LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w97 5/1 pp. 12-17
  • Fittex Il-paċi Vera u Sus Warajha!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Fittex Il-paċi Vera u Sus Warajha!
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • In-​Nies Jistgħu Jsiru Jħobbu L-​Paċi
  • Dawk Li Qegħdin Isusu Wara L-​Paċi
  • Bidla Ferm Akbar
  • Tmexxija Mill-​Prinċep Tal-​Paċi
  • Min Se Jmexxi lill-Bniedem Lejn il-Paċi?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Paċi Vera—Minn Liema Sors?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Ħalli “l-Paċi t’Alla” Tgħasses lil Qalbek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Il-Paċi Dejjiema Meta Se Tiġi Tassew?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
w97 5/1 pp. 12-17

Fittex Il-​paċi Vera u Sus Warajha!

“Min irid iħobb ’il ħajtu u jara jiem hienja, . . . ħa jaħrab il-​ħażen u jagħmel it-​tajjeb, ifittex is-​sliem u jqis li jiksbu.”—1 PIETRU 3:10, 11.

1. Liema kliem famuż taʼ Isaija żgur li se jkollu suċċess?

“HUMA jibdlu x-​xwabel tagħhom f’sikek tal-​moħriet, u l-​lanez tagħhom fi mnieġel. Ebda ġens ma jerfaʼ x-​xabla kontra ġens ieħor, u s-​sengħa tal-​gwerra ma jitgħallmuhiex iżjed.” (Isaija 2:4) Għalkemm din is-​silta famuża hija esponuta ħdejn il-​kwartieri ġenerali dinjin tal-​Ġnus Magħquda fil-​belt taʼ New York, dik l-​organizzazzjoni dinjija bl-​ebda mod ma wettqitha. Madankollu, bħala parti mill-​kelma li qatt ma tfalli t’Alla Jehovah, dik id-​dikjarazzjoni m’hijiex se tkun bla riżultati.—Isaija 55:10, 11.

2. X’irid “jiġri fl-​aħħar jiem,” skond Isaija 2:​2, 3?

2 Il-​kliem li nsibu f’Isaija 2:4 hu fil-​fatt parti minn profezija meraviljuża, profezija dwar il-​paċi vera​—u din qiegħda titwettaq preċiżament fi żmienna. Qabel ma tipproklama l-​prospetti eċċitanti taʼ qatt iżjed gwerer u armi tal-​gwerra, il-​profezija tgħid: “Għad jiġri fl-​aħħar jiem li l-​għolja tad-​dar tal-​Mulej togħla ’l fuq mill-​qċaċet tal-​muntanji, u tintrefaʼ ’l fuq mill-​għoljiet, lejha għad jiġru l-​ġnus kollha. Kotra taʼ popli għad jiġu u jgħidu: ‘Ħalli mmorru u nitilgħu fuq l-​għolja tal-​Mulej, lejn id-​dar taʼ Alla taʼ Ġakobb, biex jgħallimna triqatu, u nimxu fil-​mogħdijiet tiegħu. Għax minn Sijon joħroġ it-​tagħlim, u l-​kelma tal-​Mulej minn Ġerusalemm.’”—Isaija 2:2, 3.

In-​Nies Jistgħu Jsiru Jħobbu L-​Paċi

3. Wieħed kif jistaʼ jinbidel minn bniedem ġellied għal wieħed li jħobb il-​paċi?

3 Innota li qabel ma n-​nies ikunu jistgħu jsegwu korsa taʼ paċi, iridu jiġu mgħallmin fil-​mogħdijiet taʼ Jehovah. Rispons ubbidjenti għat-​tagħlim taʼ Jehovah jistaʼ jbiddel il-​mod kif wieħed jaħseb u jaġixxi, biex b’hekk wieħed li kien ġellied isir iħobb il-​paċi. Kif titwettaq din il-​bidla? Rumani 12:2 jgħid: “Timxux max-​xejra taʼ din id-​dinja, iżda nbidlu skond it-​tiġdid taʼ fehmietkom, biex iseħħilkom tagħrfu x’inhi r-​rieda taʼ Alla, x’inhu t-​tajjeb li jogħġbu, x’inhu perfett.” Aħna nġeddu fehmitna, jew nimmotivawha f’direzzjoni differenti, billi nimlew moħħna bi prinċipji u preċetti mill-​Kelma t’Alla. Studju regulari tal-​Bibbja jgħinna biex nagħmlu din il-​bidla u biex nagħtu prova lilna nfusna dwar x’inhi r-​rieda taʼ Jehovah għalina, biex b’hekk naraw ċar minn fejn għandna ngħaddu.—Salm 119:105.

4. Wieħed kif jilbes il-​personalità ġdida taʼ paċi?

4 Il-​verità tal-​Bibbja tbiddel mhux biss it-​tiswir taʼ ħsibijietna imma wkoll l-​azzjonijiet u l-​personalità tagħna. Tgħinna nagħmlu dak li ħeġġeġ l-​appostlu Pawlu: “Għandkom twarrbu l-​ħajja tagħkom taʼ qabel u tinżgħu l-​bniedem il-​qadim, mħassar bix-​xewqat tal-​pjaċiri qarrieqa, u . . . għandkom tiġġeddu b’tibdila spiritwali tal-​fehma tagħkom u tilbsu l-​bniedem il-​ġdid, maħluq skond Alla, fil-​ġustizzja u l-​qdusija tassew.” (Efesin 4:22-24) Il-​forza li tħaddem il-​moħħ hi interna. Din tiġi trasformata u ssir qawwija hekk kif tikber imħabbitna għal Jehovah u għal-​liġijiet tiegħu, u tagħmilna nies spiritwali u li nħobbu l-​paċi.

5. Il-​“kmandament ġdid” li Ġesù ta lid-​dixxipli tiegħu kif jikkontribwixxi għall-​paċi taʼ bejniethom?

5 Il-​bżonn għal din il-​bidla jidher mill-​istruzzjonijiet li Ġesù ta lid-​dixxipli tiegħu matul l-​aħħar sigħat li qattaʼ magħhom: “Nagħtikom kmandament ġdid, li tħobbu lil xulxin. Bħalma ħabbejtkom jien, hekk ukoll ħobbu intom lil xulxin. Minn dan jagħraf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jiġifieri, jekk ikollkom l-​imħabba bejnietkom.” (Ġwann 13:34, 35) Din l-​imħabba bħal taʼ Kristu u bla egoiżmu tgħaqqad lid-​dixxipli flimkien f’unità perfetta. (Kolossin 3:14) Dawk biss li huma lesti li jaċċettaw u li jattwaw dan il-​“kmandament ġdid” se jgawdu l-​paċi li jwiegħed Alla. Hemm min qiegħed jagħmel dan illum?

6. Ix-​Xhieda taʼ Jehovah għala jgawdu l-​paċi, f’kuntrast man-​nies tad-​dinja?

6 Ix-​Xhieda taʼ Jehovah jagħmlu ħilithom biex juru mħabba fil-​fratellanza tagħhom madwar id-​dinja. Għalkemm ġejjin mill-​ġnus kollha tad-​dinja, ma jinvolvux ruħhom fil-​kontroversji tad-​dinja, anki meta jkunu suġġetti għal pressjoni politika u reliġjuża ħarxa. Bħala poplu magħqud, huma jiġu mgħallmin minn Jehovah, u jgawdu l-​paċi. (Isaija 54:13) Huma jibqgħu newtrali f’konflitti politiċi, u ma jiħdux sehem fil-​gwerer. Xi wħud li qabel kienu vjolenti telqu warajhom dak l-​istil taʼ ħajja. Saru Kristjani li jħobbu l-​paċi, billi jimitaw l-​eżempju taʼ Kristu Ġesù. U b’qalbhom kollha jsegwu l-​parir taʼ Pietru: “Min irid iħobb ’il ħajtu u jara jiem hienja, ħa jħares ilsienu mill-​ħażen u xufftejh mill-​qerq; ħa jaħrab il-​ħażen u jagħmel it-​tajjeb, ifittex is-​sliem u jqis li jiksbu.”—1 Pietru 3:10, 11; Efesin 4:3.

Dawk Li Qegħdin Isusu Wara L-​Paċi

7, 8. Agħti eżempji taʼ nies li rrinunzjaw il-​gwerer u saru wħud li jfittxu l-​paċi vera. (Irrakkonta oħrajn li int forsi familjari magħhom.)

7 Per eżempju, hemm Rami Oved, li qabel kien fizzjal fi skwadra speċjalizzata taʼ kontra t-​terroristi. Kien imħarreġ biex joqtol lill-​għedewwa tiegħu. Hu kien jemmen b’mod ħerqan fin-​nazzjonaliżmu Israelit tiegħu sa dak in-​nhar li skopra li r-​rabbini ma riduhx jiżżewweġ lill-​mara li kien iħobb, sempliċement għaliex kienet Asjatika, waħda mill-​Ġentili. Beda jfittex għall-​verità fil-​Bibbja. Imbagħad ġie f’kuntatt max-​Xhieda taʼ Jehovah. L-​istudju tiegħu tal-​Bibbja max-​Xhieda kkonvinċieh li ma setax jibqaʼ iktar nazzjonalist fanatiku. L-​imħabba Kristjana kienet tfisser li jabbanduna l-​gwerra u l-​armi u jitgħallem iħobb lil nies taʼ kull razza. Kemm kien sorpriż meta rċieva ittra kordjali bil-​kliem tal-​ftuħ, “Ħija Rami”! X’kien hemm daqshekk stramb dwar dan? Il-​kittieba kienet Xhud Palestinjana. “Ħsibt li din kienet ħaġa inkredibbli,” jgħid Rami, “billi l-​Palestinjani kienu l-​għedewwa tiegħi, u hawn wieħed minnhom kien qiegħed isejjaħli ‘Ħija.’” Rami u martu issa qegħdin isusu wara l-​paċi vera fit-​triq t’Alla.

8 Eżempju ieħor huwa dak taʼ Georg Reuter, li qeda fl-​armata Ġermaniża li invadiet lir-​Russja matul it-​Tieni Gwerra Dinjija. Ma damx ma sar deluż bl-​iskema impressjonanti taʼ Hitler biex jiddomina lid-​dinja. Meta ġie lura mill-​gwerra, beda jistudja l-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Jehovah. Kiteb: “Sa fl-​aħħar, l-​affarijiet kienu qegħdin jiċċaraw għalija. Irrealizzajt li Alla ma kienx jaħti għal dak it-​tixrid kollu taʼ demm . . . Tgħallimt li kien l-​iskop tiegħu li jistabbilixxi ġenna maʼ l-​art kollha b’barkiet eterni għall-​umanità ubbidjenti. . . . Hitler kien ftaħar dwar ir-​‘Renju t’Elf Sena’ tiegħu imma kien ħakem biss għal 12[-il sena]​—u b’liema riżultat li jwaħħax! Huwa Kristu u mhux Hitler . . . li jistaʼ u se jistabbilixxi renju t’elf sena għal fuq l-​art.” Għal madwar 50 sena issa, Georg ilu jaqdi bħala mibgħut speċjali tal-​paċi vera fil-​ministeru full-time.

9. L-​esperjenza tax-​Xhieda taʼ Jehovah fil-​Ġermanja Nazista kif tagħti prova li huma kuraġġużi u madankollu jħobbu l-​paċi?

9 L-​integrità u n-​newtralità tax-​Xhieda taʼ Jehovah fil-​Ġermanja matul ir-​reġim tan-​Nazi jkomplu jkunu taʼ xiehda dwar imħabbithom għal Alla u għall-​paċi saħansitra issa, iktar minn 50 sena wara. Ktejjeb ippubblikat mill-​United States Holocaust Memorial Museum f’Washington, D.C., jistqarr: “Ix-​Xhieda taʼ Jehovah issaportew persekuzzjoni intensa taħt ir-​reġim tan-​Nazi. . . . Il-​kuraġġ li l-​maġġoranza l-​kbira wrew f’li jirrifjutaw [li jirrinunzjaw ir-​reliġjon tagħhom], iffaċċjati minn tortura, maltrattament f’kampijiet taʼ konċentrament, u xi drabi esekuzzjoni, rebbaħhom ir-​rispett taʼ ħafna min-​nies taʼ żmienhom.” Imbagħad iżid: “Matul il-​liberazzjoni tal-​kampijiet, ix-​Xhieda taʼ Jehovah komplew ix-​xogħol tagħhom, jitħalltu fost dawk li baqgħu ħajjin u jikkonvertu lin-​nies.”

Bidla Ferm Akbar

10. (a) Liema bidla kbira hi meħtieġa biex tiġi l-​paċi vera? (b) Dan kif ngħata stampa tiegħu fil-​ktieb taʼ Danjel?

10 Ifisser dan li x-​Xhieda taʼ Jehovah jemmnu li jistgħu jġibu paċi lid-​dinja permezz taʼ xi konverżjoni globali għal twemmin fin-​newtralità Kristjana? Le! Biex il-​paċi tiġi rrestawrata fuq l-​art, bidla ferm akbar hija meħtieġa. X’inhi din? Ħakma umana vjolenti, oppressiva, u li tifred trid tagħmel il-​wisaʼ għal tmexxija mis-​Saltna t’Alla, li għaliha Ġesù għallem lid-​dixxipli tiegħu biex jitolbu. (Mattew 6:9, 10) Imma dan kif se jseħħ? F’ħolma mnebbħa minn Alla, il-​profeta Danjel sar jaf li fl-​aħħar jiem is-​Saltna t’Alla, bħal ġebla kbira li ‘nqatgħet bla ma messha ħadd,’ kellha tfarrak xbiha ġganteska li tirrappreżenta l-​ħakmiet politiċi tal-​bniedem fuq l-​art. Imbagħad ipproklama: “Fi żmien dawn is-​slaten, Alla tas-​sema jqajjem saltna li ma tinqered qatt, u li l-​ħakma tagħha ma tgħaddix għal poplu ieħor. Hija tfarrak u ttemm is-​saltniet l-​oħra kollha, waqt li hi tibqaʼ wieqfa għal dejjem.”—Danjel 2:31-44.

11. Jehovah permezz taʼ liema ħaġa se jġib il-​bidla meħtieġa għall-​paċi?

11 Għala se sseħħ din il-​bidla radikali fix-​xena dinjija? Għax Jehovah wiegħed li se jnaddaf l-​art minn dawk li qegħdin iniġġsuha u jirrovinawha. (Apokalissi 11:18) Din il-​bidla se sseħħ bil-​gwerra ġusta taʼ Jehovah kontra Satana u d-​dinja tiegħu mill-​agħar. Naqraw f’Apokalissi 16:14, 16: “Dawn [jiġifieri, espressjonijiet maħmuġin imnebbħa] huma spirti taʼ demonji li jagħmlu sinjali li joħorġu għal għand is-​slaten [il-ħakkiema politiċi] tad-​dinja kollha ħalli jiġbruhom għall-​gwerra taʼ nhar il-​Jum il-​kbir taʼ Alla li jistaʼ kollox. Mbagħad jiġbruhom fil-​post li bil-​Lhudi jsejjħulu Ħarmagedon.”

12. Armageddon kif se tkun?

12 Kif se tkun Armageddon? M’hijiex se tkun xi apokalissi nukleari jew xi diżastru pprovokat mill-​bnedmin. Le, hija l-​gwerra t’Alla biex ittemm il-​gwerer umani kollha u teqred lil dawk kollha li jippromwovu dawn il-​gwerer. Hija l-​gwerra t’Alla biex iġġib paċi vera għal dawk li jħobbu l-​paċi. Iva, Armageddon ġejja bħalma kien l-​iskop taʼ Jehovah. M’hijiex se tittardja. Il-​profeta tiegħu Ħabakkuk ġie mnebbaħ biex jikteb: “Id-​dehra sseħħ meta jkun waqtha, tistenna sa ma ttemm, u ma tqarraqx. Jekk hija ddum ma tasal, int stennieha, għax tiġi żgur, ma tiddawwarx ma tasal!” (Ħabakkuk 2:3) Minħabba s-​sentimenti umani tagħna, din tistaʼ tidher li se tiddawwar, imma Jehovah iżomm maʼ l-​iskeda tiegħu. Armageddon se tfaqqaʼ fis-​siegħa li Jehovah iddetermina minn qabel.

13. Alla kif se jittratta maʼ dak li hu tassew il-​perċimes, Satana x-​Xitan?

13 Din l-​azzjoni deċiżiva se tiftaħ it-​triq għall-​paċi vera! Imma biex il-​paċi vera tkun stabbilita fis-​sod, trid issir xi ħaġ’oħra​—it-​tneħħija taʼ dak li jikkaġuna l-​firda, il-​mibegħda, u l-​ġlied. U dak hu eżatt dak li l-​Bibbja tipprofetizza li se jseħħ wara dan​—it-​tfigħ taʼ Satana, il-​perċimes tal-​gwerer u missier il-​gideb, fl-​abbiss. L-​appostlu Ġwanni ra din il-​ġrajja f’viżjoni profetika, kif imniżżel f’Apokalissi 20:1-3: “Rajt nieżel mis-​sema anġlu, bil-​muftieħ tal-​bir bla qiegħ u katina kbira f’idu. U huwa qabad id-​Dragun, is-​Serp tal-​qedem, li hu d-​Demonju u x-​Xitan, u rabtu għal elf sena, u waddbu fil-​bir bla qiegħ, li mbagħad għalqu fuqu u ssiġillah biex ma jqarraqx iżjed bil-​ġnus sa ma jintemmu l-​elf sena.”

14. L-​azzjoni trijonfanti taʼ Jehovah kontra Satana kif tistaʼ tiġi deskritta?

14 Din m’hijiex xi ħolma; hi l-​wegħda t’Alla​—u l-​Bibbja tgħid: “Alla ma jigdibx.” (Lhud 6:18) B’hekk Jehovah setaʼ jgħid permezz tal-​profeta tiegħu Ġeremija: “Jien hu l-​Mulej, li nagħmel it-​tjieba, il-​ħaqq, u s-​sewwa fuq l-​art, għax b’dawn nitgħaxxaq, oraklu tal-​Mulej.” (Ġeremija 9:23 [Ġeremija 9:24, NW]) Jehovah jaġixxi bil-​ġustizzja u t-​tjieba, u jitgħaxxaq bil-​paċi li se jġib għall-​art.

Tmexxija Mill-​Prinċep Tal-​Paċi

15, 16. (a) Min hu magħżul minn Jehovah biex imexxi bħala Sultan? (b) Dik it-​tmexxija kif inhi deskritta, u min se jieħu sehem fiha?

15 Biex jiżgura li l-​paċi vera tiġi għal dawk kollha li jgħixu taħt l-​arranġament tiegħu tas-​Saltna, Jehovah ta t-​tmexxija f’idejn il-​veru Prinċep tal-​Paċi, Ġesù Kristu, kif imbassar f’Isaija 9:5, 6 [Isaija 9:6, 7, NW]: “Tweldilna tifel, ngħatalna iben; is-​setgħa tkun fuq spallejh, u jsemmuh: ‘Kunsillier taʼ l-​għaġeb, Alla setgħan, Missier għal dejjem, Prinċep tas-​sliem.’ Kbira tkun setgħetu, u s-​sliem bla qjies . . . Il-​ħeġġa tal-​Mulej taʼ l-​eżerċti tagħmel dan.” Is-​salmista kiteb ukoll profetikament dwar it-​tmexxija mimlija paċi tal-​Messija: “Tħaddar f’jiemu l-​ġustizzja, u sliem kotran sa ma jintemm il-​qamar.”—Salm 72:7.

16 Barra minn dan, 144,000 aħwa taʼ Kristu midlukin bl-​ispirtu se jkunu jmexxu miegħu fis-​smewwiet. Dawn huma l-​werrieta bi sħab maʼ Kristu li dwarhom Pawlu kiteb: “Alla tas-​sliem ma jdumx ma jisħaq taħt riġlejkom lil Satana. Il-​grazzja taʼ Sidna Ġesù tkun magħkom.” (Rumani 16:20) Iva, dawn se jieħdu sehem mis-​sema fir-​rebħa taʼ Kristu fuq dak li jiġġenera l-​gwerer, Satana x-​Xitan!

17. X’irridu nagħmlu biex nirtu l-​paċi vera?

17 Mela issa l-​mistoqsija hi, Xi trid tagħmel int biex tiret paċi vera? Il-​paċi vera tistaʼ tiġi biss bil-​mod t’Alla, u biex tiksibha trid tieħu passi pożittivi. Trid taċċetta lill-​Prinċep tal-​Paċi u tirrikorri lejh. Dan ifisser li trid taċċetta lil Kristu fl-​irwol tiegħu taʼ Redentur u Feddej taʼ l-​umanità midinba. Ġesù nnifsu qal il-​kliem famuż: “Alla hekk ħabb lid-​dinja li ta lil Ibnu l-​waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-​ħajja taʼ dejjem.” (Ġwann 3:16) Lest int li teżerċita fidi fi Kristu Ġesù bħala l-​Aġent t’Alla biex iġib paċi vera u salvazzjoni? M’hemm ebda isem ieħor taħt is-​sema li jistaʼ jistabbilixxi u jiggarantixxi l-​paċi. (Filippin 2:8-11) Għala? Għax Ġesù hu l-​Magħżul t’Alla. Hu l-​aqwa messaġġier tal-​paċi li qatt għex fuq l-​art. Se tismaʼ int minn Ġesù u ssegwi l-​eżempju tiegħu?

18. X’għandna nagħmlu bi tweġiba għall-​kliem taʼ Ġesù mniżżel fi Ġwann 17:3?

18 “Din hi l-​ħajja taʼ dejjem,” qal Ġesù, “li jagħrfu lilek, Alla waħdek veru, u lil Ġesù Kristu, li inti bgħatt.” (Ġwann 17:3) Issa hu ż-​żmien li tieħu għarfien eżatt billi tattendi regolarment għal-​laqgħat tax-​Xhieda taʼ Jehovah fis-​Sala tas-​Saltna. Dawn il-​laqgħat edukattivi se jqanqluk biex taqsam l-​għarfien tiegħek u t-​tama tiegħek m’oħrajn. Int ukoll tistaʼ ssir mibgħut speċjali għall-​paċi t’Alla. Tistaʼ tgawdi l-​paċi issa billi tafda f’Alla Jehovah, kif mistqarr f’Isaija 26:3, skond il-​verżjoni taʼ Karm Żammit: “Int iżżommu fi sliem perfett lil min moħħu jistrieħ bik; għax jittama fik.” F’min għandek tafda? “Ittamaw fil-​Mulej għal dejjem; għax fil-​Mulej JEĦOVAH, għandna blata taʼ dejjem.”—Isaija 26:4, KŻ.

19, 20. X’hemm jistenna lil dawk li llum ifittxu l-​paċi u jsusu warajha?

19 Aġixxi issa favur il-​ħajja taʼ dejjem fid-​dinja ġdida mimlija paċi t’Alla. F’Apokalissi 21:3, 4, il-​Kelma t’Alla tiżgurana: “Din hi l-​għamara taʼ Alla mal-​bnedmin; u hu jgħammar magħhom, u huma jkunu l-​poplu tiegħu, u Alla nnifsu jkun magħhom, Alla tagħhom. Hu jixxuttalhom kull demgħa minn għajnejhom; ma jkunx hemm iżjed mewt, anqas biki jew għajat jew tbatija ma jkun hemm iżjed, għax għabu l-​ħwejjeġ taʼ qabel.” M’huwiex dak il-​futur taʼ paċi li int tixxennaq għalih?

20 Allura ftakar f’dak li wiegħed Alla. “Imma l-​ġwejdin għad jirtu l-​art, u bi sliem kotran jitgħaxxqu. Ħares lejn min hu tajjeb, ara l-​bniedem sewwa; għax ulied iħalli min iħobb is-​sliem.” (Salm 37:11, 37) Meta jasal dak il-​jum hieni, jalla ngħidu bi gratitudni, “Paċi vera fl-​aħħar! Ħajr lil Alla Jehovah, is-​sors tal-​paċi vera!”

(w97 4/15)

Tistaʼ Tispjega?

◻ X’jistaʼ jgħin lil individwu biex jagħmel bidliet fil-​ħsieb u fl-​azzjoni?

◻ Ix-​Xhieda taʼ Jehovah kif urew, individwalment u kollettivament, imħabbithom għall-​paċi vera?

◻ Jehovah kif se jittratta maʼ dawk kollha li jippromwovu l-​mibegħda u l-​gwerer?

◻ It-​tmexxija mill-​Prinċep tal-​Paċi x’se tagħmel għall-​umanità?

[Stampi f’paġna 14]

Il-​kliem taʼ Isaija qed jitwettaq, mhux mill-​ĠM, imma minn dawk li jwieġbu għat-​tagħlim taʼ Jehovah

[Stampi f’paġna 15]

Dawn iż-​żewġt irġiel għamlu tibdiliet biex isusu wara l-​paċi

Rami Oved

Georg Reuter

[Stampa f’paġna 16]

Il-​paċi vera se tirrenja taħt it-​tmexxija tal-​Prinċep tal-​Paċi

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja