2 Slaten
4 Issa kien hemm waħda mara min-nisa taʼ wlied+ il-profeti li għajtet lil Eliżew u qaltlu: “Il-qaddej tiegħek, ir-raġel tiegħi, miet; u int taf li l-qaddej tiegħek dejjem beżaʼ+ minn Ġeħova, u dak li għandna d-dejn+ miegħu ġie biex jieħu liż-żewġt itfal tiegħi bħala lsiera tiegħu.” 2 Għal dan, Eliżew qalilha: “X’nistaʼ nagħmillek?+ Għidli; x’għandek id-dar?” Qaltlu: “Il-qaddejja tiegħek m’għandha xejn id-dar ħlief ġarra biż-żennuna li fiha ż-żejt.”+ 3 Imbagħad qalilha: “Mur barra għand il-ġirien tiegħek kollha u itlobhom jagħtuk reċipjenti vojta; u ġġibx ftit. 4 Imbagħad mur u agħlaq il-bieb warajk u wara wliedek, u ferraʼ ż-żejt f’dawn ir-reċipjenti kollha, u l-mimlijin warrabhom għalihom.” 5 U telqet minn ħdejh.
Meta għalqet il-bieb warajha u wara wliedha, huma bdew iġibulha r-reċipjenti ħdejha u hi qagħdet tferraʼ ż-żejt.+ 6 U malli r-reċipjenti mtlew qalet lil binha: “Ġibli reċipjent ieħor.”+ Imma qalilha: “Ma baqax iżjed.” Imbagħad iż-żejt waqaf.+ 7 Għalhekk, marret u qalet lill-bniedem taʼ l-Alla l-veru, u hu qalilha: “Mur, bigħ iż-żejt u ħallas id-djun tiegħek,+ u int u wliedek għandu jkollkom biżżejjed biex tgħixu b’dak li jibqaʼ.”+
8 U ġara darba waħda li Eliżew kien għaddej minn Sunem,+ fejn kienet toqgħod mara prominenti, u din ġegħlitu+ jiekol biċċa ħobż għandha. U kulmeta kien ikun għaddej minn hemmhekk, kien jgħaddi s’għandha biex jiekol. 9 U wara xi żmien, qalet lil żewġha:+ “Issa, ara, jien naf li r-raġel li dejjem jgħaddi minn ħdejna huwa bniedem qaddis t’Alla.+ 10 Jekk jogħġbok, ejja ntellgħu għorfa żgħira+ fuq il-bejt u nqegħdulu sodda, mejda, siġġu, u gandlier;+ u kulmeta jiġi għandna jkun jistaʼ jidħol jistrieħ hemmhekk.”+
11 U darba waħda ġara li bħas-soltu għadda s’hemm u daħal jistrieħ fl-għorfa u mtedd hemmhekk. 12 U qal lil Geħażi+ l-qaddej tiegħu: “Sejjaħ lil din is-Sunamija.”+ U sejħilha biex tiġi quddiemu. 13 U qallu: “Jekk jogħġbok għidilha, ‘Ara, int qgħadt titħabat daqshekk għalina;+ issa aħna x’nistgħu nagħmlulek?+ Hemm xi ħaġa li nistgħu ngħidu lis-sultan+ jew lill-kap+ taʼ l-armata għalik?’” U hi qalet: “Jien fost il-poplu tiegħi qed ngħammar.”+ 14 U qal: “Mela, x’nistgħu nagħmlulha?” U Geħażi qal: “Naf fiċ-ċert li m’għandhiex iben,+ u r-raġel tagħha għandu ż-żmien.” 15 Minnufih qallu: “Sejħilha.” U sejħilha, u baqgħet barra ħdejn id-daħla. 16 U qalilha: “Is-sena d-dieħla f’dan iż-żmien stabbilit int se tkun qed tħaddan iben.”+ Imma hi qalet: “Le, sidi, O bniedem taʼ l-Alla l-veru! Toqgħodx tigdeb dwar il-qaddejja tiegħek.”
17 Madankollu, il-mara ħarġet tqila u wildet iben+ f’dak iż-żmien stabbilit is-sena taʼ wara, eżatt kif kien qalilha Eliżew.+ 18 U t-tifel baqaʼ jikber, u darba minnhom ħareġ bħas-soltu jiltaqaʼ maʼ missieru li kien mal-ħassada.+ 19 U lil missieru baqaʼ jgħidlu: “Rasi, ajma rasi!”+ Fl-aħħar, hu qal lill-qaddej: “Erfgħu u ħudu għand ommu.”+ 20 Għalhekk, refgħu u ġabu għand ommu. U baqaʼ bil-qiegħda f’ħoġorha sa nofsinhar, u miet.+ 21 Imbagħad telgħet fuq, medditu fuq is-sodda+ tal-bniedem taʼ l-Alla l-veru,+ u għalqitlu l-bieb u ħarġet. 22 U sejħet lir-raġel tagħha u qaltlu: “Ibgħatli wieħed mill-qaddejja u ħmara, jekk jogħġbok, ħalli mmur b’ġirja s’għand il-bniedem taʼ l-Alla l-veru u nerġaʼ lura.”+ 23 Imma hu qalilha: “Għala sejra għandu llum? M’huwiex qamar ġdid,+ u lanqas xi Sabat.”* Madankollu, hi qaltlu: “Toqgħodx tinkwieta; kollox sew.” 24 Għalhekk, xeddet is-sarġ lill-ħmara+ u qalet lill-qaddej tagħha: “Suq u imxi. Tiqafx issuq minħabba fija sakemm ma nkunx għedtlek jien.”
25 U marret u waslet għand il-bniedem taʼ l-Alla l-veru fuq il-Muntanja Karmel. U ġara li, malli l-bniedem taʼ l-Alla l-veru raha mill-bogħod, hu fil-pront qal lil Geħażi l-qaddej tiegħu:+ “Ara! Dik is-Sunamija hemmhekk. 26 Iġri ltaqaʼ magħha, jekk jogħġbok, u għidilha, ‘Kollox sew? Żewġek tajjeb? Ibnek tajjeb?’” Meta qalilha dan, hi qaltlu: “Kollox sew.” 27 Hekk kif waslet ħdejn il-bniedem taʼ l-Alla l-veru fuq il-muntanja, hi qabditlu saqajh.+ Malli ra dan, Geħażi resaq lejha biex iwarrabha,+ imma l-bniedem taʼ l-Alla l-veru+ qallu: “Ħalliha,+ għax ruħha mimlija mrar;+ u Ġeħova ħbieh+ minni u ma qallix.” 28 U qalet: “Jaqaw jien tlabt permezz taʼ sidi biex ikolli iben? M’għedtlekx jien, ‘Tħallinix nittama għalxejn’?”+
29 Minnufih qal lil Geħażi:+ “Xammar il-libsa*+ u ħu l-bastun tiegħi+ f’idek u mur. Jekk tiltaqaʼ maʼ xi ħadd, issellimlux;+ u jekk xi ħadd isellimlek, twiġbux. U qiegħed il-bastun tiegħi fuq wiċċ it-tifel.”+ 30 Għal dan, omm it-tifel qalet: “Daqskemm Ġeħova hu ħaj+ u daqskemm ruħek hi ħajja,+ m’iniex se nitilqek.”+ Għalhekk, qam u mar magħha. 31 U Geħażi għaddiehom u qiegħed il-bastun fuq wiċċ it-tifel, imma ma kien hemm ebda ħoss jew reazzjoni.+ Għalhekk, mar lura jiltaqaʼ miegħu u qallu: “It-tifel ma qamx.”+
32 Fl-aħħar, Eliżew wasal id-dar, u t-tifel kien mejjet, mimdud fuq is-sodda tiegħu.+ 33 U daħal, għalaq il-bieb warajhom it-tnejn,+ u beda jitlob lil Ġeħova.+ 34 Imbagħad telaʼ u mtedd fuq it-tifel+ u qiegħed ħalqu maʼ ħalqu u għajnejh m’għajnejh u l-pali taʼ idejh mal-pali taʼ idejh u baqaʼ milwi fuqu, u bil-mod il-mod ġisem* it-tifel beda jisħon. 35 U reġaʼ mexa fid-dar, darba ’l hawn u darba ’l hemm, u mbagħad telaʼ u ltewa fuqu. U t-tifel għatas sebaʼ darbiet, u wara fetaħ għajnejh.+ 36 Imbagħad sejjaħ lil Geħażi u qallu: “Sejjaħ lis-Sunamija.”+ U sejħilha u hi daħlet ħdejh. U qalilha: “Erfaʼ lil ibnek.”+ 37 U daħlet u niżlet ħdejn saqajh u mielet fl-art quddiemu;+ imbagħad refgħet lil binha u ħarġet.+
38 U Eliżew mar lura Gilgal,+ u kien hemm il-ġuħ+ fil-pajjiż. U ħin minnhom, waqt li wlied+ il-profeti kienu bil-qiegħda quddiemu,+ qal lill-qaddej tiegħu:+ “Qiegħed il-borma fuq in-nar u sajjar naqra soppa għal ulied il-profeti.”+ 39 Għaldaqstant wieħed minnhom ħareġ fir-rabaʼ jiġbor il-ħobbejż,+ u sab dielja salvaġġa u beda jaqtaʼ l-qaraʼ salvaġġ minnha, u mela ħwejġu. Imbagħad ġie u qattgħu u tefgħu fil-borma, għax ma kinux jafu x’inhu. 40 Imbagħad qalbu s-soppa lill-irġiel biex jieklu minnha. U ġara li, malli ħadu mis-soppa, bdew jgħajtu u jgħidu: “Hemm il-mewt fil-borma,+ O bniedem taʼ l-Alla l-veru.”+ U ma setgħux jieklu. 41 Għalhekk, qalilhom: “Mela ġibu d-dqiq.” U tefgħu fil-borma, u kompla jgħid: “Aqilbulhom lin-nies ħa jieklu.” U dak li kien hemm fil-borma m’għamlilhom ebda ħsara.+
42 U kien hemm raġel minn Bagħal-salisa,+ u ġab+ lill-bniedem taʼ l-Alla l-veru ħobż mill-ewwel frott misjur,+ għoxrin ħobża tax-xgħir,+ u qmuħ ġodda fil-basket tiegħu tal-ħobż. U qal: “Agħtuh lin-nies ħa jieklu.”+ 43 Madankollu, il-qaddej tiegħu li jservi l-ikel qal: “Kif se nqassmu lil mitt raġel?”+ Għal dan qallu: “Agħtih lin-nies ħa jieklu, għax hekk qal Ġeħova, ‘Iridu jieklu u jifdal ukoll.’”+ 44 Għalhekk, qassamhulhom u bdew jieklu, u kien għad fadal minnu skond il-kelma taʼ Ġeħova.+