LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/09 p. 4
  • Kaxxa għall-Mistoqsija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kaxxa għall-Mistoqsija
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2009
  • Materjal Simili
  • X’Inhi l-Watch Tower Bible and Tract Society?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • Kif il-Ġemgħa li Tiggverna hi Differenti minn Korporazzjoni Legali
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Avviż Specjali
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Arranġamenti għal postijiet taʼ qima
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2009
km 4/09 p. 4

Kaxxa għall-​Mistoqsija

◼ Huwa xieraq li kongregazzjonijiet jew individwi jużaw logos taʼ korporazzjonijiet legali li jintużaw mix-​Xhieda taʼ Ġeħova?

Logo huwa isem, simbolu, jew marka taʼ kumpanija li tkun disinjata biex tingħaraf faċilment mingħajr problemi. Il-​logo tal-​Watch Tower jirrappreżenta l-​Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania u korporazzjonijiet oħrajn użati mill-​organizzazzjoni. L-​International Bible Students Association (Malta) tuża Bibbja miftuħa fl-​ittri tagħha. Korporazzjonijiet oħrajn użati mix-​Xhieda taʼ Ġeħova għandhom logos differenti.

Kongregazzjonijiet jew individwi m’għandhomx jużaw logos jew ismijiet taʼ l-​entitajiet legali taʼ l-​organizzazzjoni, jew logos jew ismijiet simili ħafna, fis-​Swali tas-​Saltna, it-​tabelli, l-​ittri, jew l-​oġġetti persunali tagħhom, u affarijiet bħal dawn. Użu bħal dan tal-​logos taʼ l-​organizzazzjoni jistaʼ jikkonfondi lill-​uffiċjali pubbliċi, lill-​pubblikaturi, u lil oħrajn dwar il-​konnessjoni legali tal-​kongregazzjoni maʼ l-​entitajiet legali taʼ l-​organizzazzjoni. B’mod simili, korrispondenza bil-​miktub tistaʼ tiġi interpretata ħażin bħala li hi approvata jew mibgħuta mill-​kwartieri ġenerali jew mill-​uffiċċju tal-​fergħa jew tal-​lokal.

Il-logo tal-​Watch Tower, jew varjazzjonijiet tiegħu, m’għandux jintuża fi proġetti futuri tas-​Swali tas-​Saltna anki jekk is-​Sala tas-​Saltna tkun tappartjeni lil entità tal-​Watch Tower. M’huwiex meħtieġ mill-​kongregazzjonijiet li diġà għandhom Sala tas-​Saltna bil-​logo li jagħmlu bidliet immedjati fit-​tabelli jew id-​disinji, ladarba bidliet bħal dawn għandhom mnejn jinvolvu bidliet kbar u ħafna ħin, sforz, u spejjeż. Però, il-​bidla għandha tiġi kunsidrata biex issir jekk din tkun żgħira u ma teħtieġx ħafna xogħol. Inkella tistaʼ ssir jekk il-​bini jew it-​tabelli jkunu se jiġu rinnovati.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja