LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lmd lezzjoni 2
  • Tkellem b’Mod Naturali

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tkellem b’Mod Naturali
  • L-Imħabba Tgħinek Tagħmel Dixxipli
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Dak li Għamel Filippu
  • X’Nitgħallmu minn Filippu?
  • Imita lil Filippu
  • Filippu—Evanġelista Żeluż
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Nibdew konversazzjoni sabiex nagħtu xhieda informali
    Il-Ministeru tas-Saltna—2014
  • Tkellem Fuq Affarijiet li Jinteressaw lin-Nies
    L-Imħabba Tgħinek Tagħmel Dixxipli
  • Ixandru “l-Aħbar Tajba Dwar Ġesù”
    Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
Ara Iżjed
L-Imħabba Tgħinek Tagħmel Dixxipli
lmd lezzjoni 2

IBDA KONVERSAZZJONI

Filippu jitkellem mar-raġel Etjopjan li qed jaqra minn skroll waqt li qiegħed bilqiegħda fil-karru.

Atti 8:​30, 31

LEZZJONI 2

Tkellem b’Mod Naturali

Prinċipju: “Kelma f’waqtha tagħmel ħafna ġid!”—Prov. 15:23.

Dak li Għamel Filippu

Filippu jitkellem mar-raġel Etjopjan li qed jaqra minn skroll waqt li qiegħed bilqiegħda fil-karru.

VIDJOW: Filippu Jipprietka lir-Raġel Etjopjan

1. Ara l-VIDJOW jew aqra Atti 8:​30, 31. Imbagħad aħseb sew dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

  1. Filippu kif beda l-konversazzjoni?

  2. Għala nistgħu ngħidu li Filippu beda l-konversazzjoni b’mod tajjeb u x’kien ir-riżultat?

X’Nitgħallmu minn Filippu?

2. Jekk inżommu l-konversazzjoni tagħna naturali, hemm iktar ċans li l-persuna tħossha komda u tkun lesta li tismaʼ l-messaġġ tagħna.

Imita lil Filippu

3. Innota. Tistaʼ ssir taf ħafna dwar il-persuna mill-espressjoni taʼ wiċċha u minn kif taġixxi. Il-persuna qed turik li trid titkellem? Int tistaʼ tibda titkellem dwar xi ħaġa mill-Bibbja billi ssaqsi, “Kont taf li . . . ?” Tipprovax tagħmel konversazzjoni maʼ xi ħadd li ma jridx jitkellem.

4. Kun paċenzjuż. M’għandekx għalfejn tibda titkellem dwar il-Bibbja mill-ewwel. Stenna sakemm dan ikun naturali. Xi kultant, jaf ikollok tistenna sad-darba li jmiss biex tkellem lill-persuna dwar il-Bibbja.

5. Kun lest li taddatta. Jistaʼ jkun li l-persuna tibda titkellem dwar xi ħaġa li ma tkunx qed tistenna. Għalhekk, kun lest biex titkellem mal-persuna dwar dak li jinteressaha, anki jekk dan ifisser li jkollok turiha xi ħaġa mill-Bibbja li ma kontx pjanajt.

ARA WKOLL

Ekk. 3:​1, 7; 1 Kor. 9:22; 2 Kor. 2:17; Kol. 4:6

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja