LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 6/98 p. 2
  • Laqgħat tas-Servizz għal Ġunju

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Laqgħat tas-Servizz għal Ġunju
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 1 taʼ Ġunju
  • Ġimgħa li Tibda 8 taʼ Ġunju
  • Ġimgħa li Tibda 15 taʼ Ġunju
  • Ġimgħa li Tibda 22 taʼ Ġunju
  • Ġimgħa li Tibda 29 taʼ Ġunju
Il-Ministeru tas-Saltna—1998
km 6/98 p. 2

Laqgħat tas-​Servizz għal Ġunju

Ġimgħa li Tibda 1 taʼ Ġunju

Għanja 223

8 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-​Ministeru tas-​Saltna. Aħbarijiet Teokratiċi.

15 min: “‘Imħejjijin għal kull Ħidma Tajba.’” Mistoqsijiet u tweġibiet. Agħmel kummenti qosra fuq il-​Watchtower tal-​15 taʼ Frar, 1989, paġni 22-4.

22 min: “Nagħtu Xiehda lill-​‘Bnedmin Kollha.’” Anzjan jispjega li għalkemm l-​offerta għal Ġunju hija L-​Aqwa Bniedem ikun tajjeb ukoll jekk isir sforz biex inneħħu l-​Magħqudin Fil-​Qima li hemm ħafna minnhom maħżunin. Anzjan u pénil taʼ pubblikaturi t’esperjenza jiddiskutu l-​preżentazzjonijiet issuġġeriti. Fil-​qosor irrevedi liema reliġjonijiet niltaqgħu magħhom lokalment, u spjega għala għandu jkollna xi ħaġa f’moħħna biex nibdew konversazzjoni f’kull każ. Ħejji turija jew tnejn qosra.

Għanja 112 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 8 taʼ Ġunju

Għanja 209

10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet.

15 min: “Jieħdu Ħsieb taʼ l-​Affarijiet li s-​Sid Jippossiedi.” Taħdita minn anzjan, li tkopri l-​informazzjoni fl-​insert.

20 min: “Kulħadd Huwa Meħtieġ biex ix-​Xogħol Isir.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Spjega għala l-​anzjani jiddependu fuq ħafna volontieri b’rieda tajba biex jintgħamlu xi affarijiet bżonnjużi. Irrevedi l-​bżonnijiet lokali, bħalma huma t-​tindif u l-​manutenzjoni tas-​Sala tas-​Saltna, l-​għajnuna lill-​morda u x-​xjuħ, u li jiġi kopert it-​territorju. Stieden lill-​anzjani biex jikkummentaw fuq kif huma japprezzaw l-​għajnuna li ħafna jagħtu minn jeddhom. Enfasizza kif l-​isforz taʼ kull wieħed huwa meħtieġ ħafna.

Għanja 153 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 15 taʼ Ġunju

Għanja 7

10 min: Avviżi lokali.

20 min: “Tħabtu b’Mod Vigoruż.” Taħdita bbażata fuq it-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 t’April, 1986, paġni 7-11. Iddiskuti l-​importanza tas-​servizz taʼ pijunier regulari, billi tinkuraġġixxi li wieħed japplika sa l-​1 taʼ Settembru.

15 min: “Nagħtu Xiehda b’Kondotta Tajba.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Intervista lil xi żgħażagħ eżemplari. Jgħidu kif oħrajn kienu impressjonati favorevolment bil-​kondotta Kristjana tagħhom. Irrakkonta esperjenza jew tnejn mill-​Watchtower taʼ l-​1 taʼ Jannar, 1995, paġni 24-5.

Għanja 170 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 22 taʼ Ġunju

Għanja 61

10 min: Avviżi lokali. Għid meta l-​awditjar tal-​kontijiet tal-​kongregazzjoni ġie komplut.

15 min: Kif Tibda Rotta bir-​Rivisti. Spjega x’inhu meħtieġ: ħu nota taʼ dak kollu li tqassam, erġaʼ mur fi żmien ġimagħtejn, ippreżenta ideat ġodda minn rivisti kurrenti biex iżżomm l-​interess ħaj. Issuġġerixxi li jiġu inklużi l-​ġirien, sħabna fuq ix-​xogħol, kaxxiera fil-​ħwienet, dawk li jieħdu ħsieb il-​pompi tal-​petrol, eċċetra. Offri abbonamenti għal sitt xhur lil dawk li juru interess kontinwu. Stieden pubblikatur jew tnejn biex jirrakkontaw esperjenza tajba dwar ir-​rotot bir-​rivisti.

20 min: Pijunieri Jgħinu lil Oħrajn. Taħdita mill-​indokratur tas-​servizz li jirrevedi l-​arranġament li l-​pijunieri personalment jiġu mqabbdin jgħinu lil oħrajn. Spjega kif programmi t’għajnuna ġew introdotti fil-​passat. (jv 100; km 7/79 1, 3) Dawk il-​miljun u fuqhom taʼ wħud ġodda li tgħammdu fl-​aħħar tliet snin għandhom bżonn it-​taħriġ. Il-​programm “Pijunieri Jgħinu lil Oħrajn” jutilizza l-​esperjenza u t-​taħriġ taʼ pijunieri regulari u speċjali li attendew għall-​Iskola tas-​Servizz taʼ Pijunier. L-​għan huwa għal kull pijunier biex jgħin żewġ pubblikaturi fis-​sena biex isiru iktar tas-​sengħa fil-​ministeru u biex jirsistu għal sehem akbar. Dawk li jingħataw l-​għajnuna m’għandhomx għalfejn jibżgħu; l-​enfasi hi fuq li jingħata inkuraġġiment bl-​imħabba, u b’qalb tajba. Dan il-​programm ġdid jipprovdi potenzjal għal mijiet t’eluf biex isiru ministri iktar effettivi.

Għanja 207 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 29 taʼ Ġunju

Għanja 114

10 min: Avviżi. Fakkar lil kulħadd biex jitfaʼ r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Ġunju. Iddiskuti l-​offerta tal-​letteratura għal Lulju.

15 min: Bżonnijiet lokali jew Battejt Jien? Taħdita minn anzjan ibbażata fuq It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Diċembru, 1987 paġni 18-19, paragrafi 14-16. Inkuraġġixxi lil dawk li ilhom attivi għal diversi snin biex jirriflettu fuq il-​kwalità u l-​kwantità tas-​servizz sagru tagħhom.

20 min: Ilkoll Kemm Aħna Nistgħu Nagħtu Xiehda Informalment. Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażata fuq It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Jannar, 1988, paġni 15-20. Uri kif dawk li l-​ħin tagħhom huwa okkupat b’responsabbiltajiet sekulari, tal-​familja, jew persunali jistgħu jsibu ħafna opportunitajiet kull jum biex jaqsmu l-​aħbar tajba m’oħrajn. Inkludi xi esperjenzi lokali.

Għanja 76 u talba taʼ l-​għeluq.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja