LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • kp pp. 16-19
  • Dinja Ġdida Skond il-Wegħda t’Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Dinja Ġdida Skond il-Wegħda t’Alla
  • Ibqaʼ Għassa!
  • Materjal Simili
  • Kollox Isir Ġdid—Bħalma Tbassar
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Wara Armageddon, Art Magħmula Ġenna
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Il-Ħajja f’Dinja Ġdida taʼ Paċi
    Il-Ħajja f’Dinja Ġdida taʼ Paċi
  • Ħolqien Ġdid Imwelled!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
Ara Iżjed
Ibqaʼ Għassa!
kp pp. 16-19

Dinja Ġdida Skond il-​Wegħda t’Alla

IL-​BIBBJA, il-​Kelma miktuba t’Alla, timliena bit-​tama meta tgħid: “Hemm smewwiet ġodda u art ġdida li aħna qed nistennew skond il-​wegħda tiegħu, u f’dawn tgħammar il-​ġustizzja.”​—2 Pietru 3:​13.

X’inhuma s-​“smewwiet ġodda”? Il-​Bibbja tassoċja s-​smewwiet mal-​ħakma. (Atti 7:​49) Is-​“smewwiet ġodda” huma gvern ġdid li se jaħkem mis-​sema. Jissejħu ġodda minħabba li se jieħdu post is-​sistema taʼ ħakma li hawn fil-​preżent; jissejħu hekk ukoll għax huma żvilupp ġdid hekk kif jitwettaq l-​iskop t’Alla. Huma s-​Saltna li Ġesù għallimna nitolbu għaliha. (Mattew 6:​10) Ladarba Alla huwa s-​Sors tagħha, u hu jgħammar fis-​smewwiet, din tissejjaħ “is-​saltna tas-​smewwiet.”​—Mattew 7:​21.

X’inhi l-​“art ġdida”? Din m’hijiex globu ġdid, ladarba l-​Bibbja tistqarr ċar li l-​art se tkun abitata għal dejjem. L-​“art ġdida” hija soċjetà umana ġdida. Se tkun ġdida minħabba li l-​ħżiena kollha se jkunu tqaċċtu minnha. (Proverbji 2:​21, 22) Imbagħad, dawk kollha ħajjin se jonoraw u jobdu lill-​Ħallieq u se jgħixu fi qbil mal-​ħtiġijiet tiegħu. (Salm 22:28 [22:​27, NW]) Nies mill-​ġnus kollha qed jiġu mistidnin biex jitgħallmu dawn il-​ħtiġijiet u biex iġibu ħajjithom fi qbil magħhom issa. Qed tagħmlu dan int?

Fid-dinja l-​ġdida t’Alla, kulħadd se jirrispetta l-​ħakma Tiegħu. L-​imħabba għal Alla tqanqlek biex tobdih? (1 Ġwanni 5:3) Huwa dan evidenti fid-​dar tiegħek? fuq ix-​xogħol jew fl-​iskola? fil-​mod kif qed tuża ħajtek?

F’dik id-​dinja l-​ġdida, is-​soċjetà umana se tkun magħquda fil-​qima taʼ l-​Alla veru. Int tqimu lill-​Ħallieq tas-​sema u l-​art? Il-​qima tiegħek tgħaqqdek verament maʼ l-​aduraturi sħabek minn kull ġens, razza, u lsien?​—Salm 86:​9, 10; Isaija 2:​2-4; Sofonija 3:9.

[Kaxxa f’paġna 17]

L-​Alla li Jwiegħed Dawn l-​Affarijiet

Huwa l-​Ħallieq tas-​smewwiet fiżiċi u tal-​pjaneta Art. Huwa dak il-​wieħed li Ġesù Kristu identifikah bħala “l-​uniku Alla veru.”​—Ġwanni 17:3.

Il-​maġġuranza min-​nies jaduraw allat li għamluhom huma stess. Miljuni taʼ nies imilu quddiem xbihat bla ħajja. Oħrajn jagħtu glorja lil istituzzjonijiet umani, filosofiji materjalistiċi, jew lix-​xewqat tagħhom stess. Anki dawk li jsostnu li jużaw il-​Bibbja, mhux kollha jonoraw l-​isem taʼ dak il-​wieħed li hi tidentifika bħala l-​“Alla veru.”​—Dewteronomju 4:​35, NW.

Dwaru nnifsu, il-​Ħallieq jgħid: “Jiena l-​Mulej [“Ġeħova,” NW], dan hu ismi.” (Isaija 42:​5, 8) Dan l-​isem jidher iktar minn 7,000 darba fil-​lingwi oriġinali tal-​Bibbja. Ġesù Kristu għallem lis-​segwaċi tiegħu biex jitolbu: “Missierna fis-​smewwiet, ħa jitqaddes ismek.”​—Mattew 6:9.

X’tip taʼ persuna hu l-​Alla veru? Hu jiddeskrivi lilu nnifsu bħala Alla li “jagħder u jħenn; tqil biex jagħdab u kbir fit-​tjieba u l-​fedeltà” u bħala wieħed li bl-​ebda mod ma jeħlisha lil dawk li jkun jistħoqqilhom il-​kastig għax jiksru l-​kmandamenti tiegħu minn jeddhom. (Eżodu 34:​6, 7) Il-​mod kif ittratta maʼ l-​umanità fil-​passat jikkonferma kemm hija vera din id-​deskrizzjoni.

Kemm l-​isem kif ukoll il-​persuna rappreżentata minn dak l-​isem għandhom jiġu santifikati, jew meqjusin bħala mqaddsin. Bħala l-​Ħallieq u s-​Sovran Universali, hu jistħoqqlu l-​ubbidjenza tagħna u l-​qima kollha tagħna. Int personalment tagħtihomlu dawn?

[Kaxxa/Stampa f’paġna 18]

Is-​“Smewwiet Ġodda u Art Ġdida” X’Bidliet Se Jġibu?

L-​art mibdula f’Ġenna Luqa 23:43

Soċjetà globali fejn nies minn Ġwanni 13:35;

kull ġens, razza, u lsien se Rivelazzjoni 7:9, 10

jkunu magħqudin fl-​imħabba

Paċi mad-​dinja kollha, Salm 37:10, 11;

sigurtà vera għal kulħadd Mikea 4:3, 4

Xogħol sodisfaċenti, Isaija 25:6; 65:​17, 21-23

abbundanza t’ikel

Il-​mard, in-​niket, Isaija 25:8;

u l-​mewt eliminati Rivelazzjoni 21:1, 4

Dinja magħquda fil-​qima Rivelazzjoni 15:3, 4

taʼ l-​uniku Alla veru

[Kaxxa/Stampa f’paġna 19]

Int Se Tibbenefika?

Alla ma jistax jigdeb!​—Titu 1:​2.

Ġeħova jiddikjara: “Kelmti . . . toħroġ minn fommi, u ma terġax lura vojta, imma tagħmel dak li jogħġob lili, u ttemm dak li nkun bgħattha tagħmel.”​—Isaija 55:11.

Ġeħova diġà qiegħed joħloq “smewwiet ġodda u art ġdida.” Il-​gvern tas-​sema diġà beda jaħdem. Il-​pedament għall-​“art ġdida” tpoġġa diġà.

Wara li jgħid dwar xi ftit mill-​affarijiet meraviljużi li s-​“smewwiet ġodda u art ġdida” se jġibu lill-​umanità, Rivelazzjoni jikkwota lil Alla nnifsu, is-​Sovran Universali, bħala li jgħid: “Ara! Qed nagħmel kollox ġdid.” Qalli wkoll: “Ikteb, għax dan il-​kliem hu żgur u veru.”​—Rivelazzjoni 21:​1, 5.

Il-​mistoqsija kruċjali hi, Qegħdin aħna nagħmlu l-​bidliet meħtieġa sabiex inkunu meqjusin denji li nkunu parti minn dik l-​“art ġdida” taħt “smewwiet ġodda”?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja