LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w98 5/15 pp. 4-6
  • Jistaʼ l-Għana Jagħmlek Hieni?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jistaʼ l-Għana Jagħmlek Hieni?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​Imħabba għall-​Flus ma Twassalx għall-​Hena
  • Inkunu Kuntenti b’Dak li Għandna
  • Il-​Muftieħ għall-​Hena
  • Il-kuntentizza u l-ġenerożità
    Stenbaħ!—2018
  • Sultan b’Ġid u Għerf
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Prosperità Vera fid-Dinja l-Ġdida t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Il-Ferħ Tant Diffiċli Li Jinkiseb
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
w98 5/15 pp. 4-6

Jistaʼ l-​Għana Jagħmlek Hieni?

Is-​Sultan Salamun kien jaf x’valur għandhom il-​flus. Hu kiteb: “Biex jgħadduha tajjeb iħejju l-​mejda, u l-​inbid iferraħhom, u l-​flus jagħmlu tajjeb għal kollox.” (Koħèlet 10:19) Ikla mal-​ħbieb tistaʼ tkun mill-​iktar pjaċevoli, imma biex tikseb il-​ħobż u l-​inbid, għandek bżonn il-​flus. Ladarba l-​flus huma l-​mezz li bih jinkisbu l-​affarijiet materjali, dawn “jagħmlu tajjeb għal kollox.”

GĦALKEMM Salamun kellu ġid kemm jesaʼ ġildu, kien jaf li l-​għana għandu l-​limitazzjonijiet tiegħu. Hu rrikonoxxa li mod taʼ ħajja materjalistiku ma jiftaħx il-​bieb għall-​hena. Hu kiteb: “Min iħobb il-​flus ma jixbax bil-​flus, u min iħobb l-​għana ma jixbax bil-​qligħ.”—Koħèlet 5:9 [Koħèlet 5:10, New World Translation].

Nagħmlu mod individwu b’ġid kbir jikseb saħansitra ġid akbar. Salamun jgħid: “Jekk joktor il-​ġid joktru wkoll dawk li jberbquh.” (Koħèlet 5:10 [Koħèlet 5:11, NW]) Hekk kif “il-​ġid,” jew il-​pussessi, taʼ dak li jkun jiżdiedu, iktar nies huma meħtiġin sabiex jieħdu ħsiebhom. Nies biex isewwu, purtinari, qaddejja, nies tas-​sigurtà, u oħrajn​—iridu kollha jitħallsu għas-​servizzi tagħhom. Dan kollu, min-​naħa tiegħu, jibqaʼ jirrikjedi iktar u iktar flus.

Sitwazzjoni bħal din għandha effett dirett fuq l-​hena taʼ dak li jkun. L-​istoriku Grieg Xenofon, li għex fir-​rabaʼ seklu Q.E.K., niżżel bil-​miktub il-​kummenti taʼ raġel fqir li kien sar sinjur:

“Jewwilla, tissoponi int attwalment . . . li iktar ma jkolli affarijiet, iktar se ngħix hieni? Int ma tafx,” issokta hu, “li ma jagħtini lanqas farka waħda iktar pjaċir li niekol u nixrob u norqod issa milli kien jagħtini meta kont fqir. L-​unika ħaġa li akkwistajt milli jkolli daqstant hija li jien obbligat li nkun ikkonċernat b’iktar affarijiet, inqassam iktar lil oħrajn, u għandi l-​intrigu li nieħu ħsieb taʼ iktar affarijiet minn qabel. Għax issa ħafna qaddejja jiddependu minni għall-​ikel, ħafna għax-​xorb, u ħafna għall-​ilbies, fil-​waqt li xi wħud għandhom bżonn it-​tobba; u wieħed jiġi għandi bi ħrafa dwar nagħaġ li ġew attakkati mill-​ilpup, jew dwar barrin maqtulin għax waqgħu minn fuq preċipizju, jew biex jgħidli li faqqgħet xi pesta fost il-​baqar. U għalhekk jidhirli li . . . qisu issa għandi iktar inkwiet peress li nippossiedi ħafna, milli kien ikolli meta kont nippossiedi ftit.”

Raġuni oħra għala n-​nies dejjem isusu wara iktar ġid hija li jiġu mqarrqin b’dak li Ġesù sejjaħlu “l-​qerq taʼ l-​għana.” (Mattew 13:22, Karm Żammit) Jiġu mqarrqin għax f’dan l-​għana li huma daqshekk akkaniti li jfittxu, qatt ma jsibu s-​sodisfazzjon jew l-​hena li stennew li jsibu. Huma jirraġunaw li dak li ġid limitat ma jistax jagħmel, ġid akbar se jagħmlu. Għalhekk hemm stinkar kontinwu għal iktar.

L-​Imħabba għall-​Flus ma Twassalx għall-​Hena

Li jkun ikkonċernat dwar l-​affarijiet li jippossiedi jistaʼ jċaħħad lil raġel għani milli jgawdi mistrieħ fil-​paċi bil-​lejl. Salamun jikteb: “Il-​ħaddiem, jiekol ftit jew jiekol wisq, jiġih ħelu l-​irqad, imma l-​għani x-​xabaʼ ma jħallihx jieħu nagħsa.”​—Koħèlet 5:11 [Koħèlet 5:12, NW].

Meta t-​tħassib dwar it-​telfa possibbli tal-​ġid taʼ dak li jkun jasal fl-​estrem, iktar huwa involut minn nuqqas taʼ rqad. Waqt li jiddeskrivi lil xi ħadd xħiħ, Salamun jikteb: “Jiemu kollha fid-​dlam jgħaddihom qalb ħafna għali, mard u inkwiet.” (Koħèlet 5:16 [Koħèlet 5:17, NW]) Minflok ma jsib l-​hena f’ġidu, hu jiekol ‘qalb l-​għali,’ bħallikieku tiġih reqqa wkoll jonfoq il-​flus għall-​ikel. Ħarsa mentali mhux f’lokha bħal din tistaʼ tikkontribwixxi għal saħħa batuta. Saħħa batuta, min-​naħa tagħha, iżżid l-​ansjetà tax-​xħiħ, peress li żżommu lura milli jakkumula ġid akbar.

Forsi dan ifakkrek f’dak li kiteb l-​appostlu Pawlu: “Imma dawk li jridu jistagħnu jaqgħu fit-​tiġrib u fix-​xibka u f’ħafna xewqat bla sens u taʼ ħsara li jitfgħu lill-​bnedmin fil-​qerda u t-​telfien. Għax ir-​rebgħa għall-​flus hi l-​għerq taʼ kull ħażen; kien ħtija taʼ din ir-​rebgħa li xi wħud . . . infnew b’niket kbir.” (1 Timotju 6:9, 10) Biex isusu wara l-​flus, in-​nies iqarrqu, jigdbu, jisirqu, jipprostitwixxu rwieħhom, u saħansitra jikkommettu qtil. Dan jirriżulta f’individwu mifni b’uġigħ emozzjonali, fiżiku, u spiritwali minħabba li jkun ipprova jaħtaf u jiggranfa maʼ l-​għana. Tidher din li hi t-​triq għall-​hena? Xejn affattu!

Inkunu Kuntenti b’Dak li Għandna

Salamun kellu iktar x’jgħid dwar ħarsa bbilanċjata lejn l-​għana. Hu kiteb: “Għeri jkun ħareġ minn ġuf ommu, u għeri, kif ġie, jerġaʼ lura, bla ma jkun ġabar xejn x’jieħu miegħu mit-​taħbit tiegħu. Ara, mela, x’sibt li hemm tajjeb u jaqbel għall-​bniedem: li jiekol u jixrob u jgawdi l-​frott taʼ kull taħbit li jġarrab taħt ix-​xemx tul l-​għomor li Alla jisilfu: għax dan hu li jmissu.”—Koħèlet 5:14, 17 [Koħèlet 5:15, 18, NW].

Dan il-​kliem juri li l-​hena ma jinstabx fl-​istinkar biex jiġi maħżun il-​ġid għal xi żmien li jistaʼ qatt ma jasal għalina. Ikun ferm aħjar li nkunu sodisfatti u li nifirħu bir-​riżultati tax-​xogħol iebes tagħna. L-​appostlu Pawlu esprima ħsieb simili fl-​ittra ispirata tiegħu lil Timotju, billi qal: “Aħna xejn ma ġibna fid-​dinja, u xejn ma nistgħu nieħdu magħna; sakemm għandna x’nieklu u x’nilbsu, dan għandu jkun biżżejjed għalina.”—1 Timotju 6:7, 8; qabbel Luqa 12:16-21.

Il-​Muftieħ għall-​Hena

Salamun kien jippossiedi abbundanza kemm taʼ għana u kemm taʼ għerf divin. Imma hu rabat l-​hena maʼ l-​għerf, mhux mal-​flus. Hu qal: “Hieni min isib l-​għerf, u l-​bniedem li jikseb id-​dehen, għax qligħ l-​għerf jiswa aktar mill-​fidda, u l-​ġid li jġibu hu, aħjar mid-​deheb. L-​għerf hu egħżeż mill-​ħaġar prezzjuż, kull ma tixtieq qalbek ma jiswiex daqsu. Għomor twil f’idu l-​leminija, għana u ġieħ fix-​xellugija. Fihom għaxqa triqatu, kollha sliem mogħdijietu; Hu siġra tal-​ħajja għal min iħaddnu; hieni hu min iżomm sħiħ miegħu.”—Proverbji 3:13-18.

Għala huwa l-​għerf superjuri għall-​ġid materjali? Salamun kiteb: “Fih kenn l-​għerf u fihom kenn il-​flus; imma aħjar l-​għerf għax iħarreġ għall-​ħajja lil min għandu lilu.” (Koħèlet 7:12) Fil-​waqt li l-​flus jipprovdu ammont taʼ protezzjoni, billi jagħmluha possibbli għal sidhom li jixtri dak li jkollu bżonn, l-​għerf jistaʼ jissalvagwardja lil dak li jkun milli jieħu riskji li jistgħu jipperikolawlu ħajtu. L-​għerf veru jistaʼ mhux biss isalva lil individwu minn mewt qabel iż-​żmien imma, peress li huwa bbażat fuq biżaʼ xieraq minn Alla, se jwassal għal qligħ taʼ ħajja taʼ dejjem.

L-għerf divin għala jwassal għall-​hena? Għaliex l-​hena veru jistaʼ jiġi biss mingħand Alla Jehovah. L-​esperjenza tagħti prova li hena ġenwin jistaʼ jinkiseb biss permezz taʼ ubbidjenza lejn l-​Iktar Għoli. Hena dejjiem jiddependi fuq waqfa approvata minn Alla. (Mattew 5:3-10) Billi napplikaw dak li nitgħallmu minn studju tal-​Bibbja, se nikkultivaw “l-​għerf li ġej mis-​sema.” (Ġakbu 3:17) Dan se jagħtina dak l-​hena li l-​għana qatt ma jistaʼ jġibilna.

[Stampi f’paġni 4, 5]

Is-​Sultan Salamun kien jaf x’jagħmlu hieni lil dak li jkun. Int taf?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja