LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lmd lezzjoni 3
  • Uri Qalb Tajba

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Uri Qalb Tajba
  • L-Imħabba Tgħinek Tagħmel Dixxipli
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Dak li Għamel Ġesù
  • X’Nitgħallmu minn Ġesù?
  • Imita lil Ġesù
  • Tkellem Fuq Affarijiet li Jinteressaw lin-Nies
    L-Imħabba Tgħinek Tagħmel Dixxipli
  • Ħalli “l-​Liġi tal-​Qalb Tajba bl-​Imħabba” Timmotivak
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Nistinkaw Biex Nuru Qalb Tajba f’Dinja Ostili
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Ogħġob lil Jehovah Billi Tkun Qalbek Tajba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
Ara Iżjed
L-Imħabba Tgħinek Tagħmel Dixxipli
lmd lezzjoni 3

IBDA KONVERSAZZJONI

Ġesù jersaq lejn raġel nieqes mid-dawl u b’qalb tajba jfejqu.

Ġw. 9:​1-7

LEZZJONI 3

Uri Qalb Tajba

Prinċipju: “L-imħabba . . . qalbha tajba.”—1 Kor. 13:4.

Dak li Għamel Ġesù

Ġesù jersaq lejn raġel nieqes mid-dawl u b’qalb tajba jfejqu.

VIDJOW: Ġesù Jfejjaq Raġel Nieqes mid-Dawl

1. Ara l-VIDJOW jew aqra Ġwanni 9:​1-7. Imbagħad aħseb sew dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

  1. Ġesù x’għamel l-ewwel—fejjaq lir-raġel nieqes mid-dawl jew tkellem miegħu dwar l-aħbar tajba?—Ara Ġwanni 9:​35-38.

  2. Għala taħseb li r-raġel kien lest li jismaʼ lil Ġesù?

X’Nitgħallmu minn Ġesù?

2. Persuna x’aktarx se tismaʼ iktar dak li ngħidulha jekk tħoss li aħna jimpurtana minnha.

Imita lil Ġesù

3. Ipprova ifhem lill-persuna. Ipprova aħseb kif qed tħossha.

  1. Staqsi lilek innifsek: ‘Fuq xiex jistaʼ jkun li qed tinkwieta? X’jistaʼ jinteressaha jew jgħinha?’ Dan se jgħinek biex b’mod sinċier turi qalb tajba.

  2. Ismaʼ sew. Jekk tagħmel hekk, se turiha li jimpurtak minnha. Jekk il-persuna tgħidlek kif tħossha dwar xi ħaġa jew issemmi problema li tkun għaddejja minnha, iddawwarx is-suġġett.

4. Tkellem b’qalb tajba u b’rispett. Kif titkellem se juri lill-persuna li inti qed tħoss għaliha u li vera tixtieq tgħinha. Oqgħod attent x’tgħid u kif tgħidu, u evita kliem li jistaʼ jweġġaʼ.

5. Kun t’għajnuna. Ara x’tistaʼ tagħmel biex tgħin lill-persuna b’modi prattiċi. Meta nkunu qalbna tajba, x’aktarx il-persuna se tkun lesta li titkellem magħna.

ARA WKOLL

Rum. 12:​15, 16; Gal. 6:10; Ebr. 13:16

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja