LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w97 8/1 pp. 4-7
  • Meta d-Dnub Jintemm

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Meta d-Dnub Jintemm
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Bniedem​—Maħluq Mingħajr Dnub
  • L-​Oriġini Tad-​Dnub
  • Il-​Kuxjenza ‘Takkuża’ Jew ‘Tiskuża’
  • Ħelsien Mid-​Dnub​—Kif?
  • Dak Li L-​Fidwa Taʼ Kristu Tistaʼ Tagħmel Għalina
  • Il-Prezz tal-Fidwa li Ħallas Kristu—It-Triq t’Alla għas-Salvazzjoni
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Dinja Mingħajr Dnub—Kif?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Ġeħova jipprovdi “fidwa għall-kotra”
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
  • Il-Mewt taʼ Ġesù Xi Tfisser Għalik?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
w97 8/1 pp. 4-7

Meta d-​Dnub Jintemm

“AĦNA nitwieldu bid-​dnub?” Dik il-​mistoqsija ħawdet lil student gradwat, fl-​Istati Uniti, ftit wara li beda jistudja l-​Bibbja. Minħabba l-​isfond Ħindu tiegħu, l-​idea tad-​dnub li jintiret kienet xi ħaġa ġdida għalih. Imma jekk id-​dnub tabilħaqq jintiret, hu rraġuna, li tiċħad jew li tinjora r-​realtà tiegħu jkun inutli. Kif jistaʼ xi ħadd isib it-​tweġiba għal din il-​mistoqsija?

Jekk jintiret, id-​dnub bil-​fors li beda minn xi mkien. Kien l-​ewwel bniedem maħluq mill-​agħar, biex b’hekk għadda karatteristiċi ħżiena għal fuq uliedu? Jew id-​difett żviluppa iktar tard? Eżattament meta beda d-​dnub? Mill-​banda l-​oħra, jekk id-​dnub huwa biss entità jew prinċipju esterni ħżiena, nistgħu aħna qatt nittamaw li nakkwistaw il-​ħelsien minnu?

Skond it-​twemmin tal-​Ħindu, is-​sofferenza u l-​ħażen imorru id f’id mal-​ħolqien. “Is-​sofferenza [jew il-​ħażen],” jinnota studjuż tal-​Ħindu, “bħal rewmatiżmu kroniku, jimxi biss minn post għal ieħor imma ma jistax jiġi eliminat għal kollox.” Il-​ħażen ċertament li kien parti mid-​dinja taʼ l-​umanità matul l-​istorja dokumentata. Jekk kien jeżisti qabel id-​dokumenti storiċi tal-​bniedem, tweġibiet taʼ min jorbot fuqhom dwar l-​oriġini tiegħu jridu bil-​fors jiġu minn sors ogħla mill-​bniedem. It-​tweġibiet iridu jiġu mingħand Alla.—Salm 36:10 [Salm 36:9, New World Translation].

Il-​Bniedem​—Maħluq Mingħajr Dnub

Deskrizzjonijiet tal-​ħolqien tal-​bniedem mogħtijin fil-​Vedas huma figurattivi, jammetti l-​filosfu tal-​Ħindu Nikhilananda. B’mod simili, il-​biċċa l-​kbira tar-​reliġjonijiet tal-​Lvant jipprovdu biss spjegazzjonijiet mitoloġiċi dwar il-​ħolqien. Madankollu, hemm raġunijiet kemm loġiċi u kemm xjentifiċi biex nemmnu r-​rakkont tal-​Bibbja dwar il-​ħolqien taʼ l-​ewwel bniedem.a L-​ewwel kapitlu stess jistqarr: “Alla ħalaq il-​bniedem fuq xbihietu fuq xbihat Alla ħalqu, raġel u mara ħalaqhom.”—Ġenesi 1:27.

X’ifisser li wieħed jiġi maħluq “fuq xbihat Alla”? Sempliċement dan: Il-​bniedem kien magħmul fuq xbiha t’Alla, billi għandu kwalitajiet divini​—bħalma huma l-​ġustizzja, l-​għerf, u l-​imħabba—​li jiddistingwuh mill-​annimali. (Qabbel Kolossin 3:9, 10.) Dawn il-​kwalitajiet tawh l-​abbiltà li jagħżel li jagħmel it-​tajjeb jew il-​ħażin, billi għamluh aġent morali ħieles. Ma kienx hemm dnub fl-​ewwel bniedem, l-​ebda ħażen jew sofferenza f’ħajtu, meta ġie maħluq.

