Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 10 taʼ Jannar
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru tas-Saltna.
15 min: “Nagħmlu l-Isem taʼ Jehovah Magħruf mad-Dinja Kollha.” Diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba. Inkludi kummenti dwar xiehda informali mill-ktieb Our Ministry, paġni 93-4.
20 min: Nagħmlu Għażla Legali għal Kura tas-Saħħa Mingħajr Demm. (Atti 15:28, 29) Taħdita minn anzjan kwalifikat, ibbażata fuq gwida taʼ mistoqsijiet u tweġibiet li tiġi mal-formola tas-Soċjetà, Direttiva bil-Quddiem għall-Kura tas-Saħħa, u l-karta intitolata, “Mistoqsijiet u Tweġibiet dwar id-Direttiva bil-Quddiem għall-Kura tas-Saħħa” it-tnejn bid-data taʼ Diċembru 1995. Id-dokument Advance Medical Directive/Release: Wara din il-laqgħa, Xhieda mgħammdin se jingħataw dokument ġdid, u dawk li għandhom tfal taħt l-età li m’humiex mgħammdin se jirċievu Identity Card għal kull tifel jew tifla. Dawn id-dokumenti m’għandhomx jimtlew il-lejla. Għandhom jimtlew bir-reqqa d-dar imma MA JIĠUX iffirmati. L-iffirmar minnek, u mix-xhieda, u d-data tad-dokumenti kollha se jsiru wara l-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni li jmiss, taħt is-superviżjoni tal-ħu li jikkonduċi l-istudju tal-ktieb. Qabel ma tiffirma, kun żgur li d-dokument imlejtu kollu. Dawk li jiffirmaw bħala xhieda jridu attwalment jaraw lill-individwu jiffirma d-dokument tiegħu. Billi jaddattaw il-kliem minn dan id-dokument għaċ-ċirkustanzi u l-konvinzjonijiet tagħhom stess, pubblikaturi li m’humiex mgħammdin jistgħu jiktbu d-direttiva tagħhom stess biex jużawha għalihom infushom u għal uliedhom. Il-formola Direttiva bil-Quddiem għall-Kura tas-Saħħa: Din ġiet preparata mis-Soċjetà u hija dokument iktar komprensiv dwar il-kura tas-saħħa li jipprovdi protezzjoni legali primarja. Pubblikaturi li għadhom ma mlewx din il-formola u li jixtiequ jagħmlu dan jistgħu jakkwistaw kopja mingħand is-segretarju tal-kongregazzjoni. (M’hemmx għalfejn timtela waħda ġdida kull sena.) Iżjed minn hekk, jekk ġiet effettwata l-formola Direttiva bil-Quddiem għall-Kura tas-Saħħa, għandek tikteb fuq il-faċċata tad-dokument Advance Medical Directive/Release, preferibbilment bil-kitba tiegħek stess: “Jien imlejt ukoll il-formola dettaljata, Direttiva bil-Quddiem għall-Kura tas-Saħħa.” L-aħwa li jikkonduċu l-istudju tal-ktieb għandhom jagħmlu lista biex jiżguraw li dawk kollha assenjati lill-grupp tagħhom jingħataw l-għajnuna meħtieġa biex jimlew id-dokument Advance Medical Directive/Release u l-formola Direttiva bil-Quddiem għall-Kura tas-Saħħa. Għall-aqwa protezzjoni legali, għandhom jimtlew iż-żewġ dokumenti.
Għanja 155 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 17 taʼ Jannar
10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet.
15 min: Bżonnijiet lokali.
20 min: “Uża l-Fuljetti biex Tibda Konversazzjonijiet.” Irrevedi kwalunkwe erbgħa mill-fuljetti li jintużaw l-iktar fit-territorju. Staqsi mistoqsija li hija mwieġba f’kull fuljett. Stieden lil dawk fl-udjenza biex jissuġġerixxu kif il-mistoqsija tistaʼ tiġi wżata biex tinbeda konversazzjoni u possibbilment twassal għal studju tal-Bibbja. Uri kif dan jistaʼ jseħħ permezz taʼ żewġ fuljetti minnhom.
Għanja 57 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 24 taʼ Jannar
10 min: Avviżi lokali u esperjenzi mis-servizz taʼ l-għalqa.
15 min: “Ikkunsidra l-Kelma taʼ Jehovah Kuljum!” Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jagħmel użu tajjeb mill-ktejjeb Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2000. Inkludi l-kummenti mid-daħla, paġni 3-4. Stieden lil xi pubblikaturi jirrakkontaw kif jagħmlu sforz speċjali biex jikkunsidraw l-iskrittura u l-kummenti kuljum.
20 min: “Int se Tkun Hemm?” Taħdita u esperjenzi, mogħtijin minn anzjan. Il-laqgħat kbar kellhom irwol importanti f’li jsaħħu l-poplu t’Alla minn żminijiet Bibliċi sa żmienna. (Ara l-ktieb Proclaimers, paġna 254, paragrafi 1-3, u l-Insight, l-1 Volum, paġna 821, paragrafu 5.) Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jibda jipprepara minn issa sabiex jattendi t-tlett ijiem kollha tal-konvenzjoni distrettwali taʼ din is-sena. Stieden lil dawk fl-udjenza biex jirrakkontaw xi esperjenzi li juru kif l-isforzi diliġenti tagħhom biex ikunu preżenti fil-passat ġew premjati spiritwalment.
Għanja 157 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 31 taʼ Jannar
12 min: Avviżi lokali. Fakkar lil kulħadd biex jitfaʼ r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Jannar. Semmi l-offerta taʼ letteratura għal Frar: Il-ktieb Hena fil-Familja. Uri kif it-tliet mistoqsijiet fil-kaxxa taʼ paġna 12 tal-ktieb jistgħu jintużaw bħala bażi biex ninvolvu lil xi ħadd f’konversazzjoni.
15 min: It-Tweġiba għal Mistoqsija dwar l-‘Immarkar.’ Taħdita minn anzjan, ibbażata fuq it-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Lulju, 1999, paġni 29-31.
18 min: Kif Tistaʼ Tgħin lil Oħrajn Jidentifikaw il-Vera Reliġjon. Diskussjoni bejn qaddej ministerjali kwalifikat u żewġ pubblikaturi jew tlieta dwar kif in-nies jistgħu jibqgħu impressjonati bix-Xhieda taʼ Jehovah imma ma jifhmux b’mod ċar id-differenza bejn reliġjonijiet oħrajn u dik tagħna. Irrevedi l-għaxar punti li huma msemmijin f’paġna 20 taʼ l-Awake! tat-8 taʼ Mejju, 1995. Spjega kif il-fatt li persuna sinċiera tkun taf dawn il-fatturi jistaʼ jgħinha tara kemm id-distinzjoni bejn il-qima vera u dik falza u kemm il-bżonn li titgħallem mill-poplu taʼ Jehovah u tassoċja magħna.
Għanja 60 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 7 taʼ Frar
8 min: Avviżi lokali.
17 min: Irrevedi l-Ktieb Il-Profezija taʼ Danjel! Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza. Irrevedi l-aspetti interessanti tal-ktieb il-ġdid: titli taʼ kapitli li jispikkaw, stampi ħajjin, kaxxi b’mistoqsijiet li jqanqlu l-ħsieb fi tmiem taʼ kull diskussjoni, mapep u tabelli li jiċċaraw id-dettalji. Ikkunsidra l-ispjegazzjoni inkuraġġanti dwar kif Mikiel se “jqum bil-wieqfa” b’mod speċjali (paġni 288-90). Iddiskuti l-importanza taʼ li aħna nipperseveraw bħala għalliema tal-Kelma t’Alla (paġni 311-12). Ilkoll kemm aħna għandna naqraw il-ktieb bir-reqqa u nħeġġu lil uħud interessati jagħmlu l-istess.
20 min: Huma Għamlu Għażla Għaqlija. Taħdita bbażata fuq it-Torri taʼ l-Għassa, taʼ l-1 taʼ Novembru, 1997, paġni 14-16, paragrafi 3-16. Irrakkonta l-espressjonijiet taʼ xi pijunieri, billi turi għala dawn iħossu li qattgħu ħajjithom bl-iktar mod premjanti u taʼ benefiċċju. Inkuraġġixxi lil dawk kollha preżenti biex jiżnu l-prospetti tagħhom stess li jagħmlu x-xogħol taʼ pijunier.
Għanja 182 u talba taʼ l-għeluq.