LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w93 2/15 pp. 12-16
  • Aqdi lil Jehovah Lealment

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Aqdi lil Jehovah Lealment
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Xi Jfisser li Tkun Leali
  • Apprezzament għall-​Affarijiet li Tgħallimna
  • Apprezza l-​Fratellanza Kristjana
  • Imkien Iżjed fejn Immorru
  • Kun Edifikanti
  • Irreżisti lix-​Xitan!
  • Strieħ fuq Alla bit-​Talb
  • “Int Biss Leali”
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
  • Ara l-Leali!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Naqdu Lealment maʼ l-Organizzazzjoni taʼ Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • L-Imħabba Leali taʼ Ġeħova Xi Tfisser Għalik?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
w93 2/15 pp. 12-16

Aqdi lil Jehovah Lealment

“ Maʼ min hu leali int [Jehovah] se taġixxi bil-​lealtà.”−2 SAMWEL 22:26.

1. Jehovah kif jaġixxi maʼ dawk leali lejh?

JEHOVAH ma jistax jitħallas lura taʼ dak kollu li jagħmel għall-​poplu tiegħu. (Salm 116:12) Kemm huma tal-​għaġeb il-​għotjiet spiritwali u materjali tiegħu u l-​ħniena tenera tiegħu! Is-​Sultan David taʼ Iżrael tal-​qedem kien jaf li Alla jaġixxi wkoll bil-​lealtà maʼ dawk leali lejh. David qal dan f’għanja li kkompona “dak in-​nhar li Jehovah kien ħelsu ’l barra mill-​pala tal-​għedewwa kollha tiegħu u ’l barra mill-​pala ta[s-Sultan] Sawl.”−2 Samwel 22:1.

2. Liema huma xi punti ppreżentati fil-​għanja taʼ David imniżżla fit-​2 Samwel kapitlu 22?

2 David beda l-​għanja tiegħu (li hi parallel maʼ Salm 18) billi faħħar lil Jehovah bħala “Dak li jipprovdi l-​ħarba” bi tweġiba għat-​talb. (2 Samwel 22:2-7) Mit-​tempju tiegħu tas-​sema, Alla aġixxa biex jeħles lill-​qaddej leali tiegħu minn għedewwa setgħanin. (Versi 8-19) David b’hekk kien ippremjat talli segwa korsa retta u talli żamm il-​mogħdijiet taʼ Jehovah. (Versi 20-27) Imbagħad ġew enumerati għemejjel magħmulin b’saħħa mogħtija minn Alla. (Versi 28-43) Fl-​aħħar, David semma ħelsien minn dawk li jsibu d-​difetti fid-​dar u minn għedewwa barra ’l pajjiż u iżża ħajr lil Jehovah bħala “Dak li qiegħed jagħmel atti kbar taʼ salvazzjoni għas-​sultan tiegħu u qiegħed jeżerċita qalb tajba bl-​imħabba mal-​wieħed midluk tiegħu.” (Versi 44-51) Jehovah jistaʼ jeħles lilna wkoll jekk insegwu korsa retta u nistrieħu fuqu għas-​saħħa.

Xi Jfisser li Tkun Leali

3. Minn ħarsa Skritturali, xi jfisser li tkun leali?

3 Il-​għanja taʼ David taʼ ħelsien tagħtina din l-​assigurazzjoni taʼ faraġ: “ Maʼ min hu leali int [Jehovah] se taġixxi bil-​lealtà.” (2 Samwel 22:26) Huwa l-​aġġettiv Ebrajk cha·sidhʹ li jissinjifika “min hu leali,” jew wieħed taʼ qalb tajba bl-​imħabba.” (Salm 18:25, nota taʼ taħt) In-​nom cheʹsedh fih il-​ħsieb taʼ qalb tajba li b’imħabba tintrabat maʼ xi ħaġa sakemm il-​għan tagħha f’konnessjoni magħha jitwettaq. Jehovah jesprimi dik ix-​xorta taʼ qalb tajba lill-​qaddejja tiegħu, saħansitra bħalma huma jesprimuha għalih. Din il-​lealtà qaddisa u taʼ tjieba tiġi tradotta “qalb tajba bl-​imħabba” u “imħabba leali.” (Ġenesi 20:13; 21:23) Fl-​Iskrittura Griega, “lealtà” ġġorr l-​idea taʼ qdusija u reverenza, espressa fin-​nom ho·si·oʹtes u l-​aġġettiv hoʹsi·os. Din il-​lealtà tinkludi fedeltà u devozzjoni u tfisser li tkun devot u li twettaq bl-​attenzjoni d-​doveri kollha lejn Alla. Li tkun leali lejn Jehovah ifisser li taqbad miegħu b’devozzjoni tant qawwija li hija taġixxi bħal kolla b’saħħitha.

4. Kif inhi murija l-​lealtà taʼ Jehovah?

4 Il-​lealtà taʼ Jehovah innifsu tintwera f’ħafna modi. Per eżempju, hu jieħu azzjoni ġudizzjarja kontra dawk mill-​agħar minħabba mħabba leali għall-​poplu tiegħu u lealtà lejn il-​ġustizzja u t-​tjieba. (Rivelazzjoni 15:3, 4; 16:5) Lealtà għall-​patt tiegħu maʼ Abraham qanqlitu biex juri sabar fit-​tul lejn l-​Iżraeliti. (2 Slaten 13:23) Dawk leali lejn Alla jistgħu jkunu żguri mill-​għajnuna tiegħu sat-​tmiem tal-​korsa leali tagħhom u jistgħu jibqgħu ċerti li hu se jiftakar fihom. (Salm 37:27, 28; 97:10) Ġesù kien imsaħħaħ bil-​għarfien li bħala l-​“wieħed leali” ewlieni t’Alla, ruħu ma kinetx se titħalla f’Xeol.—Salm 16:10; Atti 2:25, 27.

5. Ladarba Jehovah huwa leali, hu x’jirrikjedi mill-​qaddejja tiegħu, u x’mistoqsija se tingħata konsiderazzjoni?

5 Ladarba Alla Jehovah huwa leali, hu jirrikjedi lealtà mill-​qaddejja tiegħu. (Efesin 4:24) Per eżempju, irġiel iridu jkunu leali biex jikkwalifikaw għal ħatra bħala anzjani tal-​kongregazzjoni. (Titus 1:8) Liema fatturi għandhom iqanqlu lin-​nies taʼ Jehovah biex jaqduh bil-​lealtà?

Apprezzament għall-​Affarijiet li Tgħallimna

6. Kif għandna nħossuna dwar l-​affarijiet Skritturali li tgħallimna, u x’għandna niftakru dwar dan il-​għarfien?

6 Gratitudni għall-​affarijiet Skritturali li tgħallimna għandha tqanqalna biex naqdu lil Jehovah bil-​lealtà. L-​appostlu Pawlu ħeġġeġ lil Timotew: “Kompli fl-​affarijiet li tgħallimt u ġejt ipperswadut biex temmen, billi taf mingħand liema persuni tgħallimthom u li mill-​infanzja ilek taf il-​kitbiet qaddisa, li jistgħu jagħmluk għaref għas-​salvazzjoni permezz tal-​fidi f’konnessjoni maʼ Kristu Ġesù.” (2 Timotew 3:14, 15) Ftakar li dak il-​għarfien ġie mingħand Alla permezz tal-​“irsir fidil u diskret.”−Mattew 24:45-47.

7. L-​anzjani kif għandhom iħossuhom dwar l-​ikel spiritwali pprovdut minn Alla permezz tal-​irsir fidil?

7 B’mod speċjali għandhom l-​anzjani maħturin japprezzaw l-​ikel spiritwali nutrijenti pprovdut mingħand Alla permezz tal-​irsir fidil. Ftit tas-​snin ilu xi ftit anzjani ma kellhomx dan l-​apprezzament. Wieħed osservatur innota li dawn l-​irġiel “kienu jikkritikaw l-​artikli taʼ The Watchtower, billi ma ridux jaċċettawh bħala . . . il-​mezz taʼ verità t’Alla, billi dejjem jipprovaw jinfluwenzaw oħrajn fil-​mod taʼ kif jaħsbuha huma.” Madankollu, anzjani leali qatt ma jipprovaw jinfluwenzaw lil oħrajn biex jirriffjutaw kwalunkwe ikel spiritwali pprovdut minn Alla permezz tal-​irsir fidil.

8. Xi ngħidu jekk ma napprezzawx bis-​sħiħ xi punt Skritturali ppreżentat mill-​irsir fidil u diskret?

8 Bħala x-​Xhieda ddedikati taʼ Jehovah, ilkoll kemm aħna rridu nkunu leali lejh u lejn l-​organizzazzjoni tiegħu. Qatt m’għandna saħansitra nikkontemplaw li nduru ’l hemm mid-​dawl tal-​għaġeb t’Alla, billi nsegwu korsa apostata li tistaʼ twassal għal mewt spiritwali issa u eventwalment għall-​qerda. (Ġeremija 17:13) Imma xi ngħidu jekk huwa iebes għalina li naċċettaw jew napprezzaw bis-​sħiħ xi punt Skritturali ppreżentat mill-​irsir fidil? Allura ejjew bl-​umiltà nirrikonoxxu minfejn tgħallimna l-​verità u nitolbu għall-​għerf biex nittrattaw maʼ din il-​prova sakemm tiġi fit-​tmiem tagħha b’xi kjarifika ppubblikata dwar il-​kwistjoni.—Ġakbu 1:5-8.

Apprezza l-​Fratellanza Kristjana

9. L-​1 Ġwann 1:3-6 kif juri li l-​Kristjani jridu jkollhom spirtu taʼ sħubija?

9 Apprezzament mill-​qalb għall-​ispirtu taʼ sħubija li jeżisti ġewwa l-​fratellanza Kristjana tagħna jipprovdi inċentiva oħra biex taqdi lil Jehovah bil-​lealtà. Fil-​fatt, ir-​relazzjoni tagħna m’Alla u maʼ Kristu ma tistax tkun b’saħħitha spiritwalment mingħajr dan l-​ispirtu. L-​appostlu Ġwanni qal lill-​Kristjani midlukin: “Dak li rajna u smajna qegħdin aħna nirrapportaw ukoll lilkom, biex intom ukoll jistaʼ jkollkom sehem [“sħubija,” Diaglott] magħna. Iktar minn hekk, dan is-​sehem tagħna hu mal-​Missier u maʼ Ibnu Ġesù Kristu. . . . Jekk nagħmlu l-​istqarrija: ‘Għandna sehem miegħu,’ u madankollu nibqgħu mexjin fid-​dlam, qegħdin nigdbu u m’aħniex nipprattikaw il-​verità.” (1 Ġwann 1:3-6) Dan il-​prinċipju japplika għall-​Kristjani kollha, kemm jekk it-​tama tagħhom hi għas-​sema kemm jekk hi għall-​art.

10. Għalkemm Evodja u Sintike milli jidher kellhom diffikultà f’li jsolvu xi problema persunali, Pawlu kif kien iħares lejn dawn in-​nisa?

10 Huwa meħtieġ sforz biex jinżamm spirtu taʼ sħubija. Per eżempju, in-​nisa Kristjani Evodja u Sintike milli jidher sabuha diffiċli li jsolvu xi problema bejniethom. Pawlu b’hekk ħeġgiġhom “biex ikunu tal-​istess fehma fil-​Mulej.” Hu żied: “Nitlob lilek ukoll, sieħeb ġenwin fil-​madmad, ibqaʼ għin lil dawn in-​nisa li tħabtu ġenb maʼ ġenb miegħi fl-​aħbar tajba flimkien maʼ Klement kif ukoll mal-​bqija tal-​ħaddiema sħabi, li isimhom qiegħed fil-​ktieb tal-​ħajja.” (Filippin 4:2, 3) Dawk in-​nisa taʼ tjieba kienu ġġieldu spalla maʼ spalla maʼ Pawlu u oħrajn “fl-​aħbar tajba,” u hu kien ċert li huma kienu fost dawk ‘li l-​ismijiet tagħhom kienu fil-​ktieb tal-​ħajja.’

11. Jekk Kristjan leali jiffaċċja xi problema spiritwali, x’ikun xieraq li jżomm f’moħħu?

11 Il-​Kristjani ma jilbsux xi tabella biex juru x’kienu pprivileġġjati li jagħmlu fl-​organizzazzjoni taʼ Jehovah u kif qdewh bil-​lealtà. Jekk għandhom xi problema spiritwali, kemm ikun nieqes mill-​imħabba li tinjora s-​snin tagħhom taʼ servizz leali lejn Jehovah! Wisq probabbli, il-​wieħed imsejjaħ “sieħeb ġenwin fil-​madmad” kien ħu leali li kien ħerqan biex igħin lil oħrajn. Jekk int anzjan, int “sieħeb ġenwin fil-​madmad,” li lest biex tagħti l-​għajnuna b’mod taʼ mogħdrija? Jalla lkoll kemm aħna nikkunsidraw it-​tajjeb li jsir minn kredenti sħabna, saħansitra bħalma jagħmel Alla, u b’imħabba ngħinuhom iġorru t-​tagħbijiet tagħhom.—Galatin 6:2; Ebrej 6:10.

Imkien Iżjed fejn Immorru

12. Meta l-​istqarrijiet taʼ Ġesù ġagħlu lil ‘ħafna dixxipli li jmorru lura lejn l-​affarijiet li ħallew warajhom,’ Pietru x’pożizzjoni ħa?

12 Aħna se niġu mħeġġin biex naqdu lil Jehovah bil-​lealtà mal-​organizzazzjoni tiegħu jekk niftakru li m’hemm imkien iżjed fejn immorru għall-​ħajja taʼ dejjem. Meta l-​istqarrijiet taʼ Ġesù ġagħlu lil ‘ħafna dixxipli biex imorru lura lejn l-​affarijiet li ħallew warajhom,’ hu staqsa lill-​appostli: “Ma tridux tmorru intom ukoll, hux?” Pietru wieġeb: “Mulej, għand min se mmorru? Int għandek qwiel taʼ ħajja taʼ dejjem; u aħna emminna u sirna nafu li inti l-​Qaddis t’Alla.”−Ġwann 6:66-69.

13, 14. (a) Il-​Ġudaiżmu tal-​ewwel seklu għala ma kellux il-​favur t’Alla? (b) Wieħed li ilu Xhud taʼ Jehovah x’qal dwar l-​organizzazzjoni viżibbli t’Alla?

13 “Qwiel taʼ ħajja taʼ dejjem” ma kinux jinsabu fil-​Ġudaiżmu tal-​ewwel seklu E.K. Id-​dnub ewlieni tiegħu kien li ċaħad lil Ġesù bħala l-​Messija. Fl-​ebda waħda mill-​għamliet tiegħu ma kien il-​Ġudaiżmu bbażat esklussivament fuq l-​Iskrittura Ebrajka. Is-​Sadduċej kienu jiċħdu l-​eżistenza tal-​anġli u ma kinux jemmnu fl-​irxoxt. Għalkemm il-​Fariżej ma kinux jaqblu magħhom f’dawn l-​aspetti, huma b’mod midneb għamlu l-​Kelma t’Alla invalida minħabba t-​tradizzjonijiet mhux skritturali tagħhom. (Mattew 15:1-11; Atti 23:6-9) Dawn it-​tradizzjonijiet jassru lil-​Lhud u għamluha diffiċli għal ħafna biex jaċċettaw lil Ġesù Kristu. (Kolossin 2:8) Ħeġġa għat-​‘tradizzjonijiet taʼ missirijietu’ ġagħlet lil Sawlu (Pawlu) meta kien għadu fl-​injoranza li jkun persekutur feroċi tas-​segwaċi taʼ Kristu.—Galatin 1:13, 14, 23.

14 Il-​Ġudaiżmu ma kellux il-​favur t’Alla, imma Jehovah bierek l-​organizzazzjoni ffurmata mis-​segwaċi taʼ Ibnu—‘poplu żeluż għal xogħlijiet mill-​aħjar.’ (Titus 2:14) Dik l-​organizzazzjoni għadha teżisti, u dwarha wieħed li ilu Xhud taʼ Jehovah qal: “Jekk kien hawn xi ħaġa li kienet l-​iktar importanti għalija, din kienet li nżomm qrib tal-​organizzazzjoni viżibbli taʼ Jehovah. L-​esperjenza bikrija tiegħi għallmitni kemm mhux għaqli li tistrieħ fuq raġunar uman. Ladarba kont determinat fuq dak il-​punt, iddeċidejt li nibqaʼ mal-​organizzazzjoni fidila. B’liema mod ieħor jistaʼ wieħed jikseb il-​favur u l-​barka taʼ Jehovah?” M’hemm imkien iżjed fejn nistgħu mmorru għall-​favur divin u l-​ħajja taʼ dejjem.

15. Għala għandna nikkoperaw mal-​organizzazzjoni viżibbli taʼ Jehovah u maʼ dawk li jerfgħu r-​responsabbiltà fiha?

15 Qlubna għandhom iqanqluna biex nikkoperaw mal-​organizzazzjoni taʼ Jehovah għaliex nafu li hija biss diretta mill-​ispirtu tiegħu u qiegħda tgħarraf lil ismu u l-​għanijiet tiegħu. M’għandniex xi ngħidu, dawk li jerfgħu r-​responsabbiltà fiha huma imperfetti. (Rumani 5:12) Imma “r-​rabja taʼ Jehovah saret sħuna” kontra Aronne u Mirjam meta huma kkritikaw lil Mosè u nsew li hu, mhux huma, kien fdat b’responsabbiltà mogħtija minn Alla. (Numri 12:7-9) Illum, Kristjani leali jikkoperaw maʼ “dawk li qegħdin jieħdu t-​tmexxija” għaliex dak hu li Jehovah jirrikjedi. (Ebrej 13:7, 17) Evidenza tal-​lealtà tagħna tinkludi li nattendu l-​laqgħat regolarment u li nikkummentaw biex ‘inqanqlu lill-​oħrajn għall-​imħabba u xogħlijiet mill-​aħjar.’—Ebrej 10:24, 25.

Kun Edifikanti

16. Xewqa li nagħmlu liema ħaġa għal oħrajn għandha tqanqalna wkoll biex naqdu lil Jehovah?

16 Xewqa li nkunu edifikanti għal oħrajn għandha wkoll tqanqalna biex naqdu lil Jehovah bil-​lealtà. Pawlu kiteb: “Il-​għarfien ineffaħ, imma l-​imħabba tibni.” (1 Korintin 8:1) Ladarba ċertu tip taʼ għarfien neffaħ lil min kien jippossjedih, Pawlu żgur li ried ifisser li l-​imħabba tibni wkoll lil dawk li juru dik il-​kwalità. Ktieb mill-​Professuri Weiss u English igħid: “Il-​persuna li għandha l-​kapaċità li tħobb hi normalment maħbuba hija wkoll. Il-​kapaċità li testendi rieda tajba u konsiderazzjoni f’kull aspett tal-​ħajja . . . għandha effett kostruttiv li jidher fuq il-​persuna li testendi dawn is-​sentimenti kif ukoll fuq il-​persuna li tirċevihom u b’hekk iġġib pjaċir lilhom it-​tnejn.” Billi nuru l-​imħabba, aħna nibnu lill-​oħrajn u lilna nfusna, kif inhu mplikat mill-​kliem taʼ Ġesù: “Hemm iktar ferħ f’li tagħti milli hemm f’li tirċievi.”−Atti 20:35.

17. L-​imħabba kif tibni, u x’se żżommna milli nagħmlu?

17 Fl-​1 Korintin 8:1, Pawlu uża l-​kelma Griega a·gaʹpe, li tissinjifika mħabba taʼ prinċipju. Hija tibni, għaliex hija ssofri fit-​tul u qalbha tajba, tissaporti u ġġarrab kollox, u qatt ma tonqos. Din l-​imħabba tkeċċi emozzjonijiet taʼ ħsara, bħalma huma l-​kburija u l-​għira. (1 Korintin 13:4-8) Din l-​imħabba se żżommna lura milli ngergru kontra ħutna, li huma imperfetti bħalna. Se żżommna lura milli nsiru bħall-​“irġiel taʼ mingħajr Alla li “ddeffsu” fost il-​Kristjani veri tal-​ewwel seklu. Dawn l-​irġiel kienu “ma jqisux is-​setgħat u jitkellmu b’abbuż dwar il-​glorjużi,” billi milli jidher immalafamaw lil xi individwi bħal indokraturi Kristjani midlukin li kellhom ċerta glorja mogħtija lilhom. (Ġuda 3, 4, 8) B’lealtà lejn Jehovah, ejjew ma nċedu qatt għat-​tentazzjoni li nagħmlu xi ħaġa simili.

Irreżisti lix-​Xitan!

18. Satana x’jixtieq jagħmel lin-​nies taʼ Jehovah, imma għala ma jistax jagħmel hekk?

18 Għarfien li Satana jrid jeqred l-​unità tagħna bħala l-​poplu t’Alla għandu jżid id-​determinazzjoni tagħna biex naqdu lil Jehovah bil-​lealtà. Satana saħansitra jixtieq li jeħles mill-​poplu kollu t’Alla, u l-​qaddejja tax-​Xitan li għandu fuq l-​art xi drabi joqtlu lill-​adoraturi veri. Imma Alla mhux se jħalli lil Satana li jeqridhom kollha. Ġesù miet biex “[i]ġib fix-​xejn lil dak li għandu l-​mezzi biex jikkaġuna l-​mewt, jiġifieri, ix-​Xitan.” (Ebrej 2:14) B’mod speċjali l-​qasam taʼ Satana biex jeżerċita poter ġie llimitat minn mindu ntefaʼ ’l barra mis-​sema wara li Kristu sar Sultan fl-​1914. U fiż-​żmien xieraq taʼ Jehovah, Ġesù se jeqred lil Satana u lill-​organizzazzjoni tiegħu.

19. (a) Liema twissija dwar l-​isforzi taʼ Satana tat din ir-​rivista xi snin ilu? (b) Biex nevitaw in-​nasbiet taʼ Satana, x’attenzjoni rridu neżerċitaw meta nittrattaw maʼ kredenti sħabna?

19 Din ir-​rivista darba wissiet: “Jekk Satana, ix-​xitan, jistaʼ joħloq diżordni fost il-​poplu t’Alla, jistaʼ jġagħalhom jitlewmu u jiġġieldu bejniethom, jew juru u jiżżviluppaw dispożizzjoni egoista li twassal għall-​qerda tal-​imħabba għall-​aħwa, hu b’hekk jirnexxilu jiblagħhom.” (The Watch Tower, 1 taʼ Mejju, 1921, paġna 134) Ejjew ma nħallux lix-​Xitan jeqred l-​unità tagħna, forsi billi jħajjarna nikkalunnjaw, jew niġġieldu maʼ xulxin. (Levitiku 19:16) Jalla Satana qatt ma jegħlibna b’tali mod li nagħmlu ħsara personalment lil dawk li jaqdu lil Jehovah lealment jew nagħmlulhom il-​ħajja iżjed diffiċli. (Qabbel 2 Korintin 2:10, 11.) Minflok, ejjew napplikaw il-​kliem taʼ Pietru: “Ibqgħu f’sensikom, kunu għassa. L-​avversarju tagħkom, ix-​Xitan, idur bħal iljun igħajjat, ifittex biex jiblaʼ lil xi ħadd. Imma ħudu l-​waqfa tagħkom kontra tiegħu, solidi fil-​fidi.” (1 Pietru 5:8, 9) Billi nieħdu waqfa soda kontra Satana, aħna nistgħu nżommu l-​unità mbierka tagħna bħala l-​poplu taʼ Jehovah.—Salm 133:l-3.

Strieħ fuq Alla bit-​Talb

20, 21. Serħan fuq Jehovah bit-​talb kif inhu marbut maʼ li naqduh bil-​lealtà?

20 Serħan fuq Alla bit-​talb se jgħinna biex inkomplu naqdu lil Jehovah bil-​lealtà. Meta naraw li ħu qed jismaʼ t-​talb tagħna, ninġibdu eqreb lejh. Serħan fuq Alla Jehovah bit-​talb ġie mħeġġeġ meta l-​appostlu Pawlu kiteb: “Nixtieq li f’kull post l-​irġiel ikomplu bit-​talb, billi jerfgħu jdejn leali, apparti mill-​korla u t-​tħaqqiq.” (1 Timotew 2:8) Per eżempju, kemm hu importanti li anzjani jistrieħu fuq Alla bit-​talb! Turija bħal din taʼ lealtà lejn Jehovah meta jiltaqgħu biex jiddiskutu affarijiet tal-​kongregazzjoni se tgħin biex tevita dibattiti bla tmiem u possibilment xi tfaqqiegħ taʼ korla.

21 Serħan fuq Alla Jehovah bit-​talb igħinna biex inwettqu privileġġi fis-​servizz tiegħu. Wieħed raġel li kien qeda lil Jehovah bil-​lealtà għal għaxriet taʼ snin setaʼ jgħid: “Li aħna naċċettaw mill-​qalb kwalunkwe inkarigu mogħti lilna fl-​organizzazzjoni t’Alla mad-​dinja kollha, u li nibqgħu fuq xogħolna, bla ma nitħarrku, iġib it-​tbissima taʼ approvazzjoni t’Alla fuq l-​isforzi ħerqana tagħna. Saħansitra jekk ix-​xogħol li ningħataw jistaʼ jidher li hu servili, taʼ spiss jirriżulta li jekk dan ma jsirx bil-​fedeltà ħafna servizzi vitali oħrajn ma jkunux jistgħu jsiru. B’hekk jekk aħna umlin u interessati direttament f’li nigglorifikaw isem Jehovah u mhux tagħna, allura nistgħu nkunu żguri li dejjem se nkunu ‘sodi, ma nitħarrkux, dejjem għandna ħafna x’nagħmlu fix-​xogħol taʼ Jehovah.”—1 Korintin 15:58.

22. Il-​ħafna barkiet taʼ Jehovah kif għandhom jeffettwaw il-​lealtà tagħna?

22 Hu x’inhu li nagħmlu fis-​servizz taʼ Jehovah, m’għandniex xi ngħidu, ma nistgħux inħallsuh lura taʼ dak li jagħmel għalina. Kemm aħna fis-​sigurtà fl-​organizzazzjoni t’Alla, imdawrin b’dawk li huma l-​ħbieb tiegħu! (Ġakbu 2:23) Jehovah berikna b’unità li tiġi mill-​imħabba tal-​aħwa li tant għandha għeruq fil-​fond li Satana nnifsu ma jistax iqaċċatha. Ejjew għalhekk nibqgħu mal-​Missier leali tagħna tas-​sema u naħdmu flimkien bħala l-​poplu tiegħu. Issa u għall-​eternità kollha, ejjew naqdu lil Jehovah bil-​lealtà.

Kif Twieġeb Int?

◻ Xi jfisser li tkun leali?

◻ Liema huma xi fatturi li għandhom iqanqluna biex naqdu lil Jehovah bil-​lealtà?

◻ Għala għandna nirreżistu lix-​Xitan?

◻ It-​talb kif jistaʼ jgħinna biex inkunu qaddejja leali taʼJehovah?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja