LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g17 Nru. 3 pp. 14-15
  • L-anġli

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-anġli
  • Stenbaħ!—2017
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Min huma l-​anġli?
  • X’kienu jagħmlu l-​anġli fiż-​żminijiet tal-​qedem?
  • X’inhuma jagħmlu l-​anġli issa?
  • Kif l-Anġli Jistgħu Jgħinuk
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Min huma l-anġli jew x’inhuma?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Il-​verità dwar l-​anġli
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
  • L-Anġli—Kif Jeffettwawna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2017
g17 Nru. 3 pp. 14-15
Anġlu deher lil Mosè f’siġra taqbad

IL-​ĦARSA TAL-​BIBBJA

L-anġli

L-​anġli jidhru fil-​kotba, fl-​arti, u fil-​films. Imma min huma l-​anġli, u xi rwol għandhom?

Min huma l-​anġli?

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Qabel m’Alla ħalaq l-​univers u l-​ewwel bnedmin, kien diġà ħalaq ħlejjaq intelliġenti superjuri. Huma iktar b’saħħithom mill-​bnedmin u jgħixu fl-​istess post fejn jgħix Alla nnifsu. Dan il-​post ma jintlaħaqx mill-​bnedmin u hu inviżibbli għalihom. (Ġob 38:4, 7) Lil dawn il-​ħlejjaq superjuri, il-​Bibbja ssejħilhom “spirti” u “anġli.”—Salm 104:4.a

Kemm jeżistu anġli? Għadd enormi. Madwar it-​tron t’Alla hemm “mirjadi taʼ mirjadi” jew “għaxart elef għal għaxriet t’eluf” t’anġli. (Rivelazzjoni 5:11; nota taʼ taħt) Jekk din l-​espressjoni niħduha f’sens letterali, allura hemm mijiet taʼ miljuni t’anġli!

“[Jien] rajt . . . ħafna anġli li kienu madwar it-​tron  . . . , u l-​għadd tagħhom kien mirjadi taʼ mirjadi u eluf t’eluf.”—Rivelazzjoni 5:11.

X’kienu jagħmlu l-​anġli fiż-​żminijiet tal-​qedem?

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

L-​anġli spiss intużaw bħala kelliema jew messaġġiera t’Alla.b Fil-​Bibbja jiġu deskritti wkoll bħala li jwettqu xi għemejjel mirakolużi t’Alla. Alla bagħat anġlu biex ibierek lil Abraham u biex iżommu milli jissagrifika lil ibnu Iżakk. (Ġenesi 22:11-​18) Anġlu deher lil Mosè f’nofs siġra taqbad biex iwassallu messaġġ li biddel il-​ħajjiet. (Eżodu 3:1, 2) Meta l-​profeta Danjel ġie mitfugħ f’ħofra tal-​iljuni, “Alla . . . bagħat l-​anġlu tiegħu u għalaq ħalq l-​iljuni.”—Danjel 6:22.

“Imbagħad l-​anġlu taʼ Ġeħova deherlu [lil Mosè] fi fjamma tan-​nar f’nofs għollieqa.”—Eżodu 3:2.

X’inhuma jagħmlu l-​anġli issa?

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Ma nistgħux inkunu nafu dak kollu li qed jagħmlu l-​anġli llum. Però, il-​Bibbja tindika li huma involuti f’li jgħinu lil nies sinċieri jsiru jafu iktar dwar Alla.—Atti 8:26-​35; 10:1-​22; Rivelazzjoni 14:6, 7.

Ġeħova ta lill-​patrijarka Ġakobb ħolma li fiha ra anġli telgħin u neżlin “sellum” jew taraġ li kien bejn is-​sema u l-​art. (Ġenesi 28:10-​12) X’aktarx li minn din il-​ħolma Ġakobb ikkonkluda dak li nistgħu nikkonkludu aħna—li Alla Ġeħova jibgħat l-​anġli fuq l-​art fuq missjonijiet, biex jaġixxu għall-​benefiċċju taʼ bnedmin leali li għandhom bżonn l-​għajnuna tiegħu.—Ġenesi 24:40; Eżodu 14:19; Salm 34:7.

“Kien hemm sellum wieqaf fuq l-​art u l-​quċċata tiegħu kienet tasal sas-​smewwiet; u, ara, kien hemm l-​anġli t’Alla telgħin u neżlin fuqu.”—Ġenesi 28:12.

a Il-​Bibbja turi li xi spirti rribellaw kontra l-​awtorità t’Alla u ssejjaħ lil dawn l-​anġli mill-​agħar “demonji.”—Luqa 10:17-​20.

b Infatti, il-​kliem oriġinali bl-​Ebrajk u l-​Grieg li jintużaw fil-​Bibbja għall-​kelma “anġlu” jfissru “messaġġier.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja