Lhud
12 Għalhekk, mela, peress li aħna mdawrin bi sħaba hekk kbira taʼ xhieda,+ ħa nneħħu aħna wkoll kull piż+ u dak id-dnub li faċilment ifixkilna,+ u ħa niġru bis-sabar+ it-tiġrija+ li tqiegħdet quddiemna,+ 2 waqt li nħarsu fiss lejn Ġesù, l-Aġent Ewlieni+ u Dak li jipperfezzjona l-fidi tagħna.+ Għall-ferħ li tqiegħed quddiemu ssaporta+ z-zokk tat-tortura, u ma qiesx l-għajb, u qagħad bil-qiegħda fuq il-lemin tat-tron t’Alla.+ 3 Tabilħaqq, irriflettu sew dwar dak li ssaporta l-kliem ostili+ minn dawk li jidinbu kontra l-interessi tagħhom stess, biex ma tegħjewx u ċċedu f’ruħkom.+
4 Fit-taqbida tagħkom kontra dak id-dnub għadkom qatt ma rreżistejtu sad-demm,+ 5 imma nsejtu għalkollox it-twiddib li hu indirizzat lilkom bħala wlied:+ “Ibni, iċċekkinx id-dixxiplina mingħand Ġeħova, u taqtax qalbek meta jikkoreġik;+ 6 għax Ġeħova jiddixxiplina lil min iħobb; fil-fatt, isawwat lil kulmin jilqaʼ bħala ibnu.”+
7 Qed tissaportu minħabba d-dixxiplina.+ Alla qed jittrattakom taʼ wlied.+ Għax liema iben ma jiġix dixxiplinat minn missieru?+ 8 Imma jekk ma tiħdux id-dixxiplina li kulħadd jieħu minnha, intom fil-fatt tkunu tfal illeġittimi,+ u mhux ulied. 9 Iktar minn hekk, kellna missirijiet li kienu tal-laħam bħalna biex jiddixxiplinawna,+ u konna nirrispettawhom. M’għandniex għalhekk iktar u iktar nissottomettu ruħna lejn il-Missier tal-ħajja spiritwali tagħna u ngħixu?+ 10 Għax għal ftit żmien huma kienu jiddixxiplinawna kif kien jidhrilhom li hu tajjeb,+ imma hu jiddixxiplinana għall-ġid tagħna biex ikollna sehem mill-qdusija tiegħu.+ 11 Veru, fil-preżent ebda dixxiplina ma tidher li hi taʼ ferħ, imma taʼ niket;+ iżda wara, lil dawk li jkunu tħarrġu biha tagħtihom frott li jġib il-paċi,+ jiġifieri, is-sewwa.+
12 Għaldaqstant iddrittaw l-idejn merħijin+ u l-irkopptejn dgħajfin,+ 13 u ibqgħu ddrittaw il-mogħdijiet għal saqajkom,+ biex il-partijiet dgħajfin ma jinqalgħux mill-ġogi, imma minflok, jitfejqu.+ 14 Fittxu li tkunu fil-paċi man-nies kollha,+ u li jkollkom il-qdusija+ li mingħajrha ebda bniedem ma jara lill-Mulej;+ 15 oqogħdu attenti li ħadd ma jiġi mċaħħad mill-qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla;+ li ebda għerq velenuż+ ma jinbet u joħloq l-inkwiet u ħafna jitniġġsu bih;+ 16 li ma jkun hemm ebda żieni jew xi ħadd li ma japprezzax l-affarijiet sagri, bħal Għesaw,+ li għal ikla waħda partat id-drittijiet tiegħu bħala l-ewwel imwieled.+ 17 Għax tafu li anki meta mbagħad ried jiret il-barka+ ġie miċħud,+ u għalkemm fittex bidla fid-deċiżjoni bil-ħeġġa u bid-dmugħ,+ ma sabhiex.+
18 Għax m’ersaqtux lejn muntanja li tistaʼ tinħass+ u li ġiet imqabbda bin-nar,+ u lejn sħaba sewda u dalma ħoxna u tempesta,+ 19 u lejn il-ħoss taʼ trumbetta+ u l-leħen jitkellem;+ li malli semgħuh in-nies talbu bil-ħniena biex ebda kelma oħra ma tintqalilhom.+ 20 Għax ma felħux għall-kmand: “U jekk xi bhima tmiss il-muntanja, trid tiġi mħaġġra.”+ 21 Ukoll, ix-xena tant kienet tal-biżaʼ li Mosè qal: “Jien beżgħan u qed nirtogħod.”+ 22 Imma rsaqtu lejn il-Muntanja Sijon+ u l-belt+ taʼ l-Alla l-ħaj, Ġerusalemm tas-sema,+ u lejn mirjadi* t’anġli+ 23 miġburin f’assemblea ġenerali,+ u lejn il-kongregazzjoni taʼ l-ewwel imweldin+ li ġew miktubin+ fis-smewwiet, u lejn Alla, l-Imħallef taʼ kulħadd,+ u lejn il-ħajjiet spiritwali+ tal-ġusti li ntgħamlu perfetti,+ 24 u lejn Ġesù, il-medjatur+ taʼ patt ġdid,+ u lejn id-demm tat-traxxix,+ li jitkellem aħjar minn demm Abel.+
25 Araw li ma ġġibux skużi quddiem dak li qed jitkellem.+ Għax jekk ma ħelsuhiex dawk li ġabu l-iskużi quddiem dak li kien qed jagħti twissija divina fuq l-art,+ kemm iktar ma neħilsuhiex aħna jekk nagħtu daharna lil dak li jitkellem mis-smewwiet.+ 26 Dak iż-żmien leħnu heżżeż l-art,+ imma issa wiegħed u qal: “Għal darb’oħra nheżżeż mhux biss l-art imma wkoll is-sema.”+ 27 Issa l-espressjoni “Għal darb’oħra” tindika t-tneħħija taʼ l-affarijiet li qed jitheżżu, jiġifieri, l-affarijiet li ntgħamlu,+ sabiex jibqgħu l-affarijiet li mhux qed jitheżżu.+ 28 Għalhekk, ladarba se nirċievu saltna li ma tistax titheżżeż,+ ħa nkomplu ngawdu l-qalb tajba mhix mistħoqqa, li permezz tagħha nistgħu nagħtu servizz sagru lil Alla b’mod aċċettabbli, bil-biżaʼ t’Alla u b’rispett profond.+ 29 Għax Alla tagħna hu wkoll nar li jeqred.+