Mistoqsijiet mill-Qarrejja
Kolossin 1:17 [1:16b, NW] jgħid dwar l-Iben t’Alla li “kollox bih u għalih kien maħluq.” F’liema sens kien kollox maħluq “għalih,” jiġifieri għal Ġesù, l-Iben t’Alla?
Jehovah uża l-Iben uniġenitu tiegħu bħala mgħallem biex jgħinu joħloq l-affarijiet l-oħra kollha, jiġifieri l-affarijiet kollha minbarra lil Ġesù nnifsu. (Proverbji 8:27-30, Saydon; Ġwann 1:3) Bix-xieraq, l-Iben isib għaxqa f’dawn ix-xogħlijiet, u f’dan is-sens huma “għalih.”
Aħna nafu li l-ġenituri jistennew li jsibu għaxqa f’dak li jipproduċu, jiġifieri f’uliedhom subien u bniet, u taʼ spiss hekk jiġri. B’hekk, il-proverbju tal-Bibbja jitkellem dwar ‘iben li bih [missieru] jitgħaxxaq.’ (Proverbji 3:12, KŻ; 29:17) B’mod simili, Alla Jehovah sab għaxqa f’Iżrael meta l-poplu tiegħu kien leali. (Salm 44:4 [44:3, NW]; 119:108; 147:11) Hu jitgħaxxaq ukoll bil-fedeltà taʼ l-uħud leali tiegħu sal-ġurnata taʼ llum.—Proverbji 12:22; Lhud 10:38.
B’hekk, kien xieraq li Alla jħalli lil dak li kien jaħdem miegħu, lil Ġesù, isib għaxqa f’dak li wettaq. Fil-fatt, Proverbji 8:31 (NW) jgħid li l-Iben kien ‘hieni bl-art għammiela tad-dinja tiegħu, u l-affarijiet li kien jitgħaxxaq bihom kienu maʼ wlied il-bnedmin.’ Huwa f’dan is-sens li Kolossin 1:17 [1:16b NW] jgħid: “Kollox bih u għalih kien maħluq.”—Korsiv tagħna.