Fuq ir-​raġel Adam, Alla Jehovah poġġa dan il-​kmand: “Mis-​siġar kollha tal-​ġnien tistaʼ tiekol, imma mis-​siġra taʼ tagħrif it-​tajjeb u l-​ħażin, la tikolx minnha, għax dak in-​nhar li tiekol minnha żgur li tmut.” (Ġenesi 2:16, 17) Kieku għażlu li jobdu, Adam u martu, Eva, setgħu jġibu tifħir u unur lill-​Ħallieq tagħhom u jibqgħu ħelsin mid-​dnub. Mill-​banda l-​oħra, att taʼ diżubbidjenza kien se jindika n-​nuqqas tagħhom li jilħqu l-​livelli perfetti t’Alla u kien se jagħmilhom imperfetti​—midinbin.

Adam u Eva ma kinux maħluqin b’natura divina. Madankollu, huma attwalment kellhom xi ftit kwalitajiet divini u l-​kapaċità li jagħmlu deċiżjonijiet morali. Billi kienu ħolqien t’Alla, huma kienu mingħajr dnub, jew perfetti. (Ġenesi 1:31; Dewteronomju 32:4) Il-​fatt li nħolqu ma ħarbatx l-​armonija li kien hemm bejn Alla u l-​univers għal annati sħaħ sa dak in-​nhar. Kif, allura, beda d-​dnub?

L-​Oriġini Tad-​Dnub

Id-​dnub seħħ l-​ewwel darba fil-​qasam taʼ l-​ispirti. Qabel il-​ħolqien taʼ l-​art u tal-​bniedem, Alla kien ħalaq ħlejjaq spirti intelliġenti​—l-​anġli. (Ġob 1:6; 2:1; 38:4-7; Kolossin 1:15-17) Wieħed minn dawn l-​anġli kien minfuħ wisq bis-​sbuħija u bl-​intelliġenza tiegħu stess. (Qabbel Eżekjel 28:13-15.) Mill-​istruzzjoni li Alla ta lil Adam u Eva biex jipproduċu t-​tfal, dan l-​anġlu setaʼ jara li dalwaqt l-​art kollha kemm hi kienet se timtela b’nies twajbin, ilkoll kemm huma jaduraw lil Alla. (Ġenesi 1:27, 28) Dan il-​ħlejqa spirtu xtaq il-​qima tagħhom għalih innifsu. (Mattew 4:9, 10) Il-​fatt li baqaʼ jberren fuq din ix-​xewqa wasslu biex jieħu korsa żbaljata.—Ġakbu 1:14, 15.

Waqt li kellem lil Eva permezz taʼ serp, l-​anġlu ribelluż qal li billi pprojbixxa li jieklu l-​frott mis-​siġra taʼ l-​għarfien tat-​tajjeb u l-​ħażin, Alla kien qed iżomm lura għarfien li hi kienet intitolata għalih. (Ġenesi 3:1-5) Dak li qal kien gidba malizzjuża​—att taʼ dnub. Billi stqarr din il-​gidba, l-​anġlu għamel lilu nnifsu midneb. Bħala riżultat taʼ dan, beda jissejjaħ ix-​Xitan, kalunnjatur, u Satana, avversarju t’Alla.—Apokalissi 12:9.

L-argument persważiv taʼ Satana kellu effett negattiv fuq Eva. Billi poġġiet il-​fiduċja tagħha fil-​kliem tat-​Tentatur, hi ħalliet lilha nfisha tiġi sedotta u tiekol ftit mill-​frott tas-​siġra pprojbita. Żewġha, Adam, ngħaqad magħha f’li jieklu l-​frotta, u t-​tnejn li huma b’hekk saru midinbin. (Ġenesi 3:6; 1 Timotju 2:14) B’mod ċar, billi għażlu li ma jobdux lil Alla, l-​ewwel ġenituri tagħna ma laħqux il-​marka tal-​perfezzjoni u għamlu lilhom infushom midinbin.

Xi ngħidu dwar in-​nisel t’Adam u Eva? Il-​Bibbja tispjega: “Kien permezz taʼ bniedem wieħed li fid-​dinja daħal id-​dnub, u permezz tad-​dnub il-​mewt, u hekk il-​mewt laħqet il-​bnedmin kollha, għax kollha dinbu.” (Rumani 5:12) Il-​liġi taʼ l-​eredità kienet diġà bdiet isseħħ. Adam ma setax jgħaddi għal fuq uliedu dak li ma kellux. (Ġob 14:4) Billi tilfu l-​perfezzjoni, l-​ewwel koppja kienu midinbin meta wliedhom ġew ikkonċeputi. Bħala riżultat, ilkoll kemm aħna​—mingħajr eċċezzjoni—writna d-​dnub. (Salm 51:5; Rumani 3:23) Imbagħad, id-​dnub ma pproduċa xejn ħlief ħażen u sofferenza. Iktar minn hekk, minħabba f’dan, aħna lkoll nixjieħu u mmutu, “għax il-​ħlas tad-​dnub hu l-​mewt.”—Rumani 6:23.

