“Jehovah Huwa l-Faraġ Tiegħi”
IL-KLIEM imsemmi hawn fuq huwa traduzzjoni tal-motto rjali uffiċjali tar-Re Karlu IX taʼ l-Isvezja. Bil-Latin jinqara: “Iehovah solatium meum.” Dan ir-re kien ġej minn linja taʼ diversi ġenerazzjonijiet taʼ ħakkiema fl-Isvezja, mill-1560 sa l-1697. Dawn għamlu enfasi fuq l-isem t’Alla billi poġġewh fuq muniti, midalji, jew f’xi motto persunali, bil-lingwa Ebrajka jew bil-Latin. Karlu IX waqqaf ukoll l-Ordni Rjali taʼ Jehovah. Fl-1607, fil-jum taʼ l-inkurunazzjoni, Karlu kien liebes kullana msejħa l-kullana taʼ Jehovah.
X’wassal lil dawn il-monarki biex jagħmlu hekk? Studjużi jemmnu li l-moviment tal-Kalviniżmu fl-Ewropa f’dak iż-żmien flimkien maʼ rispett għall-Bibbja kienu influwenzawhom. Bħala l-ogħla ħakkiema edukati ferm tar-Rinaxximent, milli jidher huma kienu familjari mal-verżjoni Latina taʼ l-isem persunali t’Alla, Jehovah. Bla dubju, xi wħud irrealizzaw li l-isem deher eluf taʼ drabi fil-kitba oriġinali tal-Bibbja bl-Ebrajk.
Huwa dokumentat tajjeb li f’diversi partijiet taʼ l-Ewropa matul is-sekli 16 u 17, l-isem Jehovah deher ħafna drabi fuq muniti u midalji kif ukoll f’bini pubbliku u knejjes. L-istqarrija t’Alla nnifsu mniżżla f’Eżodu 3:15, evidentement kienet milqugħa u rispettata minn ħafna: “Jaħweh . . . ikun ismi għal dejjem.”
[Stampi f’paġna 31]
KULLANA U BEĠĠ TAʼ L-ORDNI RJALI TAʼ JEHOVAH, 1606, magħmulin mid-deheb, enamel, kwarz pur, u granata
IR-RE ERIK XIV 1560-68
IR-RE KARLU IX 1599-1611 (ħu Erik XIV)
IR-RE GUSTAVU II ADOLFU 1611-32 (iben Karlu IX)
IR-REĠINA KRISTINA 1644-54 (bint Gustavu II Adolfu)
[Sorsi]
Kullana: Livrustkammaren, Stockholm Sverige; muniti: Kungl. Myntkabinettet, Sveriges Ekonomiska Museum