda l-ministeru tiegħu.​17 Dan faċilment setaʼ jkun il-Lisanja li Luqa kien qed jirreferi għalih.

20 F’⁠Atti naqraw li Pawlu u Barnaba ġew mibgħutin fuq xogħol missjunarju ġewwa Ċipru u li hemm iltaqgħu ma’ prokonslu li jismu Serġjus Pawlus, “raġel intelliġenti.” (Atti 13:⁠7) F’⁠nofs is-seklu 19, tħaffir f’⁠Ċipru kixef skrizzjoni li tmur lura sas-sena 55 E.K. u li ssemmi lil dan l-istess raġel. Dwar dan, l-arkeologu G. Ernest Wright igħid: “Hija l-unika referenza li għandna taʼ dan il-prokonslu barra mill-Bibbja u hija ħaġa interessanti li Luqa b’⁠mod korrett jagħtina ismu u t-titlu tiegħu.”​18

21, 22. Liema prattiċi reliġjużi tar-rakkont Bibliku ġew ikkonfermati minn skoperti arkeoloġiċi?

21 Meta kien f’⁠Ateni, Pawlu qal li kien osserva artal li kien iddedikat “Lil Alla Mhux Magħruf.” (Atti 17:23) Artali ddedikati bil-Latin lil allat mhux magħrufin ġew skopruti f’⁠partijiet tat-territorju tal-Imperu Ruman. Wieħed instab f’⁠Perga-mum bl-iskrizzjoni miktuba bil-Grieg, kif kien ikun il-każ f’⁠Ateni.

22 Iktar tard, waqt li kien f’⁠Efesu, Pawlu għadda minn oppożizzjoni ħarxa mill-arġentieri, li d-dħul tagħhom kien ġej billi kienu jagħmlu niċeċ u xbihat tal-alla mara Artemis. Kienu jirreferu għal Efesu bħala “l-għassiesa tat-tempju tal-kbira Artemis.” (Atti 19:35) Fi qbil ma’ dan, numru taʼ ‘terra-cotta’ u figurini tal-irħam taʼ Artemis ġew skopruti fil-lok taʼ Efesu tal-qedem. Matul l-aħħar seklu, il-fdalijiet tat-tempju ġgantesk innifsu ġew mikxufin.

Il-Ħoss tal-Verità

23, 24. (a) Fejn insibu l-iktar provi qawwija dwar il-verità tal-kitbiet tal-Iskrittura Griega Kristjana? (b) Liema kwalità karatteristika flr-rakkont tal-Bibbja tixhed għall-verità tagħha? Spjega.

23 Għalhekk, l-istorja u l-arkeoloġija juru, u sa ċertu punt jikkonfermaw, l-elementi storiċi tal-Iskrittura Griega. Imma, jerġaʼ, l-iktar prova qawwija dwar il-verita taʼ dawn il-kitbiet hija fil-kotba nfushom. Meta taqrahom, huma ma jinstemgħux bħala ħrejjef. Għandhom il-ħoss tal-verità.

24 L-ewwel ħaġa, huma sinċieri ħafna. Aħseb dwar dak li huwa mniżżel dwar Pietru. Il-falliment imbarazzanti tiegħu li jimxi fuq l-ilma huwa dettaljat. Imbagħad, Ġesù jgħid lil dan l-appostlu tant irrispettat: “Għaddi warajja, Satana!” (Mattew 14:​28-31; 16:23) Iktar minn hekk, wara li b’⁠mod vigoruż ipprotesta li saħansitra li kieku l-oħrajn kollha jabbandunaw lil Ġesù, hu qatt ma kien se jagħmel hekk, Pietru raqad waqt il-għassa tiegħu taʼ bil-lejl u mbagħad ċaħad lill-Mulej tiegħu tliet darbiet.−Mattew 26:31-35, 37-45, 73-75.

25. Liema djufijiet tal-appostli jesponu ġenwinament il-kittieba tal-Bibbja?

25 Imma Pietru mhux l-uniku wieħed li d-djufijiet tiegħu huma mikxufa. Ir-rekord sinċier ma jevitax li jsemmi t-tilwim tal-appostli dwar min kien l-akbar fosthom. (Mattew 18:1; Mark 9:34; Luqa 22:24) Lanqas ma jonqos milli jgħidilna li omm l-appostli Ġakbu u Ġwanni staqsiet lil Ġesù biex jagħti lil uliedha l-pożizzjonijiet l-iktar iffavoriti fis-Saltna tiegħu. (Mattew 20:​20-23) It-“tfaqqiegħa qawwija taʼ rabja” bejn Barnaba u Pawlu wkoll hija fedelment iddokumentata.−Atti 15:​36-39.

26. Liema dettal dwar Ġesù kien jiġi inkluż biss kieku kien veru?

26 Taʼ min jinnotah, ukoll, huwa l-fatt li l-ktieb taʼ Luqa jgħidilna li kienu “n-nisa, li kienu ħarġu miegħu mill-Galilija,” li saru jafu l-ewwel dwar l-irxoxt taʼ Ġesù. Dan huwa dettal li huwa stramb ħafna fis-soċjetà tal-ewwel seklu li kienet iddominata mir-raġel. Tabilħaqq, skond ir-rakkont, dak li kienu qed igħidu n-nisa “kien donnu bla sens” għall-appostli. (Luqa 23:​55–24:11) Jekk l-istorja fl-Iskrittura Griega mhix vera, mela bil-fors li ġiet iwintata. Imma għala xi ħadd se jiwinta storja li tagħti stampa taʼ tant figuri taʼ stima f’⁠dawl li ma tantx jimpressjona wisq? Dawn id-dettalji kienu jiġu inklużi biss kieku kienu veri.

Ġesù−Persuna Vera

27. Kittieb wieħed tal-istorja kif jagħti testimonjanza dwar l-eżistenza storika taʼ Ġesù?

27 Ħafna ħarsu lejn Ġesù hekk kif inhu deskritt fil-Bibbja bħala ħrafa idejalistika. Imma l-istoriku Michael Grant jinnota: “Jekk aħna napplikaw għat-Testment il-Ġdid, kif għandna nagħmlu, l-istess xorta taʼ kriterju kif għandha napplikaw għal kitbiet antiki oħra li fihom materjal storiku, ma nistgħu bl-ebda mod niċħdu l-eżistenza taʼ Ġesù hekk kif ma nistgħux niċħdu l-eżistenza tal-kotra taʼ persunaġġi pagani li r-rejaltà tagħhom bħala figuri storiċi qatt ma tiġi ddubitata.”​19

28, 29. Għala huwa sinjifikanti li l-erba’ Vanġeli jippreżentaw stampa magħquda dwar il-personalità taʼ Ġesù?

28 Mhux biss l-eżistenza taʼ Ġesù imma wkoll il-personalità tiegħu toħroġ mill-Bibbja b’⁠ħoss deċiżiv taʼ verità li ma titħarrikx. Mhux faċli li tiwinta karattru mhux tas-soltu u mbagħad tippreżenta stampa konsistenti tiegħu matul il-ktieb kollu. Huwa kważi impossibbli biex erba’ kittieba differenti jiktbu dwar l-istess karattru u b’⁠mod konsistenti jpinġu l-istess stampa tiegħu li kieku dak il-karattru qatt ma kien verament jeżisti. Il-fatt li dak Ġesù li huwa deskritt fl-erba’ vanġeli kollha huwa ovvjament l-istess persuna huwa evidenza li tipperswadi dwar kemm il-Vanġeli huma veri.

29 Michael Grant jikkwota mistoqsija adattata ferm: “Kif inhu li, matul it-tradizzjonijiet kollha tal-Vanġeli bla eċċezzjoni, toħroġ stampa rimarkabbli taʼ tpinġija distinta taʼ raġel żagħżugħ attraenti li jsib ruħu komdu ma’ nisa taʼ kull xorta, inkluż dawk li b’⁠mod deċiż huma bla kredtu, bla traċċa taʼ sentimentalità, bla superfiċjalità, jew estremitajiet fil-kondotta, u madankollu, f’⁠kull punt, iżomm integrità sempliċi taʼ karattru?”​20 L-unika tweġiba hi li raġel bħal dan tas-sew eżista u aġixxa b’⁠mod li tgħid il-Bibbja.

Għala Huma Ma Jemmnux

30, 31. Għala ħafna ma jaċċettawx l-Iskrittura Griega Kristjana bħala storikament eżatta minkejja l-evidenza kollha li hemm?

30 Ladarba hemm evidenza li tqanqal għall-istqarrija li l-Iskrittura Griega hija storja vera, għala wħud igħidu li mhix vera? Għala hu li ħafna, fil-waqt li jaċċettaw partijiet minnha bħala ġenwina, madankollu jirrifjutaw li jaċċettaw dak kollu li fiha? Bażikament huwa għaliex il-Bibbja tirrekordja affarijiet li l-intellettwali moderni ma jridux jemmnuhom. Per eżempju, tgħid li Ġesù kemm wettaq kif ukoll lissen profeziji. Tgħid ukoll li huwa wettaq mirakli u li wara mewtu ġie rxoxtat.

31 F’⁠dan is-seklu 20 li tant huwa xettiku, affarijiet bħal dawn huma inkredibbli. Rigward il-mirakli, il-Professur Ezra P. Gould jinnota: “Hemm riżerva waħda li xi wħud mill-kritiċi jħossuhom iġġustifikati li jagħmlu . . . li mirakli mhux veru jiġru.”​21 Xi wħud jaċċettaw li Ġesù setaʼ għamel fejqan, imma biss tat-tip psikosomatiku jew li huma riżultat tal-attitudni tal-moħħ. Inkwantu għall-mirakli l-oħra, il-maġġoranza jispjegawhom jew bħala ivvintati jew inkella bħala ġrajjiet rejali li ġew imgħawġa waqt li kienu qed jintqalu.

32, 33. Uħud kif ippruvaw jispjegaw b’⁠mod ieħor il-miraklu taʼ Ġesù fejn temaʼ l-folla kbira, imma dan għala mhux loġiku?

32 Bħala eżempju taʼ dan, ikkunsidra l-okkażjoni meta Ġesù temaʼ folla taʼ iktar minn 5,000 b’⁠sempliċi ftit ħobżiet u żewġ ħutiet. (Mattew 14:​14-22) L-istudjuż tas-seklu 19 Heinrich Paulus issuġġerixxa li dak li tassew ġara kien dan: Ġesù u l-appostli tiegħu sabu ruħhom imdawrin b’⁠kotra kbira taʼ nies li kien qed jaqbadhom il-ġuħ. Mela hu ddeċieda li jagħti eżempju tajjeb għall-għonja li kienu fosthom. Huwa ħa l-ftit ikel li hu u l-appostli tiegħu kellhom u qassmuh mal-kotra. Ftit wara, oħrajn li ġabu ikel magħhom segwew l-eżempju tiegħu u qassmuh ukoll. Finalment, il-kotra kollha ġiet mitmugħa.​22

33 Jekk dan kien li tassew ġara, iżda, kienet prova rimarkabbli tal-qawwa taʼ eżempju tajjeb. Storja tant interessanti u taʼ tifsir għala kienet se tiġi mgħawġa biex tiġi tinstemaʼ bħal miraklu sopranaturali? Tabilħaqq, kull sforzi bħal dawn biex jispjegaw ’⁠il barra l-mirakli bħal li kieku m’⁠humiex mirakli joħolqu iktar problemi milli jsolvu. U kollha kemm huma huma bbażati fuq premessi foloz. Huma jibdew billi jassumu li l-mirakli huma impossibbli. Imma għala dan għandu jkun il-każ?

34. Jekk il-Bibbja tassew fiha profeziji eżatti u rakkonti taʼ mirakli ġenwini, dan jagħti prova taʼ liema ħaġa?

34 Skond l-iktar livelli raġonevoli, kemm l-Iskrittura Ebrajka kif ukoll l-Iskrittura Griega huma rakkonti storiċi ġenwini, madankollu t-tnejn li huma fihom eżempji taʼ profeziji u mirakli. (Qabbel 2 Slaten 4:​42-44.) Xi ngħidu, mela, jekk il-profeziji huma ġenwini? U xi ngħidu li kieku l-mirakli attwalment seħħew? Kieku tassew li kien hemm Alla wara l-kitba tal-Bibbja, u tassew li hi l-kelma tiegħu u mhux tal-bniedem. F’⁠kapitlu iktar ’⁠il quddiem, se niddiskutu l-kwistjoni tal-profeziji, imma l-ewwel ħalli nikkunsidraw il-mirakli. Huwa raġonevoli li f’⁠dan is-seklu 20 nemmnu li f’⁠sekli qabel tassew ġraw il-mirakli?

[Kumment f’⁠paġna 28]

Il-Bibbja għala tirrapporta li l-irxoxt taʼ Ġesù ġie skoprut l-ewwel minn nisa li kieku dan mhux veru ġara?

[Kaxxa f’⁠paġna 24]

Il-Kritika Modema Misjuba Defiċjenti

Bħala eżempju tan-natura inċerta tal-kritika moderna tal-Bibbja, ikkunsidra dawn ir-rimarki minn Raymond E. Brown dwar il-Vanġelu taʼ Ġwanni: “Fit-tmiem tal-aħħar seklu u fis-snin bikrin taʼ dan is-seklu, l-istudjar għadda minn perijodu taʼ attitudni xettika estrema dwar dan il-Vanġelu. Ġwanni ngħata data tard ħafna saħansitra fit-tieni parti tat-2 seklu. Bħala prodott tad-dinja Griega, kienu jaħsbu li kien totalment mingħajr valur storiku u taʼ ftit konnessjoni mal-Palestina taʼ Gesù minn Nazzaret. . .

“M’⁠hemm lanqas pożizzjoni waħda li ma ġietx effettwata minn serje taʼ dokumentar arkeoloġiku mhux mistenni, u minn skoperti testwali. Dawn l-iskoperti wassluna biex nisfidaw b’⁠mod intelliġenti l-opinjonijiet kritiċi li kienu kważi saru ortodossi, u biex wieħed jirrikonoxxi kemm kienet fraġli l-bażi li tat appoġġ lil din l-analisi tant xettika taʼ Ġwanni. . . .

“Id-data mogħtija lill-Vanġelu reġgħet tressqet lura għat-tmiem tal-ewwel seklu jew saħansitra iktar kmieni. . . . Forsi l-iktar ħaġa stramba hi li xi studjużi qegħdin saħansitra jazzardaw jissuġġerixxu għal darb’⁠oħra li Ġwanni bin Żebedew forsi kellu x’⁠jaqsam mal-Vanġelu”!​3

Għala tidher stramba li temmen li Ġwanni kiteb il-ktieb li tradizzjonalment huwa kkreditat lilu? Sempliċement għaliex dan ma jaqbilx mal-idejat tal-kritiċi li jiġu ffurmati minn qabel ma jeżaminaw l-evidenza.

[Kaxxa f’⁠paġna 29]

Sempliċement Attakk Ieħor fuq il-Bibbja

Timothy P. Weber jikteb: “Is-sejbiet fll-kritika superjuri sfurzaw ħafna nies komuni biex jiddubitaw l-abbiltà tagħhom biex jifhmu kwalunkwe ħaġa [fll-Bibbja]. . . . A. T. Pierson esprima r-rabja taʼ ħafna evanġeliċi meta stqarr li ‘bħar-Rumaniżmu, [il-kritika superjuri] kważi tneħħi għalkollox il-Kelma t’⁠Alla min-nies komuni billi tassumi li l-studjużi biss jistgħu jinterpretawha; waqt li Ruma tpoġġi qassis bejn raġel u l-Kelma, il-kritika tpoġġi għalliem edukat bejn dak li jemmen u l-Bibbja tiegħu.’ “​23 B’⁠hekk, il-kritika superjuri moderna hija mikxufa bħala sempliċement attakk ieħor fuq il-Bibbja.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja