Luqa
1 Ħafna kienu dawk li ħadu f’idejhom il-ġbir u l-irrapportar tal-fatti+ li huma aċċettati bis-sħiħ fostna, 2 bħalma għaddewhomlna dawk li mill-bidu+ raw b’għajnejhom stess+ u li saru qaddejja tal-messaġġ.+ 3 Jien ukoll, peress li fittixt kollox mill-bidu b’eżattezza, iddeċidejt li niktibhomlok b’ordni loġiku,+ wisq eċċellenti+ Teofilu,+ 4 sabiex int tkun taf bis-sħiħ iċ-ċertezza taʼ l-affarijiet li ġejt mgħallem bil-fomm.+
5 Fi żmien Erodi,*+ sultan tal-Lhudija, kien hemm qassis jismu Żakkarija mit-taqsima t’Abija,+ u kellu mara mill-bniet t’Aron,+ u kien jisimha Eliżabetta. 6 It-tnejn kienu nies sewwa+ quddiem Alla għax kienu jimxu bla ħtija+ fi qbil mal-kmandamenti+ u l-liġijiet+ kollha taʼ Ġeħova.+ 7 Imma ma kellhomx tfal, għax Eliżabetta ma setax ikollha,+ u t-tnejn li huma kienu mdaħħlin sew fiż-żmien.
8 Issa, waqt li kien qed jaqdi quddiem Alla bħala qassis fl-inkarigu tat-taqsima tiegħu,+ 9 skond id-drawwa solenni tal-kariga saċerdotali kien imiss lilu joffri l-inċens+ meta daħal fis-santwarju taʼ Ġeħova;+ 10 u l-kotra kollha tan-nies kienet qed titlob barra waqt li kien qed jiġi offrut l-inċens.+ 11 U deherlu l-anġlu taʼ Ġeħova wieqaf fuq il-lemin taʼ l-artal taʼ l-inċens.+ 12 Żakkarija tħawwad meta rah, u waqaʼ biżaʼ kbir fuqu.+ 13 Madankollu, l-anġlu qallu: “Tibżax, Żakkarija, għax it-talb bil-ħerqa tiegħek intlaqaʼ,+ u martek Eliżabetta se ssir omm u tilidlek iben, u int issemmih Ġwanni.+ 14 U jkollok ferħ u hena kbir, u ħafna jifirħu+ bit-twelid tiegħu; 15 għax hu jkun kbir quddiem Ġeħova.+ Imma m’għandu jixrob ebda nbid u xorb qawwi,+ u jkun mimli bl-ispirtu qaddis sa minn ġuf ommu;+ 16 u jdawwar lura lil ħafna minn ulied Israel lejn Ġeħova+ Alla tagħhom. 17 Ukoll, imur qablu bl-ispirtu u l-qawwa t’Elija,+ biex idawwar lura l-qlub+ tal-missirijiet lejn uliedhom u lid-diżubbidjenti lejn l-għaqal* tan-nies sewwa, biex ilesti poplu mħejji+ għal Ġeħova.”+
18 U Żakkarija qal lill-anġlu: “Kif se nkun ċert minn dan? Għax jien xiħ+ u marti mdaħħla sew fiż-żmien.” 19 L-anġlu wieġeb u qallu: “Jien Gabrijel+ li nkun wieqaf quddiem Alla, u ntbgħatt biex inkellmek+ u nxandarlek l-aħbar tajba taʼ dawn l-affarijiet. 20 Imma ara! Int timmuta+ u ma tkunx tistaʼ titkellem sa dakinhar li jseħħu dawn l-affarijiet, għax m’emmintx kliemi, li jitwettaq fiż-żmien stabbilit tiegħu.” 21 Sadanittant, in-nies baqgħu jistennew lil Żakkarija+ u bdew jiskantaw bid-dewmien tiegħu fis-santwarju. 22 Imma meta ħareġ ma setax ikellimhom, u indunaw li kien għadu kif ra dehra sopranaturali+ fis-santwarju; u beda jagħmlilhom is-sinjali, imma baqaʼ mutu. 23 Imbagħad, meta għaddew+ il-jiem tas-servizz pubbliku tiegħu, telaq lejn daru.
24 Imma wara dawn il-jiem martu Eliżabetta ħarġet tqila;+ u nħbiet min-nies għal ħames xhur, u qalet: 25 “Hekk mexa miegħi Ġeħova f’dawn il-jiem meta tefaʼ fuqi l-attenzjoni tiegħu biex ineħħili l-għajb minn fost il-bnedmin.”+
26 Meta kellha sitt xhur tqala, l-anġlu Gabrijel+ intbagħat minn Alla f’belt tal-Galilija jisimha Nazaret, 27 għand verġni mwiegħda fiż-żwieġ lil raġel li kien jismu Ġużeppi mid-dar taʼ David; u l-verġni+ kien jisimha Marija.+ 28 U meta daħal quddiemha qalilha: “Is-sliem għalik,+ int li ġejt favorita bil-kbir, Ġeħova+ miegħek.”+ 29 Imma hi tħawdet ħafna b’dan il-kliem u bdiet taħseb x’setgħet tfisser din it-tislima. 30 Għalhekk, l-anġlu qalilha: “Tibżax, Marija, għax int ġejt approvata+ minn Alla; 31 u, ara! Int tnissel f’ġufek u tiled iben,+ u ssemmih Ġesù.+ 32 Dan ikun kbir+ u jissejjaħ Bin l-Iktar Għoli;+ u Alla Ġeħova jagħtih it-tron+ taʼ David missieru,+ 33 u jsaltan fuq dar Ġakobb għal dejjem, u ma jkunx hemm tmiem għal saltnatu.”+
34 Imma Marija qalet lill-anġlu: “Kif jistaʼ jkun dan, ladarba mhux qed ikolli x’naqsam+ maʼ raġel?” 35 L-anġlu wieġeb u qalilha: “L-ispirtu qaddis+ jiġi fuqek, u l-qawwa mingħand l-Iktar Għoli tgħattik bid-dell tagħha. Għal din ir-raġuni wkoll dak li jitwieled jissejjaħ qaddis,+ Bin Alla.+ 36 U, ara! Il-qariba tiegħek Eliżabetta wkoll nisslet iben, fi xjuħitha, u dan hu s-sitt xahar tat-tqala tagħha, dik li għaliha kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal;+ 37 għax għal Alla l-ebda ħaġa li jgħid m’hi impossibbli.”+ 38 Imbagħad Marija qalet: “Ara! L-ilsira+ taʼ Ġeħova! Ħa jsir minni skond dak li għedt.” Imbagħad l-anġlu telaq minn ħdejha.
39 Għalhekk, f’dawn il-jiem Marija qamet u marret bl-għaġla fir-reġjun muntanjuż, f’belt taʼ Ġuda, 40 u daħlet id-dar taʼ Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. 41 Malli Eliżabetta semgħet it-tislima taʼ Marija, it-tarbija f’ġufha qabżet; u Eliżabetta mtliet bl-ispirtu qaddis, 42 u għajtet b’leħen għoli u qaltilha: “Imbierka int fost in-nisa, u mbierek+ il-frott taʼ ġufek! 43 U kif għandi dan il-privileġġ, li tiġi għandi omm il-Mulej tiegħi?+ 44 Għax, ara! Malli wasal f’widnejja l-ħoss tat-tislima tiegħek, it-tarbija f’ġufi qabżet b’hena kbir.+ 45 Hienja wkoll dik li emmnet, għax se jitwettaq għalkollox+ dak li ntqalilha mingħand Ġeħova.”+
46 U Marija qalet: “Ruħi tfaħħar bil-kbir lil Ġeħova,+ 47 u l-ispirtu tiegħi ma jistax ma jithenniex+ b’Alla s-Salvatur tiegħi;+ 48 għax hu ħares lejn l-istat umli taʼ l-ilsira tiegħu.+ Għax, ara! Minn issa ’l quddiem il-ġenerazzjonijiet kollha jgħiduli hienja;+ 49 għax l-Alla l-Qawwi għamel miegħi għemejjel kbar, u ismu hu qaddis;+ 50 u minn ġenerazzjonijiet għal ġenerazzjonijiet juri l-ħniena tiegħu maʼ dawk li jibżgħu minnu.+ 51 Hu wera s-setgħa taʼ driegħu,+ xerred barra l-pajjiż lil dawk li huma suppervi fl-intenzjoni taʼ qlubhom.+ 52 Niżżel lil nies taʼ poter+ minn fuq it-tron u eżalta lil dawk taʼ pożizzjoni baxxa;+ 53 xebbaʼ għalkollox bil-ġid lill-imġewħin+ u bagħat lill-għonja b’idhom vojta.+ 54 Għen lil Israel il-qaddej tiegħu,+ biex ifakkar il-ħniena,+ 55 bħalma qal lil missirijietna, lil Abraham u lil nislu, għal dejjem.”+ 56 U Marija baqgħet magħha madwar tliet xhur, imbagħad reġgħet lura lejn darha.
57 Issa Eliżabetta waslilha ż-żmien biex teħles, u wildet iben. 58 U l-ġirien u qrabatha semgħu li Ġeħova kien wera ħniena kbira magħha+ u bdew jifirħu magħha.+ 59 U fit-tmien jum ġew biex lit-tifel jagħmlulu ċ-ċirkonċiżjoni,+ u kienu se jagħtuh isem missieru, Żakkarija. 60 Imma ommu wieġbet u qalet: “Le! Ismu jkun Ġwanni.” 61 Għal dan, qalulha: “M’hemm ħadd fost qrabatek li għandu dan l-isem.” 62 Imbagħad bdew jistaqsu bis-sinjali lil missieru x’ried isemmih. 63 U talabhom fuqiex jikteb u kiteb: “Ismu hu Ġwanni.”+ Għal dan, ilkoll stagħġbu. 64 Minnufih infetaħ fommu+ u nħall ilsienu u beda jitkellem u jbierek lil Alla. 65 U waqaʼ biżaʼ fuq kulmin kien jgħix fl-inħawi tagħhom; u mar-reġjun muntanjuż kollu tal-Lhudija bdew jitkellmu fuq dan kollu, 66 u kulmin semaʼ daħħal dan f’qalbu+ u beda jgħid: “X’għad ikun tassew dan it-tifel?” Għax id+ Ġeħova kienet tabilħaqq miegħu.
67 U missieru Żakkarija, mimli bl-ispirtu qaddis,+ ipprofetizza+ u qal: 68 “Ikun imbierek Ġeħova, l-Alla taʼ Israel,+ għax dawwar l-attenzjoni tiegħu lejn il-poplu tiegħu+ u ħelsu.+ 69 U qajmilna qarn*+ taʼ salvazzjoni f’dar David il-qaddej tiegħu, 70 bħalma tkellem, permezz taʼ fomm il-profeti mqaddsa tiegħu sa mill-qedem,+ 71 dwar salvazzjoni mill-għedewwa tagħna u minn id dawk kollha li jobogħduna;+ 72 biex juri ħniena maʼ missirijietna u jfakkar il-patt qaddis tiegħu,+ 73 il-ħalfa li ħalef lil missierna Abraham,+ 74 biex jagħtina, wara li nkunu ġejna meħlusin minn idejn l-għedewwa,+ il-privileġġ li bla biżaʼ nagħtuh servizz sagru+ 75 bil-lealtà u s-sewwa quddiemu l-jiem kollha tagħna.+ 76 Imma int, ċkejken, tissejjaħ profeta taʼ l-Iktar Għoli, għax tmur quddiem Ġeħova minn qabel biex tlesti t-toroq tiegħu,+ 77 biex tgħarraf lill-poplu tiegħu dwar is-salvazzjoni permezz tal-maħfra taʼ dnubiethom,+ 78 minħabba l-mogħdrija tenera t’Alla tagħna. B’din il-mogħdrija se jżurna żerniq+ mill-għoli,+ 79 biex jagħti d-dawl lil dawk li qegħdin fid-dlam u f’dell il-mewt,+ biex imexxi lil saqajna b’suċċess fil-mogħdija tal-paċi.”
80 U t-tifel kompla jikber+ u jissaħħaħ fl-ispirtu, u baqaʼ fid-deżert sa dakinhar li wera lilu nnifsu pubblikament lil Israel.