1 Pietru
3 Bl-istess mod,+ intom in-nisa, kunu sottomessi+ lejn żwieġkom, sabiex, jekk xi wħud ma jkunux ubbidjenti+ lejn il-kelma, dawn jintrebħu+ mingħajr ebda kelma permezz tal-kondotta tan-nisa tagħhom,+ 2 għax ikunu raw b’għajnejhom stess il-kondotta safja tagħkom+ flimkien mar-rispett profond. 3 U tħallux it-tiżjin tagħkom ikun dak minn barra, l-immaljar tax-xagħar+ u l-ilbis t’ornamenti tad-deheb+ jew taʼ ħwejjeġ, 4 imma ħa jkun dak tal-persuna minn ġewwa,+ fil-qalb, imżejna bi spirtu+ kwiet u ġwejjed li ma jitħassarx+ u li hu taʼ valur kbir f’għajnejn Alla. 5 Għax hekk ukoll qabel kienu jiżżejnu n-nisa qaddisa li kienu jittamaw f’Alla, billi jissottomettu ruħhom lejn żwieġhom, 6 bħalma Sara kienet tobdi lil Abraham u ssejjaħlu “sidi.”+ U intom sirtu wliedha, dment li tibqgħu tagħmlu t-tajjeb u ma tibżgħu minn ebda twerwir.+
7 Bl-istess mod,+ intom l-irġiel miżżewġin komplu għammru man-nisa tagħkom skond l-għarfien,+ billi tonoraw+ lill-mara bħala reċipjent iktar dgħajjef, ladarba intom ukoll werrieta+ magħhom taʼ l-għotja mhix mistħoqqa tal-ħajja, sabiex ma jkunx hemm tfixkil għat-talb tagħkom.+
8 Fl-aħħarnett, intom ilkoll kunu fehma waħda,+ billi tħossu għal xulxin, turu affezzjoni lejn l-aħwa, tagħdru b’tenerezza,+ tkunu umli,+ 9 u tpattux ħsara bi ħsara+ jew tgħajjir b’tgħajjir,+ imma, għall-kuntrarju, bierku,+ għax għal dan kontu msejħin, sabiex tkunu tistgħu tirtu barka.
10 Għax, “min iħobb il-ħajja u jrid jara jiem tajbin,+ ħa jrażżan ilsienu+ mill-ħażen u xofftejh milli jitkellmu l-qerq,+ 11 u ħa jitbiegħed mill-ħażen+ u jagħmel it-tajjeb; ħa jfittex il-paċi u jiġri warajha.+ 12 Għax għajnejn+ Ġeħova huma fuq in-nies sewwa, u widnejh miftuħin għat-talb bil-ħerqa tagħhom;+ imma Ġeħova jdawwar wiċċu lil hinn minn dawk li qed jagħmlu l-ħażen.”+
13 Tabilħaqq, min jistaʼ jagħmlilkom il-ħsara jekk tkunu żelużi għat-tajjeb?+ 14 Imma anki jekk ikollkom issofru minħabba s-sewwa, tkunu henjin.+ Madankollu, tibżgħux minn dak li jibżgħu minnu huma,+ u tinkwetawx.+ 15 Iżda qaddsu lill-Kristu bħala Mulej fi qlubkom,+ u kunu dejjem lesti li tiddefendu ruħkom+ quddiem kulmin ikun irid raġuni għat-tama li għandkom, imma dan agħmluh bil-ħlewwa+ u b’rispett profond.
16 Żommu kuxjenza tajba,+ sabiex, f’dak li qed jgħidu kontrikom, dawk li qed jitkellmu b’disprezz dwar il-kondotta tajba tagħkom fi Kristu+ jistħu.+ 17 Għax ikun aħjar li tbatu għax tagħmlu t-tajjeb,+ jekk din hi r-rieda t’Alla, milli għax tagħmlu l-ħażin.+ 18 Tabilħaqq, saħansitra Kristu miet darba għal dejjem minħabba d-dnubiet,+ bniedem ġust għall-inġusti,+ sabiex imexxikom lejn Alla,+ hu li ngħata l-mewt fil-laħam,+ imma ngħata l-ħajja fl-ispirtu.+ 19 F’dan l-istat mar ukoll jippriedka lill-ispirti fil-ħabs+ 20 li darba kienu diżubbidjenti,+ meta Alla+ qagħad jistenna bil-paċenzja fi żmien Noè, waqt li kienet qed tinbena l-arka,+ li fiha ftit nies, jiġifieri, tmien erwieħ, inġarrew mill-ilma u ġew salvati.+
21 Dik li hi ekwivalenti għal dan issa qed issalva lilkom ukoll,+ jiġifieri, il-magħmudija, (mhux it-tneħħija tal-ħmieġ tal-laħam, imma t-talba lil Alla għal kuxjenza tajba,)+ permezz taʼ l-irxoxt taʼ Ġesù Kristu.+ 22 Hu qiegħed fuq il-leminija t’Alla,+ għax mar fis-sema; u l-anġli+ u l-awtoritajiet u l-qawwiet intgħamlu sottomessi lejh.+