LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g03 4/8 p. 30
  • Mingħand il-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mingħand il-Qarrejja
  • Stenbaħ!—2003
  • Materjal Simili
  • Mingħand il-Qarrejja
    Stenbaħ!—2003
  • Id-Dipressjoni Wara t-Twelid taʼ Tarbija—Kif Irnexxieli Negħlibha
    Stenbaħ!—2002
  • Nifhmu d-Dipressjoni Wara t-Twelid taʼ Tarbija
    Stenbaħ!—2003
  • Mingħand il-Qarrejja
    Stenbaħ!—2004
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2003
g03 4/8 p. 30

Mingħand il-​Qarrejja

Il-​Logħob tal-​Flus Għadni kemm spiċċajt naqra s-​serje “Il-​Logħob tal-​Flus​—Huwa Divertiment bla Ħsara?” (8 t’Awissu, 2002) Nirringrazzja lil Jehovah talli użakom biex jipprovdi din l-​informazzjoni f’waqtha. Bilkemm stajt nemmen lil għajnejja meta rajt l-​imġiba li jibdew juru dawk li għandhom problema bil-​logħob tal-​flus. Kontu qiskom qed tiddeskrivu lir-​raġel tiegħi! B’dispjaċir, din il-​prattika midinba wasslet għal dnubiet iktar serji. Il-​logħob tal-​flus huwa pesta. Verament nixtieq li kulħadd jiftakar li dan m’huwiex divertiment bla ħsara.

M. G., Stati Uniti

Id-​Dipressjoni Wara t-​Twelid taʼ Tarbija Għaxar xhur ilu, wara li twieldet binti, bdejt inbati minn psikożi wara t-​twelid tat-​tarbija. Ma ridt li jkolli xejn x’naqsam mat-​tarbija. Il-​kura medika flimkien maʼ l-​għajnuna kollha mħabba mill-​familja tiegħi u l-​kongregazzjoni kienu verament t’għajnuna. Nispera li dan l-​artiklu jkun t’għajnuna għal nisa oħra u l-​familji tagħhom biex ikunu jistgħu jifhmu din il-​marda. Qed nippjana li nagħti kopja lit-​tabiba tiegħi.

S. Z., Afrika t’Isfel

Grazzi mill-​qalb għall-​artiklu “Id-​Dipressjoni Wara t-​Twelid taʼ Tarbija​—Kif Irnexxieli Negħlibha.” (8 t’Awissu, 2002) Inħoss li dan l-​artiklu qisu nkiteb għalija. Minkejja li ma nbatix minn din id-​dipressjoni​—żewġi u jien m’għandniex tfal​—ilni niġġieled id-​dipressjoni u l-​ansjetà għal sena u nofs. Il-​ħin kollu kont inkun għajjiena u mħawda, u kont inħossni li m’iniex kapaċi li nieħu deċiżjonijiet sempliċi. Kont nibżaʼ nkun qalb in-​nies. Lanqas biss stajt immur għand tal-​ħanut mingħajr żewġi. Issa bdejt it-​triq għall-​fejqan, u qed nieħu kura medika. Minn dan l-​artiklu nistaʼ nara li għad hemm ħafna x’nistaʼ nagħmel. Ir-​raġel tiegħi qara l-​artiklu wkoll, u ra kif jistaʼ jagħtini iktar għajnuna.

J. R., Stati Uniti

Kemm jien grata għall-​artiklu dwar id-​dipressjoni wara t-​twelid! Kien wara t-​twelid tat-​tielet tarbija tiegħi li t-​tobba qaluli li kont qed inbati serjament minn din id-​dipressjoni. Qabel ma qaluli, kont naħseb li kont qed niġġennen. Vera kien żmien ikrah u taʼ dwejjaq għalija u għall-​familja tiegħi. Issa qed nieħu xi ħxejjex mediċinali u xi vitamini u nagħmel eżerċizzju regolarment, u kollha jgħinuni biex inkampa bl-​aħjar mod li nistaʼ. Jekk jogħġobkom irringrazzjaw lil Janelle talli qasmet l-​esperjenza tagħha magħna.

J. C., Stati Uniti

Ix-​Xagħar Irċivejt dan l-​artiklu fl-​aħjar żmien. Kont għaddejja minn stress qawwi minħabba li xagħri beda jaqagħli. L-​artiklu ikkalmani, speċjalment fejn semma li “normalment ħaddieħor mhux se joqgħod jinkwieta dwar xagħrek daqskemm tinkwieta int.” Kien t’għajnuna wkoll meta sirt naf li anki jekk xi ħadd ma jkollux problema b’xagħru, kuljum jaqgħulu minn 70 sa 100 xagħra!

E. L., Stati Uniti

Ħadt pjaċir bl-​artiklu “Tinkwieta Int Fuq Xagħrek?” (8 t’Awissu, 2002) Ilni naħdem fil-​qasam tas-​sbuħija għal dawn l-​aħħar 14-il sena. Il-​mod kif għedtu li għandu jiġi mimxut ix-​xagħar li ma jkunx f’saħħtu huwa l-​mod kif nagħmluh aħna. Tassew nimmeravilja ruħi meta nara kemm huma professjonali l-​artikli tagħkom.

K. K., Ġappun

Bħala wieħed li nħobb naqra ħafna r-​rivista Stenbaħ! nixtieq nesprimi l-​apprezzament tiegħi għal dan l-​artiklu. Jien beda jkolli x-​xagħar griż minn mindu sirt adolexxent. Fl-​aħħar snin taʼ l-​adolexxenza tiegħi, ix-​xagħar griż kien jidher ħafna anki mill-​bogħod. Vera bdejt inħossni skomdu. Dan l-​artiklu għenni biex ikolli ħarsa iktar bilanċjata dwar l-​apparenza fiżika tiegħi waqt li nikkonċentra iktar fuq li niżviluppa kwalitajiet li jogħġbu ’l Alla.

E. J., Niġerja

Infatwazzjoni Grazzi għall-​parti f’“Ħarsa Lejn id-​Dinja” bl-​isem “Fis-​Sakra bl-​Imħabba.” (8 t’Awissu, 2002) Dan l-​artiku għenni nirrealizza li anki meta l-​infatwazzjoni ma tiqafx, dan ma jkunx neċessarjament ifisser li hemm pedament sod għal żwieġ ferħan. Parir bħal dan jistaʼ verament jeħles persuna minn triq diżastruża!

P. L., Russja

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja