LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w98 3/15 p. 11
  • Il-“Bibbja b’Sabaʼ Wieħed”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-“Bibbja b’Sabaʼ Wieħed”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Materjal Simili
  • Ġrajja Sinjifikanti Għal Dawk Li Jħobbu l-Kelma t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • In-New World Translation Apprezzata minn Miljuni fid-Dinja Kollha
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Traduzzjoni tal-Bibbja li hi faċli biex tinftiehem u li hi taʼ benefiċċju
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Ġeħova, l-Alla li jikkomunika
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
w98 3/15 p. 11

Il-​“Bibbja b’Sabaʼ Wieħed”

WARA li ntlaqat minn marda li ħallietu pparalizzat, Joseph Schereschewsky setaʼ jikteb biss billi jittajpja, billi juża sabaʼ wieħed. Madankollu, hu wettaq l-​għan tiegħu—li jittraduċi l-​Bibbja għaċ-​Ċiniż, waħda mill-​iktar lingwi diffiċli għal wieħed barrani biex jitgħallimha sewwa.

Schereschewsky, li kien Lhudi mit-​twelid, eżamina u aċċetta l-​Kristjanità meta kien adult. Eventwalment hu sar missjunarju fiċ-​Ċina. Hemmhekk, ipparteċipa f’ħafna proġetti taʼ traduzzjoni, billi beda kmieni sa mill-​1866 u kompla sa l-​ewwel snin tas-​seklu 20. Minħabba l-​isfond Lhudi tiegħu, Schereschewsky kien iktar familjari mal-​lingwa Ebrajka mill-​istudjużi sħabu. B’hekk, ġie fdat bit-​traduzzjoni taʼ l-​lskrittura Ebrajka kollha. Lejn it-​tmiem tal-​karriera twila tiegħu, hu pproduċa wkoll traduzzjoni biċ-​Ċiniż tal-​Bibbja kollha bir-​referenzi.

Bħala traduttur tal-​Bibbja, Joseph Schereschewsky kien iħabrek ħafna biex ikun hemm verżjonijiet bil-​lingwa komuni. Imma l-​biċċa xogħol li kellu ma kinitx waħda faċli. Il-​kontribut li ta biex saret il-​Bibbja biċ-​Ċiniż huwa wieħed mhux tas-​soltu, jistqarr The Book of a Thousand Tongues, “għax tant kien komprensiv u tlesta minkejja l-​ħafna żvantaġġi li ffaċċja.”

Wara li jdejn Schereschewsky saru pparalizzati, hu xorta kompla jħabrek fix-​xogħol tiegħu. Biex jittajpja kien jeħtieġlu jagħmel sforz kbir, minħabba li ma setax jibqaʼ juża jdejh b’mod normali. Għalhekk, din it-​traduzzjoni sejħilha l-​Bibbja b’sabaʼ wieħed tiegħu. Biex jipproduċiha minkejja l-​mankamenti tiegħu, Schereschewsky ppersevera għal 25 sena. Billi ma qatax qalbu, hu kellu sehem f’li l-​Kelma t’Alla ssir tinftiehem biċ-​Ċiniż—il-​lingwa li jitkellmuha iktar nies minn kwalunkwe lingwa oħra.

[Sors taʼ l-​Istampa f’paġna 11]

Iż-​żewġ xbihat: Bil-​korteżija taʼ l-​American Bible Society Archives

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja