Ġwanni
3 Issa kien hemm raġel mill-Fariżej, jismu Nikodemu,+ li kien wieħed mill-ħakkiema tal-Lhud. 2 Dan ġie għandu bil-lejl+ u qallu: “Rabbi+ aħna nafu li int bħala għalliem+ ġejt mingħand Alla;+ għax ħadd ma jistaʼ jwettaq dawn is-sinjali+ li qed twettaq int jekk Alla ma jkunx miegħu.”+ 3 Ġesù wieġeb u qallu:+ “Tassew, tassew, ngħidlek, Jekk wieħed ma jitwilidx mill-ġdid,+ ma jistax jara s-saltna t’Alla.”+ 4 Qallu Nikodemu: “Kif jistaʼ bniedem jitwieled meta jkun xiħ? Ma jistax jidħol f’ġuf ommu t-tieni darba u jitwieled, hux hekk?” 5 Wieġbu Ġesù: “Tassew, tassew, ngħidlek, Jekk wieħed ma jitwilidx mill-ilma+ u mill-ispirtu,+ ma jistax jidħol fis-saltna t’Alla. 6 Dak li twieled mil-laħam hu laħam, u dak li twieled mill-ispirtu hu spirtu.+ 7 Tistagħġibx għax għedtlek, Tridu titwieldu mill-ġdid.+ 8 Ir-riħ+ jonfoħ fejn irid, u int tismaʼ l-ħoss tiegħu, imma ma tafx mnejn jiġi u fejn sejjer. Hekk ukoll kulmin twieled mill-ispirtu.”+
9 Nikodemu wieġeb u qallu: “Kif jistaʼ jkun dan?” 10 Ġesù wieġeb u qallu: “Int għalliem taʼ Israel u ma tafux dan?+ 11 Tassew, tassew, ngħidlek, Nitkellmu dwar dak li nafu u nixhdu+ dwar dak li rajna, imma intom ma tilqgħuhiex ix-xiehda li nagħtu.+ 12 Jekk kellimtkom dwar affarijiet taʼ l-art u xorta ma temmnux, kif se temmnu jekk inkellimkom dwar affarijiet tas-sema?+ 13 Iktar minn hekk, ebda bniedem ma telaʼ fis-sema+ ħlief dak li niżel mis-sema,+ Bin il-bniedem.+ 14 U bħalma Mosè għolla s-serp+ fix-xagħri, hekk jeħtieġ jitgħolla Bin il-bniedem,+ 15 biex kulmin jemmen fih ikollu l-ħajja taʼ dejjem.+
16 “Għax Alla tant ħabb+ lid-dinja li ta l-Iben uniġenitu tiegħu,+ biex kulmin jeżerċita l-fidi+ fih ma jinqeridx+ imma jkollu l-ħajja taʼ dejjem.+ 17 Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jiġġudika+ d-dinja, imma biex id-dinja tiġi salvata+ permezz tiegħu. 18 Min jeżerċita l-fidi fih ma jiġix ġudikat.+ Min ma jeżerċitax il-fidi diġà ġie ġudikat, għax m’eżerċitax il-fidi f’isem l-Iben uniġenitu t’Alla.+ 19 Issa fuq dan hu bbażat il-ġudizzju, li d-dawl+ ġie fid-dinja+ imma l-bnedmin ħabbew id-dlam minflok id-dawl,+ għax l-għemejjel tagħhom kienu mill-agħar. 20 Għax min jipprattika affarijiet vili+ jobgħod id-dawl u ma jiġix għad-dawl, sabiex l-għemejjel tiegħu ma jinkixfux.+ 21 Imma min jagħmel dak li hu veru jiġi għad-dawl,+ sabiex l-għemejjel tiegħu jidhru li saru fi qbil mar-rieda t’Alla.”
22 Wara dan, Ġesù u d-dixxipli tiegħu marru fl-art tal-Lhudija, u hemmhekk qattaʼ xi żmien magħhom u kien jgħammed.+ 23 Imma Ġwanni+ wkoll kien qed jgħammed f’Għajnun qrib Salim, għax kien hemm kwantità kbira taʼ ilma+ hemmhekk, u n-nies baqgħu jiġu biex jitgħammdu;+ 24 għax Ġwanni kien għadu ma ntefax il-ħabs.+
25 Għalhekk, qamet kwistjoni min-naħa tad-dixxipli taʼ Ġwanni maʼ wieħed Lhudi dwar il-purifikazzjoni.+ 26 U ġew għand Ġwanni u qalulu: “Rabbi, ir-raġel li kien miegħek in-naħa l-oħra tal-Ġordan, li int xhedt dwaru,+ ara, dan qed jgħammed u kulħadd sejjer għandu.”+ 27 Ġwanni wieġeb u qal: “Wieħed ma jistaʼ jirċievi xejn jekk ma jingħatalux mis-sema.+ 28 Intom stess tixhduli li għedt, M’iniex il-Kristu,+ imma ntbgħatt qablu.+ 29 Dak li għandu l-għarusa hu l-għarus.+ Madankollu, meta l-ħabib taʼ l-għarus jieqaf u jisimgħu, jifraħ ħafna minħabba leħen l-għarus. Għalhekk, dan il-ferħ tiegħi ntgħamel sħiħ.+ 30 Jeħtieġ li dak jibqaʼ jikber, imma jien nibqaʼ niċkien.”
31 Dak li jiġi minn fuq hu fuq l-oħrajn kollha.+ Dak li hu mill-art hu mill-art u jitkellem dwar affarijiet taʼ l-art.+ Dak li jiġi mis-sema hu fuq l-oħrajn kollha.+ 32 Hu jixhed dwar dak li ra u semaʼ,+ imma l-ebda bniedem ma qed jaċċetta x-xiehda tiegħu.+ 33 Min aċċetta x-xiehda tiegħu ttimbra b’siġill il-fatt li Alla hu veru.+ 34 Għax dak li ntbagħat minn Alla jgħid il-kliem t’Alla,+ għax hu ma jagħtix l-ispirtu bil-qjies.+ 35 Il-Missier iħobb+ lill-Iben u tah kollox f’idejh.+ 36 Min jeżerċita l-fidi+ fl-Iben għandu l-ħajja taʼ dejjem;+ min ma jobdix lill-Iben ma jarax il-ħajja,+ imma l-korla t’Alla tibqaʼ fuqu.+