Salm
Għanja taʼ David.
א [Alef]
ב [Bet]
2 Alla tiegħi, jien fik nafda;
Tħallinix niġi umiljat.
Tħallix l-għedewwa tiegħi jifirħu minħabba t-tbatija tiegħi.
ג [Gimel]
3 Żgur li dawk li jafdaw fik mhux se jiġu umiljati.
Imma dawk li jqarrqu b’oħrajn għalxejn b’xejn se jiġu umiljati.
ד [Dalet]
4 Ġeħova, għinni nifhem x’jogħġbok;
Għallimni kif għandi ngħix.
ה [Ħe]
5 Għinni nimxi fit-triq it-tajba tiegħek u għallimni,
Għax int l-Alla li ssalvani.
ו [Waw]
Fik nittama l-ħin kollu.
ז [Żajin]
ח [Ħet]
7 Jekk jogħġbok, tiftakarx fid-dnubiet li għamilt meta kont żagħżugħ u fin-nuqqasijiet tiegħi.
Ġeħova, ftakar fija għax int tajjeb u turi mħabba u lealtà.
ט [Tet]
8 Ġeħova hu tajjeb u ġust.
Hu għalhekk li jgħallem lill-midinbin kif għandhom jgħixu.
י [Jod]
כ [Kaf]
10 Meta n-nies jagħmlu dak li Alla jgħidilhom u jżommu l-patt tiegħu,
Ġeħova dejjem se jurihom imħabba u lealtà.
ל [Lamed]
11 Ġeħova, aħfirli l-iżball tiegħi, għalkemm hu serju.
Agħmel dan minħabba ismek.
מ [Mem]
נ [Nun]
ס [Samek]
14 Dawk li jirrispettaw ħafna lil* Ġeħova se jkollhom ħbiberija mill-qrib miegħu,
U hu jgħallimhom dwar il-patt tiegħu.
ע [Għajn]
15 Jien dejjem nistrieħ fuq Ġeħova għall-għajnuna,
Għax hu jeħlisli saqajja mix-xibka.
פ [Pe]
16 Jekk jogħġbok, agħti kasi u ħenn għalija,
Għax jien waħdi u ma nistaʼ nagħmel xejn.
צ [Sade]
17 Id-dwejjaq taʼ qalbi żdiedu ħafna;
Eħlisni mill-uġigħ kbir li għandi.
ר [Rex]
18 Ara t-tbatija u l-inkwiet li għandi,
U aħfer id-dnubiet kollha tiegħi.
19 Ara kemm għandi għedewwa
U kemm jobogħduni.
ש [Xin]
20 Ipproteġili ħajti* u salvani.
Tħallinix niġi umiljat, għax jien lejk dort għall-protezzjoni.
ת [Taw]
21 Jalla niġi protett,
Għax jien leali u nagħmel dak li hu tajjeb.
Jien fik nittama.
22 Alla tiegħi, eħles* lil Iżrael mit-tbatija kollha li għandu.