Ġwanni
2 Issa, fit-tielet jum, kien hemm festa tat-tieġ f’Kana+ tal-Galilija, u omm+ Ġesù kienet hemmhekk. 2 Ġesù u d-dixxipli tiegħu wkoll kienu mistidnin għall-festa tat-tieġ.
3 Meta naqashom l-inbid, omm+ Ġesù qaltlu: “M’għandhomx inbid.” 4 Imma Ġesù qalilha: “X’għandi x’naqsam miegħek,* mara?+ Is-siegħa tiegħi għadha ma waslitx.”+ 5 Ommu qalet lil dawk li kienu qed iservu: “Agħmlu kulma jgħidilkom.”+ 6 Issa kien hemm sitt ġarar tal-ġebel għall-ilma, imqegħdin hemmhekk kif kien mitlub mir-regoli tal-purifikazzjoni+ tal-Lhud. Kull waħda minnhom kienet tesaʼ żewġ jew tliet metreti.* 7 Qalilhom Ġesù: “Imlew il-ġarar bl-ilma.” U huma mlewhom sax-xifer. 8 Imbagħad qalilhom: “Issa ħudu ftit minnu u agħtuh lill-kap tal-festa.” U hekk għamlu. 9 Issa, meta l-kap tal-festa daq l-ilma mibdul fi nbid,+ peress li ma kienx jaf minfejn ġie, għalkemm dawk li kienu qed iservu u li kienu ħadulu l-ilma kienu jafu, il-kap tal-festa sejjaħ lill-għarus 10 u qallu: “Kulħadd joħroġ l-ewwel l-aħjar inbid,+ u meta n-nies ikunu xurbana, imbagħad joħroġ l-inferjuri. Int żammejt l-aħjar inbid s’issa.” 11 Ġesù għamel dan f’Kana tal-Galilija bħala l-bidu tas-sinjali tiegħu, u wera l-glorja+ tiegħu; u d-dixxipli tiegħu poġġew il-fidi tagħhom fih.
12 Wara dan, niżel Kafarnahum+ m’ommu u ħutu+ u d-dixxipli tiegħu, imma ma qagħdux hemmhekk ħafna jiem.
13 Issa l-festa tal-Qbiż+ tal-Lhud kienet qrib, u Ġesù telaʼ Ġerusalemm.+ 14 U fit-tempju sab nies ibigħu l-baqar u n-nagħaġ u l-ħamiem+ u oħrajn bil-qiegħda jsarrfu l-flus. 15 Għalhekk, għamel frosta tal-ħbula u keċċa mit-tempju lil kulmin kellu n-nagħaġ u l-baqar, u xerred il-muniti tas-sarrafa tal-flus u qalbilhom l-imwejjed.+ 16 U qal lil dawk li kienu qed ibigħu l-ħamiem: “Neħħu dawn minn hawn! Tibqgħux tagħmlu dar+ Missieri dar tal-merkanzija!”+ 17 Id-dixxipli tiegħu ftakru li hu miktub: “Iż-żelu għal darek jikolni.”+
18 Imbagħad għal dan, il-Lhud qalulu: “X’sinjal+ għandek x’turina, ladarba qed tagħmel dan?” 19 Ġesù wieġeb u qalilhom: “Ġarrfu dan it-tempju+ u fi tlett ijiem intellgħu.” 20 Għalhekk, il-Lhud qalulu: “Dan it-tempju nbena f’sitta u erbgħin sena, u int se ttellgħu fi tlett ijiem?” 21 Imma hu kien qed jitkellem dwar it-tempju+ taʼ ġismu. 22 Iżda, meta ġie mqajjem mill-imwiet, id-dixxipli tiegħu ftakru+ li hu kien jgħidu dan; u emmnu l-Iskrittura u l-kliem li qal Ġesù.
23 Madankollu, meta kien f’Ġerusalemm għall-festa+ tal-Qbiż, ħafna nies poġġew il-fidi tagħhom f’ismu,+ għax raw is-sinjali li kien qed jagħmel.+ 24 Imma min-naħa tiegħu, Ġesù ma kienx qed jafda+ ruħu f’idejhom għax kien jafhom ilkoll 25 u għax ma kellux bżonn min jixhidlu dwar il-bniedem, għax hu stess kien jaf x’hemm fil-bniedem.+