Young People Ask—What Will I Do With My Life? (It-2 Parti)
Fil-menu prinċipali tal-vidjow Young People Ask—What Will I Do With My Life? agħżel Interviews, imbagħad agħżel Sections. Wara li tara kull waħda mit-tliet sezzjonijiet, uża l-mistoqsijiet f’paragrafu 2 bħala reviżjoni. Imbagħad mill-menu prinċipali agħżel Supplementary Material u wara li tara kull waħda mill-ħames intervisti supplimentari, uża l-mistoqsijiet f’paragrafu 3 bħala reviżjoni.
Sections—Dedication to Vain Pursuits or to God: (1) Iż-żgħażagħ ikollhom pressjoni biex isusu wara liema miri? (2) L-1 Ġwanni 2:17 kif jistaʼ jgħin liż-żgħażagħ jiddeċiedu kemm għandhom jieħdu edukazzjoni sekulari? (3) Għala m’għandniex inħallu l-biżaʼ jżommna milli nitgħammdu? (4) X’inhuma xi affarijiet li se jgħinuna nikkwalifikaw għall-magħmudija? Learning to Enjoy Your Ministry: (5) Xi wħud għala ma jiħdux pjaċir fil-ministeru? (6) X’inhuma xi affarijiet li jistgħu jgħinuna? (7) Xi wħud xi jbeżżagħhom iktar milli jitkellmu maʼ xi stranġier, u għala? (8) Kif nistgħu negħlbu kwalunkwe biżaʼ li jkollna u rrabbu l-kuraġġ biex nitkellmu? (9) Għala hu importanti li nsiru xi ftit tas-sengħa fil-ministeru? An Open Door to Service: (10) Ix-xogħol taʼ pijunier kif joffri ħafna opportunitajiet biex wieħed javanza spiritwalment? (Flp. 3:16) (11) Xi wħud għala jżommu lura milli jieħdu sehem f’dan ix-xogħol? (12) Liema prinċipji Skritturali jgħinuna negħlbu kwalunkwe tħassib dwar il-finanzi? (13) Xi wħud x’għamlu biex imantnu lilhom infushom filwaqt li qdew bħala pijunieri? (14) X’tistaʼ tagħmel jekk iċ-ċirkustanzi ma jippermettulekx tidħol fis-servizz full-time?
Supplementary material—The Value of Personal Study: (15) Rutina tajba taʼ studju persunali għala hi importanti? Alternative Witnessing (li issa jissejjaħ għoti taʼ xhieda lill-pubbliku): (16) Kif se nżidu l-ferħ tagħna jekk nieħdu sehem f’diversi oqsma tal-ministeru? Bethel Service: (17) X’inhu ftit mill-ferħ li joffri s-servizz f’Betel? Ministerial Training School: (18) Kif ibbenefikaw dawk li attendew din l-iskola (li issa tissejjaħ l-Iskola tal-Bibbja Għal Aħwa Rġiel Mhux Miżżewġin)? Gilead Missionary Training: (19) Peter u Fiona kif ħejjew ruħhom għax-xogħol missjunarju, u kif ibbenefikaw minn Gilegħad?