Il-​Kuxjenza ‘Takkuża’ Jew ‘Tiskuża’

Ikkunsidra wkoll l-​effett tad-​dnub fuq l-​imġiba taʼ l-​ewwel par uman. Huma għattew partijiet minn ġisimhom u pprovaw jaħbu lilhom infushom minn Alla. (Ġenesi 3:7, 8) Id-​dnub b’hekk ġagħalhom iħossu ħtija, anzjetà, u mistħija. L-​umanità llum hija familjari ħafna maʼ dawn l-​emozzjonijiet.

Min ma kellux sentimenti skomdi minħabba li żamm lura qalb tajba minn xi ħadd fil-​bżonn jew min ma ħassx rimors talli qal kliem li qatt ma messu ntqal? (Ġakbu 4:17) Għala għandna sentimenti inkwetanti bħal dawn? L-​appostlu Pawlu jispjega li ‘l-​Liġi hija miktuba f’qalbna.’ Dment li l-​kuxjenza tagħna ma tkunx saret xierfa, kwalunkwe vjolazzjoni taʼ dik il-​liġi tipproduċi tqanqil intern. B’dan il-​mod il-​vuċi tal-​kuxjenza ‘takkużana’ jew ‘tiskużana.’ (Rumani 2:15; 1 Timotju 4:2; Titu 1:15) Kemm jekk nirrealizzawh dan u kemm jekk le, aħna għandna sens ġewwieni tal-​ħażin, tad-​dnub!

Pawlu kien jaf sew bit-​tendenzi midinbin tiegħu. “Meta rrid nagħmel it-​tajjeb, ifeġġ quddiemi l-​ħażin,” hu ammetta. “Skond il-​bniedem taʼ ġewwa togħġobni l-​liġi taʼ Alla; iżda nilmaħ fil-​membri taʼ ġismi liġi oħra titqabad kontra l-​liġi taʼ moħħi u tjassarni taħt il-​liġi tad-​dnub li hemm ġo ġismi.” Għalhekk Pawlu staqsa: “Min se jeħlisni minn dan il-​ġisem tal-​mewt?”—Rumani 7:21-24.

Ħelsien Mid-​Dnub​—Kif?

“Il-​ħelsien, fit-​tradizzjoni tal-​Ħindu,” jgħid wieħed studjuż, “huwa ħelsien minn twelid u mwiet ripetuti.” Bħala soluzzjoni, il-​Buddiżmu b’mod simili jipponta lejn in-​Nirvana​—stat li ma tkunx konxju tar-​realtà esterna. Billi ma fehemx il-​kunċett tad-​dnub li jintiret, il-​Ħinduiżmu jwiegħed biss ħarba mill-​eżistenza.

Mill-banda l-​oħra, il-​mezz taʼ ħelsien tal-​Bibbja jirriżulta fit-​tneħħija attwali tal-​kundizzjoni midinba. Wara li staqsa kif jistaʼ jiġi salvat mid-​dnub, l-​appostlu Pawlu jkompli jwieġeb: “Niżżi ħajr lil Alla permezz taʼ Ġesù Kristu Sidna!” (Rumani 7:25) Iva, is-​salvazzjoni tiġi mingħand Alla permezz taʼ Ġesù Kristu.

Skond l-​Evanġelju taʼ Mattew, “Bin il-​bniedem,” Ġesù Kristu, ġie “biex jagħti ħajtu b’fidwa għall-​kotra.” (Mattew 20:28) Bħalma hu ddokumentat fl-1 Timotju 2:6, Pawlu kiteb li Ġesù “ta lilu nnifsu bħala prezz tal-​fidwa [‘li tikkorrispondi,’ NW] għal kulħadd.” Il-​kelma “fidwa” tfisser li tħallas il-​prezz għall-​fidwa taʼ l-​imjassrin. Il-​fatt li din hija fidwa li tikkorrispondi jenfasizza l-​effikaċja tal-​prezz f’li jiġi bbilanċjat il-​miżien legali tal-​ġustizzja. Imma kif setgħet il-​mewt taʼ bniedem wieħed tiġi kkunsidrata “fidwa għal kulħadd”?

Adam biegħ lill-​umanità kollha, inkluż lilna, għal ġod-​dnub u l-​mewt. Il-​prezz, jew piena, li ħallas kien il-​ħajja umana perfetta tiegħu. Biex tpatti għal dan, ħajja umana perfetta oħra​—fidwa li tikkorrispondi—​kellha titħallas. (Eżodu 21:23; Dewteronomju 19:21; Rumani 5:18, 19) Ladarba l-​ebda bniedem imperfett ma setaʼ jipprovdi din il-​fidwa, Alla, fl-​għerf infinit tiegħu, fetaħ triq biex noħorġu minn din id-​dieqa. (Salm 49:8, 9 [Salm 49:6, 7, NW]) Hu ttrasferixxa l-​ħajja perfetta taʼ l-​Iben uniġenitu tiegħu mis-​smewwiet għal ġol-​ġuf taʼ verġni fuq l-​art, billi ħallieh jitwieled bħala raġel perfett.—Luqa 1:30-38; Ġwann 3:16-18.

Sabiex iwettaq ix-​xogħol taʼ li jifdi lill-​umanità, Ġesù kellu jżomm l-​integrità tiegħu ż-​żmien kollu li kien fid-​dinja. Hu dan għamlu. Imbagħad miet mewta taʼ sagrifiċċju. B’dan il-​mod Ġesù aċċerta li l-​valur taʼ ħajja umana perfetta​—tiegħu stess—​kellu jkun disponibbli biex jitħallas bħala fidwa ħalli jeħles lill-​umanità.—2 Korintin 5:14; 1 Pietru 1:18, 19.

Dak Li L-​Fidwa Taʼ Kristu Tistaʼ Tagħmel Għalina

Is-​sagrifiċċju taʼ fidwa taʼ Ġesù jistaʼ jkun taʼ benefiċċju għalina minn issa stess. Billi neżerċitaw fidi fih, aħna nistgħu ngawdu waqfa nadifa quddiem Alla u nistgħu niġu taħt il-​ħarsien mimli mħabba u teneru taʼ Jehovah. (Atti 10:43; Rumani 3:21-24) Minflok ma nħallu li tegħlibna l-​ħtija għad-​dnubiet li stajna għamilna, aħna nistgħu liberament infittxu l-​maħfra mingħand Alla fuq il-​bażi tal-​fidwa.—Isaija 1:18; Efesin 1:7; 1 Ġwann 2:1, 2.

Fil-ġejjieni, il-​fidwa se tagħmel possibbli l-​fejqan komplet tal-​kundizzjoni marida taʼ l-​umanità kkawżata mid-​dnub. L-​aħħar ktieb tal-​Bibbja jiddeskrivi “xmara taʼ l-​ilma tal-​Ħajja” ħierġa ’l barra mit-​tron t’Alla. Matul ix-​xtut tax-​xmara hemm siġar mimlijin bil-​frott li għandhom weraq li “huma duwa tajba għall-​ġnus.” (Apokalissi 22:1, 2) Simbolikament, il-​Bibbja hawnhekk titkellem dwar il-​provvediment meraviljuż tal-​Ħallieq biex jeħles lill-​umanità mid-​dnub u l-​mewt għal dejjem fuq il-​bażi tas-​sagrifiċċju taʼ fidwa taʼ Ġesù.

Il-viżjonijiet profetiċi tal-​ktieb t’Apokalissi dalwaqt se jiġu mwettqin. (Apokalissi 22:6, 7) Imbagħad dawk kollha taʼ qalb tajba se jsiru perfetti, billi ‘jkunu meħlusin mill-​jasar tat-​taħsir.’ (Rumani 8:20, 21) M’għandux dan iqanqalna biex nitgħallmu iżjed dwar Alla Jehovah u l-​Iben leali tiegħu, Ġesù Kristu, li sar il-​fidwa?—Ġwann 17:3. (w97 7/15)

[Nota taʼ taħt]

a Ara l-​ktieb Life​—How Did It Get Here? By Evolution or by Creation?, ippubblikat mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc.

[Stampa f’paġna 6]

Adam ġab id-​dnub u l-​mewt fuq l-​umanità

[Stampa f’paġna 7]

Is-​sagrifiċċju taʼ fidwa taʼ Ġesù jġib ħelsien mid-​dnub u l-​mewt

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja