LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 7/15 pp. 28-32
  • “Tkunu xhieda tiegħi”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Tkunu xhieda tiegħi”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “L-​AFFARIJIET GRANDJUŻI T’ALLA”
  • “FIDWA GĦAL ĦAFNA”
  • ‘AGĦMLU L-​QALB BIEX TGĦIDU L-​AĦBAR TAJBA’
  • Ġesù Kristu—Mibgħut Minn Alla?
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Il-​Messaġġ li Għandna Nxandru
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Aġixxi fi Qbil mat-Talba Kollha Mħabba ta’ Ġesù
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Imħarrġin biex Nagħtu Xiehda bir-Reqqa
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 7/15 pp. 28-32
Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova f’konvenzjoni

“Tkunu xhieda tiegħi”

“[Ġesù] qalilhom: ‘. . . Tkunu xhieda tiegħi . . . sa l-​iktar parti mbiegħda taʼ l-​art.’”—ATTI 1:7, 8.

TAF TWIEĠEB?

  • Ġesù kif wera li “Ġeħova Hu Salvazzjoni”?

  • X’ried ifisser Ġesù meta qal: “Tkunu xhieda tiegħi”?

  • Għala nistgħu nkunu ċerti li se nirnexxu fix-​xogħol tal-​ippritkar?

1, 2. (a) Min hu “x-​xhud leali u veru”? (b) Xi jfisser l-​isem Ġesù, u x’għamel biex jgħin lil-​Lhud jerġgħu jiksbu l-​approvazzjoni taʼ Ġeħova?

META Ġesù kien għaddej ġuri, hu b’kuraġġ qal lill-​gvernatur Ruman tal-​Lhudija, Ponzju Pilatu: “Għal dan jien twilidt, u għal dan ġejt fid-​dinja, biex nixhed għall-​verità.” (Aqra Ġwanni 18:33-​37.) Snin wara, l-​appostlu Pawlu lil Ġesù sejjaħlu x-​xhud li għamel “l-​istqarrija pubblika eċċellenti quddiem Ponzju Pilatu.” (1 Tim. 6:13) Aħna qed ngħixu f’dinja li hi kkontrollata minn Satana u mimlija mibegħda. Biex nibqgħu nagħtu xhieda, neħtieġu kuraġġ kbir bħal dak taʼ Ġesù, “ix-​xhud leali u veru.”—Riv. 3:14.

2 Il-​Lhud kollha kienu msejħin xhieda taʼ Ġeħova, imma Ġesù kien se jkun l-​akbar xhud. (Is. 43:10) Qabel ma Ġesù twieled, anġlu qal lil Ġużeppi, il-​missier adottiv taʼ Ġesù: “Int issemmih Ġesù, għax hu jsalva lill-​poplu tiegħu minn dnubiethom.” (Mt. 1:20, 21; ntt.) L-​isem Ġesù bl-​Ebrajk ifisser “Ġeħova Hu Salvazzjoni.” Ġeħova kien se juża lil Ġesù biex isalva lill-​umanità mid-​dnub u l-​mewt. Ġesù qal lil-​Lhud li kellhom jindmu minn dnubiethom sabiex ikunu jistgħu jerġgħu jiksbu l-​approvazzjoni taʼ Ġeħova. (Mt. 10:6; 15:24; Lq. 19:10) Għalhekk, hu pprietka dwar is-​Saltna t’Alla. Marku, wieħed mill-​kittieba tal-​Evanġelji, kiteb: “Ġesù daħal fil-​Galilija jippriedka l-​aħbar tajba t’Alla u jgħid: ‘Iż-​żmien stabbilit twettaq, u s-​saltna t’Alla qorbot. Indmu, u araw li jkollkom fidi fl-​aħbar tajba.’” (Mk. 1:14, 15) Ġesù pprietka biż-​żelu u bil-​kuraġġ. Hu saħansitra kkundanna lill-​mexxejja reliġjużi Lhud, u din kienet waħda mir-​raġunijiet għala qatluh.—Mk. 11:17, 18; 15:1-​15.

“L-​AFFARIJIET GRANDJUŻI T’ALLA”

3. X’ġara tlett ijiem wara li miet Ġesù?

3 Tlett ijiem wara l-​mewt kiefra taʼ Ġesù, ġrat xi ħaġa tal-​għaġeb—Ġeħova rxoxtah. Imma rxoxtah b’ġisem spirtu u mhux b’ġisem uman. (1 Pt. 3:18) Ġesù ta prova lid-​dixxipli tiegħu li hu reġaʼ kien ħaj meta dehrilhom bħala bniedem. L-​għada li ġie rxoxtat, hu deher lil dixxipli differenti minn tal-​inqas ħames darbiet.—Mt. 28:8-​10; Lq. 24:13-​16, 30-​36; Ġw. 20:11-​18.

4. X’ġara meta Ġesù deher lid-​dixxipli tiegħu, u xi kkmandahom jagħmlu?

4 Meta Ġesù deher għall-​ħames darba, l-​appostli tiegħu u oħrajn kienu miġburin flimkien. F’dik l-​okkażjoni memorabbli, hu bħallikieku għamlilhom studju tal-​Kelma t’Alla. Hu “fetħilhom moħħhom biex jifhmu l-​Iskrittura.” B’hekk, huma bdew jifhmu li l-​mewt u l-​irxoxt tiegħu kienu mbassrin fl-​Iskrittura. Fit-tmiem taʼ din il-​laqgħa importanti, Ġesù qal lid-​dixxipli tiegħu x’kellhom jagħmlu. Hu qalilhom li “f’ismu l-​indiema għall-​maħfra tad-​dnubiet kellha tiġi pridkata fil-​ġnus kollha,” u kellhom jibdew minn Ġerusalemm. Imbagħad Ġesù kkmandahom: “Intom tridu tkunu xhieda taʼ dan.”—Lq. 24:44-​48.

5, 6. (a) Ġesù għala qal: “Tkunu xhieda tiegħi”? (b) Id-​dixxipli taʼ Ġesù dwar xiex kienu se jagħtu xhieda?

5 Għaldaqstant, 40 jum wara, meta Ġesù deher għall-​aħħar darba, l-​appostli fehmu sew il-​kmand li tahom. Hu qalilhom: “Tkunu xhieda tiegħi f’Ġerusalemm u fil-​Lhudija kollha u fis-​Samarija u sa l-​iktar parti mbiegħda taʼ l-​art.” (Atti 1:8) Ġesù għala qal: “Tkunu xhieda tiegħi,” u mhux taʼ Ġeħova? Għax id-​dixxipli kienu Iżraelin, u għalhekk diġà kienu xhieda taʼ Ġeħova. Issa kienu se jkunu xhieda taʼ Ġesù wkoll. Dan x’kien ifisser?

1. Id-​dixxipli taʼ Ġesù fl-​ewwel seklu qed jippritkaw; 2. Dixxiplu taʼ Ġesù fi żmienna qed tagħti xhieda fil-​pubbliku; 3. Dixxipli fi żmienna qed juru l-​Websajt jw.org lil waħda mara

Bħad-​dixxipli tal-​bidu taʼ Ġesù, aħna ngħidu lil oħrajn x’inhu l-​iskop taʼ Ġeħova għall-​futur (Ara paragrafi 5, 6)

6 Id-​dixxipli kienu se jibdew ixandru li Ġeħova issa kien qed juża lil Ġesù biex jeħles lill-​bnedmin. Dan il-​mod taʼ salvazzjoni hu bil-​wisq akbar mill-​mod kif Ġeħova ħeles lill-​Iżraelin fil-​passat. Il-​mewt u l-​irxoxt taʼ Ġesù Kristu għamluha possibbli għan-​nies biex jinħelsu mid-​dnub u l-​mewt. Meta d-​dixxipli taʼ Ġesù ġew midlukin bl-​ispirtu qaddis f’Pentekoste tas-​sena 33 EK, huma bdew jagħtu xhieda dwar “l-​affarijiet grandjużi t’Alla.” Ħafna minn dawk li semgħu dan il-​messaġġ nidmu u poġġew fidi fis-​sagrifiċċju taʼ Ġesù. Ġesù rxoxtat kellu awtorità ġdida fis-​sema, u Ġeħova kien qed jużah biex isalva lil eluf taʼ nies fuq l-​art.—Atti 2:5, 11, 37-​41.

“FIDWA GĦAL ĦAFNA”

7. Dak li ġara f’Pentekoste tas-​sena 33 EK taʼ xiex ta prova?

7 Dak li ġara f’Pentekoste tas-​sena 33 EK ta prova li Ġeħova kien aċċetta s-​sagrifiċċju perfett taʼ Ġesù bħala l-​fidwa meħtieġa biex teħles lin-​nies mid-​dnub. (Ebr. 9:11, 12, 24) Bħalma spjega Ġesù, hu “ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi u jagħti ruħu b’fidwa għal ħafna.” (Mt. 20:28) Il-​Lhud biss kienu se jibbenefikaw minn din il-​fidwa? Le, il-​fidwa ‘tneħħi d-​dnub tad-​dinja.’ Hija r-​rieda t’Alla li “bnedmin taʼ kull xorta jiġu salvati.”—Ġw. 1:29; 1 Tim. 2:4-​6.

8. Kif kien possibbli għad-​dixxipli tal-​bidu taʼ Ġesù li jkomplu jippritkaw dwaru, u x’wettqu?

8 Kellhom id-​dixxipli tal-​bidu taʼ Ġesù l-​kuraġġ meħtieġ biex ikomplu jagħtu xhieda dwaru? U żgur li kellhom, imma mhux bis-​saħħa tagħhom stess. Huma talbu lil Ġeħova għall-​ispirtu qaddis tiegħu biex jagħtihom il-​kuraġġ li kellhom bżonn ħalli jkomplu jippritkaw. (Aqra Atti 5:30-​32.) Xi 27 sena wara Pentekoste tas-​sena 33 EK, setaʼ jingħad li “l-​verità taʼ l-​aħbar tajba” kienet laħqet lil-​Lhud u l-​Ġentili “fil-​ħolqien kollu li hu taħt is-​sema.”—Kol. 1:5, 23.

9. Bħalma kien imbassar, x’ġara lill-​kongregazzjoni Kristjana?

9 Imma, b’dispjaċir, hekk kif għadda ż-​żmien, membri tal-​kongregazzjoni bdew jgħallmu affarijiet li ma kinux minnhom. (Atti 20:29, 30; 2 Pt. 2:2, 3; Ġuda 3, 4) Maż-​żmien, dawn l-​għalliema foloz ħassru l-​kongregazzjoni kollha kemm hi. Ġesù bassar li din l-​apostasija kienet se tibqaʼ sejra sal-​“konklużjoni tas-​sistema.” (Mt. 13:37-​43) F’Ottubru tal-​1914, Ġeħova għamel lil Ġesù Sultan fuq l-​umanità. F’dak iż-​żmien, bdiet il-​konklużjoni, jew “l-​aħħar jiem,” tad-​dinja taʼ Satana.—2 Tim. 3:1.

10. (a) Dwar liema data kienu qed jippritkaw il-​Kristjani midlukin? (b) X’ġara f’Ottubru tal-​1914, u kif nafu dan?

10 Iktar minn 30 sena qabel Ottubru tal-​1914, Kristjani midlukin bdew jippritkaw li s-​Saltna t’Alla kienet se tibda taħkem f’dik id-​data importanti. Il-​fehma tagħhom kienet ibbażata fuq il-​profezija taʼ Danjel dwar siġra kbira li ġiet imqaċċta u li kienet se terġaʼ tikber wara perijodu taʼ żmien. (Dan. 4:16) Ġesù ddeskriva sinjal li kien se jgħin lid-​dixxipli tiegħu jkunu jafu li hu sar Sultan u li jkunu bdew l-​aħħar jiem. Ġrajjiet dinjin mill-​1914 juru b’mod ċar li Ġesù hu Sultan. (Mt. 24:3, 7, 14; Lq. 21:24) Illum, “l-​affarijiet grandjużi t’Alla” li nippritkaw dwarhom jinkludu l-​fatt li Ġeħova għamel lil Ġesù s-​Sultan tas-​Saltna fl-​1914.

11, 12. (a) X’ġara fl-​1919? (b) X’sar evidenti mill-​1935 ’il quddiem? (Ara l-​ewwel stampa.)

11 Bħala s-​Sultan ġdid tal-​art, Ġesù Kristu malajr beda jeħles lil sħabu l-​midlukin mill-​jasar taʼ “Babilonja l-​Kbira.” (Riv. 18:2, 4) Fl-​1919, ftit wara li spiċċat l-​Ewwel Gwerra Dinjija, il-​midlukin kellhom iktar libertà biex jippritkaw madwar id-​dinja. Huma ħatfu din l-​opportunità u taw xhieda dwar il-​qawwa li ssalva tal-​fidwa u l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla. B’riżultat taʼ dan, eluf oħrajn saru jafu l-​verità u ġew midlukin biex ikunu slaten maʼ Kristu fis-​sema.

12 Mill-​1935 ’il quddiem, sar evidenti li Kristu kien beda jiġbor lil miljuni taʼ “nagħaġ oħrajn,” li kienu se jifformaw “folla kbira” minn madwar id-​dinja. Bid-​direzzjoni tal-​Kristjani midlukin, dawk tal-​folla l-​kbira wkoll isegwu l-​eżempju kuraġġuż taʼ Ġesù u jxandru pubblikament li s-​salvazzjoni tagħhom jafuha lil Alla u lil Kristu. Billi jissaportu f’dan ix-​xogħol tal-​ippritkar u jkomplu jeżerċitaw il-​fidi fil-​fidwa taʼ Kristu, dawn l-​uħud jistaʼ jkollhom il-​privileġġ li jgħaddu ħajjin “mit-​tribulazzjoni l-​kbira,” li se ttemm id-​dinja taʼ Satana.—Ġw. 10:16; Riv. 7:9, 10, 14.

‘AGĦMLU L-​QALB BIEX TGĦIDU L-​AĦBAR TAJBA’

13. Bħala Xhieda taʼ Ġeħova, x’aħna determinati li nagħmlu, u kif nistgħu nimitaw lill-​Kristjani tal-​ewwel seklu?

13 Jalla nkomplu ngħożżu l-​privileġġ li għandna bħala Xhieda tal-​“affarijiet grandjużi” li għamel Alla Ġeħova u tal-​wegħdi tiegħu għall-​futur. Veru, mhux dejjem faċli li nagħtu xhieda. Ħafna minn ħutna jaħdmu f’territorji fejn hemm ħafna apatija, twaqqigħ għaċ-​ċajt, u saħansitra persekuzzjoni. Aħna nistgħu nagħmlu bħall-​appostlu Pawlu u sħabu. Pawlu qal: “Għamilna l-​qalb permezz t’Alla tagħna biex ngħidulkom l-​aħbar tajba t’Alla b’taħbit kbir.” (1 Tess. 2:2) Mela ejja qatt ma naqtgħu qalbna. Minflok, ejja nkunu determinati li ngħixu skont id-​dedikazzjoni tagħna hekk kif id-​dinja taʼ Satana titfarrak u ssir rovina. (Is. 6:11) Ma nistgħux nagħmlu dan bis-​saħħa tagħna stess. Bħall-​Kristjani tal-​ewwel seklu, għandna nitolbu lil Ġeħova għall-​ispirtu qaddis sabiex ikollna “l-​qawwa iktar min-​normal.”—Aqra t-​2 Korintin 4:1, 7; Lq. 11:13.

14, 15. (a) Fl-​ewwel seklu, il-​Kristjani kif kienu jiġu trattati, u Pietru kif inkuraġġiehom? (b) X’għandna niftakru jekk qed niġu ppersegwitati għax aħna Xhieda taʼ Ġeħova?

14 Illum, miljuni taʼ nies jgħidu li huma Kristjani, “imma jiċħdu [lil Alla] b’dak li jagħmlu, għaliex huma mistkerrhin u diżubbidjenti u m’huma approvati għal ebda xorta t’għemil tajjeb.” (Titu 1:16) Nagħmlu tajjeb li niftakru li fl-​ewwel seklu, ħafna nies kienu jobogħdu lill-​Kristjani veri. Huwa għalhekk li l-​appostlu Pietru kiteb: “Jekk qed jgħajrukom minħabba isem Kristu, henjin intom, għax . . . l-​ispirtu t’Alla . . . qed jistrieħ fuqkom.”—1 Pt. 4:14.

15 Illum, ‘qed jiġu mgħajrin minħabba isem Kristu’ x-​Xhieda taʼ Ġeħova? Iva, għax aħna mhux biss nagħtu xhieda dwar Ġeħova imma nitkellmu wkoll dwar Ġesù u nippritkaw li hu s-​Sultan tas-​Saltna t’Alla. Anki Ġesù kien ippersegwitat għax kien xhud taʼ Ġeħova. Lill-​opponenti tiegħu qalilhom: “Jien ġejt f’isem Missieri, imma intom ma tilqgħunix.” (Ġw. 5:43) Għalhekk, la terġaʼ tiġi ppersegwitat għax tkun qed tagħti xhieda, ftakar li għandek l-​approvazzjoni t’Alla u l-​ispirtu qaddis tiegħu.

16, 17. (a) In-​nies taʼ Ġeħova madwar id-​dinja kif iħossuhom dwar ix-​xogħol tal-​ippritkar? (b) X’int determinat li tagħmel?

16 Fl-​istess ħin, ftakar li madwar id-​dinja hemm ħafna nies li qed jidħlu fil-​verità. Anki f’territorji li huma maħdumin spiss, xorta għadna nsibu nies li huma lesti li jisimgħu u li magħhom nistgħu naqsmu l-​messaġġ mill-​isbaħ tagħna. Jalla nkunu diliġenti billi nerġgħu mmorru għand dawk l-​uħud li juru interess u, jekk inhu possibbli, nibdew studju tal-​Bibbja magħhom u ngħinuhom jimxu lejn id-​dedikazzjoni u l-​magħmudija. X’aktarx li int tħossok bħal Sarie fl-​Afrika t’Isfel, li ilha attiva fix-​xogħol tal-​ippritkar għal iktar minn 60 sena. Hi tgħid, “Jien grata ħafna li permezz tas-​sagrifiċċju taʼ Ġesù bħala fidwa nistaʼ ngawdi relazzjoni tajba maʼ Ġeħova, is-​Sovran tal-​univers, u ferħana li nistaʼ nxandar l-​isem glorjuż tiegħu.” Hi u żewġha, Martinus, għenu lil ħafna, inkluż lit-​tlett itfal tagħhom, isiru aduraturi taʼ Ġeħova. Hi żżid tgħid, “M’hemmx attività oħra li ġġibli iktar sodisfazzjon, u permezz tal-​ispirtu qaddis tiegħu, Ġeħova jagħtina l-​qawwa li għandna bżonn biex inkomplu nagħmlu dan ix-​xogħol li jsalva l-​ħajjiet.”

17 Kemm jekk aħna diġà mgħammdin u kemm jekk le, għandna nkunu grati għall-​unur li nissieħbu max-​Xhieda taʼ Ġeħova. Mela, kompli agħti xhieda bir-​reqqa flimkien mal-​poplu tiegħu madwar id-​dinja, u stinka biex ma tħallix id-​dinja taʼ Satana tħammġek. Jekk tagħmel hekk, se ġġib unur lill-​wieħed li nirrappreżentaw, lil Missierna tas-​sema kollu mħabba, Ġeħova.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja