LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 9/15 pp. 4-7
  • Qegħdin Aħna Verament Ngħixu “fl-Aħħar Jiem”?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Qegħdin Aħna Verament Ngħixu “fl-Aħħar Jiem”?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “Il-​Bidu taʼ l-​Uġigħ”
  • Żviluppi Sinifikanti Oħrajn
  • Il-​Karatteristiki tan-​Nies fl-​Aħħar Jiem
  • X’Se Jiġri fil-​Futur?
  • Int X’Tistaʼ Tagħmel?
  • Qegħdin Aħna Ngħixu fl-​“Aħħar Jiem”?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Id-dinja dalwaqt se tispiċċa?
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Dawn Huma l-Aħħar Jiem!
    Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem
  • X’Inhu s-​Sinjal tal-​“Aħħar Jiem,” jew “Żmien it-​Tmiem”?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 9/15 pp. 4-7

Qegħdin Aħna Verament Ngħixu “fl-​Aħħar Jiem”?

ŻEWĠ tipi taʼ żviluppi jgħinuna nidentifikaw dawk li l-​Bibbja ssejjħilhom l-​aħħar jiem. L-​Iskrittura tbassar ġrajjiet li kellhom iseħħu matul iż-​żmien “taʼ tmiem is-​sistema.” (Mattew 24:3) Il-​Bibbja titkellem ukoll dwar bidliet fl-​attitudnijiet u l-​azzjonijiet tan-​nies li jgħixu “fl-​aħħar jiem.”​—2 Timotju 3:1.

Il-ġrajjiet dinjin flimkien maʼ l-​imġiba u l-​personalità tan-​nies jagħtu prova li aħna qegħdin ngħixu fl-​aħħar jiem u li s-​Saltna t’Alla dalwaqt se ġġib barkiet dejjiema fuq dawk li jħobbu ’l Alla. Ejja nibdew billi neżaminaw tliet karatteristiki li Ġesù qal li kellhom jimmarkaw l-​aħħar jiem.

“Il-​Bidu taʼ l-​Uġigħ”

Ġesù qal: “Ġens iqum kontra ġens u saltna kontra saltna, u jkun hemm nuqqas taʼ ikel u terremoti f’post wara l-​ieħor.” Hu żied jgħid ukoll: “Dan kollu hu l-​bidu taʼ l-​uġigħ, bħall-​uġigħ tal-​ħlas.” (Mattew 24:​7, 8) Ejja neżaminaw “dan kollu” b’mod individwali.

Għadd kbir taʼ nies inqatlu fi gwerer u tilwim etniku matul is-​seklu li għadda. “In-​numru taʼ nies li sfaw vittmi tal-​gwerra fis-​seklu [20] kien tliet darbiet iktar mill-​gwerer kollha li seħħew mill-​ewwel seklu AD sa l-​1899,” jgħid rapport mill-​istudjużi tal-​Worldwatch Institute. Fil-​ktieb tiegħu Humanity​—A Moral History of the Twentieth Century, Jonathan Glover jikteb: “Kalkolu wieħed juri li mill-​1900 sa l-​1989, il-​gwerra qatlet 86 miljun ruħ. . . . L-​imwiet li kien hemm fil-​gwerer tas-​seklu għoxrin kienu fuq skala tant kbira li diffiċli tifhimha. Kull medja li toħroġ mill-​għadd taʼ mwiet m’hijiex fi qbil mal-​fatti, ladarba xi żewġ terzi (58 miljun) minnhom inqatlu fiż-​żewġ gwerer dinjin. Iżda kieku dawn l-​imwiet seħħew b’rata konsistenti tul iż-​żmien, kieku l-​gwerer qatlu madwar 2,500 ruħ kuljum, jiġifieri, iktar minn 100 ruħ kull siegħa, bla waqfien, għal disgħin sena sħaħ.” Tistaʼ timmaġina n-​niket u l-​uġigħ li dan ikkaġuna lil miljuni taʼ qraba u ħbieb taʼ dawk li tilfu ħajjithom?

Minkejja l-​fatt li d-​dinja tipproduċi ħafna ikel, il-​karatteristiki li jimmarkaw l-​aħħar jiem jinkludu n-​nuqqas taʼ ikel. Ir-​riċerkaturi jgħidu li matul dawn l-​aħħar 30 sena, iż-​żjieda fil-​produzzjoni taʼ l-​ikel qabżet iż-​żjieda fil-​popolazzjoni. Minkejja dan, in-​nuqqas taʼ ikel għadu jeżisti f’ħafna postijiet fid-​dinja minħabba li bosta nies m’għandhomx biżżejjed rabaʼ biex ikabbru l-​prodotti taʼ l-​ikel jew biżżejjed flus biex jixtru l-​kwantità meħtieġa taʼ ikel. F’pajjiżi li qed jiżviluppaw, madwar 1.2 biljun ruħ jirnexxilhom jgħixu b’dollaru Amerikan jew inqas kuljum. Minn dawn, madwar 780 miljun ruħ ibatu l-​ġuħ għomorhom kollu. Skond l-​Organizzazzjoni Dinjija tas-​Saħħa, kull sena n-​nuqqas taʼ ikel sustanzjuż huwa l-​kaġun ewlieni li jwassal għall-​mewt taʼ iktar minn ħames miljun tifel u tifla.

X’jistaʼ jingħad dwar it-​terremoti mbassrin? Skond l-​Istħarriġ Ġeoloġiku taʼ l-​Istati Uniti, biss biss sa mill-​1990, il-​medja taʼ terremoti qawwijin biżżejjed biex jeqirdu l-​bini kienet taʼ 17 fis-​sena. Bħala medja, darba kull sena kien hemm terremoti qawwijin biżżejjed biex jikkaġunaw qerda kważi totali tal-​bini. “It-​terremoti kkaġunaw it-​telfa taʼ mijiet t’eluf taʼ ħajjiet f’dawn l-​aħħar 100 sena,” jgħid sors ieħor. Raġuni waħda għal dan hija li sa mill-​1914 żviluppaw ħafna nħawi b’popolazzjoni kbira f’żoni fejn iseħħu t-​terremoti.

Żviluppi Sinifikanti Oħrajn

“F’post wara l-​ieħor ikun hemm mard li jittieħed,” qal Ġesù. (Luqa 21:11) Illum, ix-​xjenza medika hija iktar avanzata minn qatt qabel. Madankollu, mard li ilu jeżisti kif ukoll mard ġdid ikompli jgħakkes lill-​umanità. Dokument tal-​Kunsill taʼ l-​Intelliġenza Nazzjonali taʼ l-​Istati Uniti jgħid: “Għoxrin marda magħrufin sew​—inkluż it-​tuberkulożi (TB), il-​malarja, u l-​kolera​—feġġew mill-​ġdid jew infirxu ġeografikament mill-​1973 ’l hawn, spiss f’forom iżjed ħorox u reżistenti għall-​mediċina. Sa mill-​1973 ġew identifikati għallinqas 30 marda li l-​kaġun tagħhom qabel ma kienx magħruf, inkluż l-​HIV, l-​Ebola, l-​epatite Ċ, u n-​Nipah virus, li għalihom ma teżisti ebda kura.” Skond ir-​rapport tas-​Salib l-​Aħmar tat-​28 taʼ Ġunju, 2000, matul is-​sena taʼ qabel, l-​għadd taʼ nies li mietu minn mard li jittieħed kien madwar 160 darba iktar mill-​għadd taʼ dawk li mietu f’diżastri naturali.

‘Iż-​żjieda tal-​ħażen’ hija karatteristika oħra taʼ l-​aħħar jiem taʼ min jinnotaha. (Mattew 24:12) Ilum, f’ħafna postijiet madwar id-​dinja, in-​nies isakkru d-​djar tagħhom u ma jħossuhomx fiż-​żgur fit-​toroq bil-​lejl. U xi ngħidu għat-​tniġġis taʼ l-​arja, taʼ l-​ilma, u taʼ l-​art li qed naraw madwarna, spiss minħabba prattiki illegali? Dan ukoll huwa fi qbil mat-​twettiq taʼ dak li bassret il-​Bibbja. Il-​ktieb tar-​Rivelazzjoni jitkellem dwar iż-​żmien stabbilit minn Alla biex ‘jeqred lil dawk li qed jeqirdu l-​art.’​—Rivelazzjoni 11:18.

Il-​Karatteristiki tan-​Nies fl-​Aħħar Jiem

Jekk jogħġbok iftaħ il-​Bibbja tiegħek fit-​2 Timotju 3:​1-5 u aqra l-​versi. L-​appostlu Pawlu jikteb: “Fl-​aħħar jiem ikun hawn żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom.” Hu mbagħad ikompli jsemmi 20 karatteristika li kellhom jiddeskrivu l-​personalità tan-​nies li ma jgħixux skond il-​prinċipji t’Alla. Int osservajt xi ftit minn dawn il-​karatteristiki f’dawk li jgħixu fl-​inħawi fejn toqgħod int? Ikkunsidra xi ntqal fi żminijiet reċenti dwar in-​nies taʼ llum.

“Iħobbu lilhom infushom.” (2 Timotju 3:2) “[In-nies] qed jinsistu li jagħmlu dak li jridu iktar minn qatt qabel. [Huma] qed isiru allat, u jistennew li jiġu trattati bħallikieku kienu allat.”​—Il-​gazzetta Financial Times taʼ l-​Ingilterra.

“Iħobbu l-​flus.” (2 Timotju 3:2) “Fi żminijiet reċenti l-​ispirtu egoistiku tal-​materjaliżmu għeleb l-​ispirtu tal-​modestja. Sakemm ma titqiesx bħala sinjur fis-​soċjetà, ħajtek mhix taʼ min jgħixha.”​—Il-​gazzetta Jakarta Post taʼ l-​Indonesja.

“Diżubbidjenti lejn il-​ġenituri.” (2 Timotju 3:2) “Il-​ġenituri jitħawdu meta jaraw lit-​tfal tagħhom t’erbaʼ snin jikkmandawhom qishom ir-​[Re Franċiż] Lwiġi XIV jew xi wieħed minn uliedhom taʼ tmien snin jgħajjat, ‘Nobgħodkom!’”​—Ir-​rivista American Educator taʼ l-​Istati Uniti.

“Żleali.” (2 Timotju 3:2) “In-​numru li dejjem jiżdied taʼ rġiel li jkunu lesti jħallu warajhom lis-​sieħba u lit-​tfal tagħhom jagħmel parti kbira minn dik li hi forsi l-​akbar bidla fil-​valuri morali matul [dawn l-​aħħar 40 sena].”​—Ir-​rivista Wilson Quarterly taʼ l-​Istati Uniti.

“Mingħajr imħabba naturali.” (2 Timotju 3:3) “Il-​vjolenza fil-​familja hija fattur dominanti fil-​ħajja taʼ kuljum taʼ xi komunitajiet madwar id-​dinja.”​—Ir-​rivista Journal of the American Medical Association taʼ l-​Istati Uniti.

“Mingħajr rażna.” (2 Timotju 3:3) “Ħafna aħbarijiet li jkun hemm fuq l-​ewwel paġna tal-​gazzetta kull fil-​għodu jirriflettu mħuħ neqsin mir-​rażna, minn prinċipji morali, u mill-​mogħdrija lejn sħabhom il-​bnedmin u saħansitra lejhom infushom. . . . Jekk tkompli tiffavorixxi l-​aggressjoni bħalma qed tagħmel issa, is-​soċjetà tagħna dalwaqt tidħol f’fażi fejn telimina għalkollox il-​morali.”​—Il-​gazzetta Bangkok Post tat-​Tajlandja.

“Feroċi.” (2 Timotju 3:3) “Naraw lil min jagħdab għalxejn u jirrabja bla kontroll fost is-​sewwieqa fit-​toroq, fl-​abbużi fil-​familji, . . . u [f’dik] li tidher qisha vjolenza mhix ġustifikata u bla bżonn li spiss tkun marbuta mad-​delitti. Il-​vjolenza tiġi esperjenzata bl-​addoċċ u b’mod imprevedibbli u n-​nies jispiċċaw emozzjonalment iżolati u vulnerabbli.”​—Il-​gazzetta Business Day taʼ l-​Afrika t’Isfel.

“Iħobbu l-​pjaċiri minflok ma jħobbu lil Alla.” (2 Timotju 3:4) “Il-​libertà sesswali saret kampanja morali li fiha l-​moralità Kristjana hija l-​għadu.”​—Ir-​rivista fuq l-​Internet, Boundless.

“Ikollhom għamla taʼ devozzjoni lejn Alla imma ma jurux bil-​fatti l-​qawwa tagħha.” (2 Timotju 3:5) “[Mara li kienet prostituta fl-​Olanda] irrikonoxxiet li l-​oppożizzjoni għal-​leġislazzjoni [tal-prostituzzjoni] ħafna drabi tiġi minn gruppi reliġjużi. Hi għamlet pawsa, imbagħad, bi tbissima qalet li meta kienet prostituta, diversi ministri [reliġjużi] kienu fost il-​klijenti regulari tagħha. ‘Il-​prostituti dejjem jgħidu li l-​aħjar klijenti jiġu mill-​komunitajiet reliġjużi,’ qalet hi u tidħaq.”​—Il-​gazzetta National Catholic Reporter taʼ l-​Istati Uniti.

X’Se Jiġri fil-​Futur?

Illum id-​dinja hi mimlija inkwiet, bħalma bassret il-​Bibbja. Madankollu, il-​profezija dwar “is-​sinjal tal-​preżenza [taʼ Kristu] u taʼ tmiem is-​sistema” tinkludi karatteristika pożittiva. “Din l-​aħbar tajba tas-​saltna tiġi pridkata fl-​art abitata kollha bħala xiehda lill-​ġnus kollha,” qal Ġesù. (Mattew 24:​3, 14) L-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla qed tiġi pridkata f’iktar minn 230 pajjiż. Iktar minn sitt miljun ruħ li ġejjin minn “kull ġens u tribù u poplu u lsien” huma attivi fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar tas-​Saltna. (Rivelazzjoni 7:9) X’wettqet l-​attività żeluża tagħhom? Proprju dan: Il-​messaġġ taʼ x’inhi s-​Saltna, x’se tagħmel, u kif nirċievu l-​barkiet tagħha, jistaʼ jintlaħaq kważi minn kulħadd fuq l-​art. Tabilħaqq, l-​għarfien veru sar abbundanti fiż-​żmien taʼ l-​aħħar.​—Danjel 12:4.

Tajjeb li tieħu vantaġġ minn dan l-​għarfien. Ikkunsidra x’se jiġri wara li l-​aħbar tajba tkun ġiet pridkata sakemm irid Ġeħova. Ġesù qal: “Imbagħad jiġi t-​tmiem.” (Mattew 24:14) Se jkun il-​waqt t’Alla biex jelimina l-​ħażen kollu fuq l-​art. Proverbji 2:​22 jgħid: “Imma l-​ħżiena mill-​art jitqaċċtu, u l-​qarrieqa jinqalgħu minnha.” Xi ngħidu għal Satana u d-​demonji tiegħu? Huma se jintefgħu f’abbiss, fejn mhux se jkunu jistgħu iktar jiżvijaw lill-​ġnus. (Rivelazzjoni 20:​1-3) Imbagħad, “ir-​retti . . . u dawk bla ħtija se jibqgħu” fuq l-​art. U huma se jgawdu l-​barkiet meraviljużi tas-​Saltna.​—Proverbji 2:​21, NW; Rivelazzjoni 21:​3-5.

Int X’Tistaʼ Tagħmel?

M’hemm ebda dubju. It-​tmiem tas-​sistema taʼ Satana huwa fil-​qrib. Dawk li jinjoraw l-​evidenza li aħna qegħdin ngħixu fl-​aħħar jiem mhux se jkunu preparati meta jiġi t-​tmiem. (Mattew 24:​37-​39; 1 Tessalonikin 5:2) Għalhekk, Ġesù qal lil dawk li semgħuh: “Oqogħdu attenti għalikom infuskom li qlubkom qatt ma jitqalu b’ikel u xorb żejjed u ansjetajiet tal-​ħajja, u f’daqqa waħda dak il-​jum jiġi fuqkom għal għarrieda bħal nassa. Għax jiġi fuq dawk kollha li jgħixu fuq wiċċ l-​art kollha. Għalhekk, ibqgħu mqajmin u itolbu bil-​ħerqa l-​ħin kollu biex jirnexxilkom taħarbu minn dak kollu li għandu jseħħ u tieqfu quddiem Bin il-​bniedem.”​—Luqa 21:​34-​36.

Dawk biss li jkollhom l-​approvazzjoni taʼ Ġesù, Bin il-​bniedem, se jkollhom il-​prospett li jibqgħu ħajjin wara t-​tmiem taʼ din is-​sistema dinjija. Kemm hu vitali li nużaw iż-​żmien li fadal biex infittxu li jkollna l-​approvazzjoni t’Alla Ġeħova u taʼ Ġesù Kristu! F’talba lil Alla, Ġesù qal: “Il-​ħajja taʼ dejjem tfisser dan: li jieħdu għarfien dwarek, l-​uniku Alla veru, u dwar Ġesù Kristu li int bgħatt.” (Ġwanni 17:3) Mela, ikun għaqli min-​naħa tiegħek li titgħallem iżjed dwar Alla Ġeħova u dak li jirrikjedi. Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova fl-​inħawi fejn toqgħod se jkunu ferħanin li jgħinuk tifhem dak li tgħallem il-​Bibbja. Nistidnuk kordjalment biex tikkuntattjahom jew tikteb lill-​pubblikaturi taʼ din ir-​rivista.

[Kaxxa/Stampi f’paġna 7]

KARATTERISTIKI TAʼ L-​AĦĦAR JIEM

ŻVILUPPI KBAR:

▪ Gwerer.​—Mattew 24:​6, 7.

▪ Nuqqas taʼ ikel.​—Mattew 24:7.

▪ Terremoti.​—Mattew 24:7.

▪ Mard li jittieħed.​—Luqa 21:11.

▪ Żjieda tal-​ħażen.​—Mattew 24:12.

▪ Ir-​rovina taʼ l-​art.​—Rivelazzjoni 11:18.

IN-​NIES:

▪ Iħobbu lilhom infushom. —2 Timotju 3:2.

▪ Iħobbu l-​flus.—2 Timotju 3:2.

▪ Suppervi.​—2 Timotju 3:2.

▪ Diżubbidjenti lejn il-​ġenituri.​—2 Timotju 3:2.

▪ Ingrati.​—2 Timotju 3:2.

▪ Żleali.​—2 Timotju 3:2.

▪ Mingħajr imħabba naturali.​—2 Timotju 3:3.

▪ Mingħajr rażna. ​—2 Timotju 3:3.

▪ Feroċi.​—2 Timotju 3:3.

▪ Iħobbu l-​pjaċiri. ​—2 Timotju 3:4.

▪ Jagħmluha taʼ reliġjużi.​—2 Timotju 3:5.

L-​ADURATURI VERI:

▪ Għandhom abbundanza t’għarfien.​—Danjel 12:4.

▪ Jippridkaw l-​aħbar tajba mad-​dinja kollha.​—Mattew 24:14.

[Sors]

UNITED NATIONS/Photo by F. GRIFFING

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja