Għanja 38
Nuru Lealta
1. Fl-art Jehovah għandu nies li
Jġorru ismu ferħanin.
Miġburin f’kongregazzjoni
Lilu ilhom jaqdu s-snin.
Mejda t’ikel spiritwali
Jipprovdilhom Hu bil-kbir,
Waqt li huma jogħġbu Lilu
Bil-ħsieb tagħhom, b’kull aġir.
2. Lill-kongregazzjoni t’Alla
Aħna nuru lealtà,
Nagħtu tagħna l-alleanza
Anki jekk f’diffikultà.
Fedelment naqdu lill-aħwa
Biex tfixkil ma jkollhom qatt.
Jekk narawhom f’xi periklu
Minnufih nagħmlu kuntatt.
3. Lealment ngħinu lil ħutna,
Kemm jekk ġodda jew m’humiex.
Kemm fl-istudju, wkoll fil-qadi,
L-assistenza tinsihiex
U, bħal membri taʼ familja,
Qatt f’xulxin nissuspettaw,
Imma dejjem wieħed ’l ieħor
Lealment nirrispettaw.
4. F’din id-dinja tant żleali
Nuru rridu l-lealtà
Lejn kulmin lilu tixraqlu
Għax qegħdin fil-Verità.
Satana b’hekk giddieb joħroġ
U Jehovah jwettaq l-għan.
Lealtà tħabbibna Miegħu
U Lilu tagħmlu ferħan.