LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp17 Nru. 5 pp. 4-5
  • Il-​verità dwar l-​anġli

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-​verità dwar l-​anġli
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
  • Materjal Simili
  • Min huma l-anġli jew x’inhuma?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • L-Anġli—“Spirti Għal Servizz Pubbliku”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • L-Anġli—Kif Jeffettwawna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • L-anġli
    Stenbaħ!—2017
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
wp17 Nru. 5 pp. 4-5
L-arkanġlu u eluf t’eluf t’anġli

SUĠĠETT PRINĊIPALI | L-ANĠLI—X’TGĦID IL-BIBBJA DWARHOM?

Il-​verità dwar l-​anġli

Tixtieq tkun taf il-​verità dwar l-​anġli—min huma, kif bdew jeżistu, u x’jagħmlu? Biex inkunu nafu dawn it-​tweġibiet, l-​aħjar hu li nfittxu fil-​Kelma mnebbħa t’Alla, il-​Bibbja. (2 Timotju 3:16) X’tgħidilna l-​Bibbja dwarhom?

  • Sewwasew bħalma Alla hu Spirtu, l-​anġli wkoll huma spirti inviżibbli li m’għandhomx “laħam u għadam.” L-​anġli leali jgħixu fis-​smewwiet u għandhom aċċess dirett għall-​preżenza t’Alla.—Luqa 24:39; Mattew 18:10; Ġwanni 4:24.

  • L-​anġli xi kultant dehru bħala bnedmin biex iwettqu l-​inkarigi li Alla jkun qabbadhom biex jagħmlu fuq l-​art. Imbagħad, meta lestew l-​inkarigu tagħhom, reġgħu saru spirti.—Imħallfin 6:11-​23; 13:15-​20.

  • Għalkemm fil-​Bibbja l-​anġli jiġu deskritti bħala rġiel u fuq l-​art dejjem dehru bħala rġiel, fir-​realtà l-​anġli la huma rġiel u lanqas nisa. Huma la jiżżewġu u lanqas inisslu. Iktar minn hekk, l-​anġli ma bdewx jeżistu bħala bnedmin fuq l-​art. Trabi, tfal, jew adulti li jmutu ma jsirux anġli. Ġeħova ħalaq l-​anġli; b’hekk il-​Bibbja ssejħilhom “ulied l-​Alla l-​veru.”—Ġob 1:6; Salm 148:2, 5.

  • Il-​Bibbja ssemmi “l-​ilsna tal-​bnedmin u taʼ l-​anġli,” u b’hekk tindika li l-​anġli għandhom il-​lingwa tagħhom. Għalkemm Alla uża l-​anġli biex jikkomunika mal-​bnedmin, hu la jippermettilna nqimuhom u lanqas nitolbu lilhom.—1 Korintin 13:1; Rivelazzjoni 22:8, 9.

  • Hemm għaxriet t’eluf għal għaxriet t’eluf t’anġli, forsi l-​għadd tagħhom hu bil-​biljuni.—Danjel 7:10; Rivelazzjoni 5:11.

  • L-​anġli huma “setgħanin fil-​qawwa”—bil-​wisq iktar b’saħħithom mill-​bnedmin—u għandhom intelliġenza li tisboq dik tal-​bniedem. Milli jidher huma jistgħu jivvjaġġaw b’veloċità enormi, iktar minn dak li nistgħu nimmaġinaw.—Salm 103:20; Danjel 9:20-​23.

  • Minkejja li huma bil-​wisq iktar setgħanin u intelliġenti, l-​anġli għandhom il-​limitazzjonijiet u hemm affarijiet li ma jafux.—Mattew 24:36; 1 Pietru 1:12.

  • L-​anġli ġew maħluqin b’karattri differenti, bi kwalitajiet divini, u bil-​libertà tal-​għażla. Għaldaqstant, bħall-​bnedmin, huma jistgħu jagħżlu li jagħmlu t-​tajjeb jew il-​ħażin. B’sogħba, xi anġli għażlu li jirribellaw kontra Alla.—Ġuda 6.

Kif inhuma organizzati l-​anġli t’Alla?

L-​arkanġlu, Mikiel, hu l-​kap tal-​anġli u għandu iktar qawwa u awtorità. L-​Iskrittura turi b’mod ċar li Mikiel hu isem ieħor għal Ġesù Kristu.—1 Tessalonikin 4:16; Ġuda 9.

Is-​serafini għandhom pożizzjoni għolja ħafna fost l-​anġli f’dawk li huma privileġġi u unuri, u huma qegħdin madwar it-​tron t’Alla.—Isaija 6:1-​3.

Il-​kerubini wkoll għandhom pożizzjoni għolja u jieħdu ħsieb responsabbiltajiet speċjali li huma assoċjati mill-​qrib mal-​glorja taʼ Dak li Jistaʼ Kollox. Spiss dawn jidhru bħala li qed jagħtu servizz lil Alla.—Ġenesi 3:24; Eżekjel 9:3; 11:22.

L-​għaxriet t’eluf taʼ messaġġiera anġeliċi oħra jwettqu r-​rieda divina billi jaqdu bħala aġenti u deputati tal-​Iktar Għoli.a—Ebrej 1:7, 14.

a Għal iktar informazzjoni dwar l-​anġli, ara kapitlu 10 tal-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? kif ukoll l-​artiklu li għandu x’jaqsam miegħu fl-​appendiċi “Min Hu Mikiel l-​Arkanġlu?” ippubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova. Disponibbli wkoll fuq www.jw.org/mt.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja