LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • kp pp. 6-8
  • Dan Kollu Xi Jfisser?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Dan Kollu Xi Jfisser?
  • Ibqaʼ Għassa!
  • Materjal Simili
  • Qegħdin Aħna Ngħixu fl-​“Aħħar Jiem”?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • L-Iskop t’Alla Dalwaqt Se Jiġi Rrealizzat
    X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja? Kif Tista’ Ssibu?
  • L-Aħbar Tajba li Jixtiquk Tismaʼ
    Ix-Xhieda taʼ Jehovah—Min Huma? X’Jemmnu?
  • Meta Se Jiġi l-Aħħar tad-Dinja? Ġesù X’Qal?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2021
Ara Iżjed
Ibqaʼ Għassa!
kp pp. 6-8

Dan Kollu Xi Jfisser?

ĠESÙ KRISTU qal: “Tmiem is-​sistema [dinjija]” kellu jiġi identifikat minn gwerer, nuqqas taʼ ikel, mard li jittieħed, u terremoti.​—Mattew 24:​1-8; Luqa 21:​10, 11.

Sa mill-​1914, il-​ħajja ġiet irvinata bil-​gwerer bejn nazzjonijiet u bejn gruppi etniċi, ħafna drabi minħabba ndħil politiku minn membri tal-​kleru, u issa minħabba attakki terroristiċi li dejjem qed jinfirxu.

Minkejja l-​iżviluppi xjentifiċi, in-​nuqqas estrem taʼ ikel jeffettwa lil mijiet taʼ miljuni taʼ nies madwar id-​dinja. Kull sena, miljuni taʼ nies imutu minħabba nuqqas taʼ ikel.

Il-mard li jittieħed, jew il-​pesti, ukoll huwa parti mis-​sinjal li ta Ġesù. Wara l-​ewwel gwerra dinjija, epidemija taʼ influwenza qatlet iktar minn 21,000,000 ruħ. B’differenza għall-​mard li fil-​passat effettwa ċerti nħawi biss, din laħqet nazzjonijiet sħaħ madwar id-​dinja kif ukoll gżejjer imbiegħda. L-​AIDS bħalissa qed tolqot lid-​dinja kollha, u pesti oħrajn bħat-​tuberkulosi, il-​malarja, ir-​river blindness, u l-​marda taʼ Chagas qed ikomplu jinfirxu f’pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw.

Huwa rapportat li kull sena jkun hemm għaxriet t’eluf taʼ terremoti taʼ qawwa differenti. Minkejja l-​apparat li hawn illum kif ukoll il-​mezzi biex isiru r-​rapporti, fl-​aħbarijiet spiss jissemmew diżastri kaġunati mit-​terremoti f’postijiet fejn joqogħdu ħafna nies.

Il-Bibbja bassret ukoll: “Kun af dan, li fl-​aħħar jiem ikun hawn żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom. Għax in-​nies ikunu jħobbu lilhom infushom, iħobbu l-​flus, minfuħin bihom infushom, suppervi, midgħija, diżubbidjenti lejn il-​ġenituri, ingrati, żleali, mingħajr imħabba naturali, ma jkunux iridu jiftiehmu, kalunnjaturi, mingħajr rażna, feroċi, mingħajr imħabba għat-​tajjeb, tradituri, rashom iebsa, imkabbrin, iħobbu l-​pjaċiri minflok ma jħobbu lil Alla, ikollhom għamla taʼ devozzjoni lejn Alla imma ma jurux bil-​fatti l-​qawwa tagħha; nies bħal dawn aħrabhom.”​—2 Timotju 3:​1-5.

Ma taqbilx li aħna qegħdin ngħixu fi “żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom”?

Innotajt int li n-​nies, b’mod esaġerat, iħobbu lilhom infushom, iħobbu l-​flus, u huma mqanqlin mill-​għira?

Min se jmieri l-​fatt li d-​dinja hija mimlija b’nies li dejjem iridu imma qatt m’huma grati, ma jaslux għal ftehim, u m’humiex leali?

Konxju int dwar kemm id-​diżubbidjenza lejn il-​ġenituri flimkien maʼ nuqqas tant kbir t’affezzjoni żdiedu b’mod drammatiku, mhux biss fi ftit pajjiżi imma mal-​globu kollu?

Bla dubju int tirrealizza li aħna ngħixu f’dinja li hi fis-​sakra bl-​imħabba għall-​pjaċiri imma li hija nieqsa mill-​imħabba għat-​tajjeb. Hekk tiddeskrivihom il-​Bibbja l-​attitudnijiet li kellhom jispikkaw fl-​“aħħar jiem.”

Għandna bżonn taʼ iktar provi biex nagħrfu ż-​żmien li qed ngħixu fih? Ġesù bassar ukoll li matul dan iż-​żmien li qed insemmu, l-​aħbar tajba tas-​Saltna kellha tixxandar fl-​art abitata kollha. (Mattew 24:14) Qiegħed jiġri dan?

It-Torri taʼ l-​Għassa, rivista bbażata fuq il-​Bibbja bl-​iskop li tħabbar laħbar tajba tas-​Saltna taʼ Ġeħova, jiġi stampat regolarment f’iktar lingwi minn kull rivista oħra li toħroġ kull tant żmien.

Kull sena, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jqattgħu iktar minn biljun siegħa jippridkaw personalment lil oħrajn dwar is-​Saltna t’Alla.

Bħalissa, huma jippubblikaw letteratura li tispjega l-​Bibbja f’madwar 400 lingwa, fosthom lingwi li jinqraw minn gruppi iżolati u b’popolazzjoni żgħira. Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova laħqu lill-​ġnus kollha bl-​aħbar tajba; huma ppridkaw ukoll f’ħafna gżejjer u territorji li huma żgħar wisq biex ikollhom sinifikat fid-​dinja politika. Fil-​maġġorparti taʼ l-​artijiet, huma għandhom programm regulari taʼ edukazzjoni mill-​Bibbja.

Tabilħaqq, l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla qed tiġi pridkata fl-​art abitata kollha, mhux biex tikkonverti d-​dinja, imma biex tingħata xiehda. In-​nies taʼ kullimkien qed jingħataw opportunità biex juru jekk jimpurtahomx minn dak li ħalaq is-​sema u l-​art u jekk humiex se juru rispett għal-​liġijiet tiegħu u mħabba għal għajrhom.​—Luqa 10:​25-​27; Rivelazzjoni 4:11.

Fi ftit żmien ieħor, is-​Saltna t’Alla se tnaddaf l-​art mill-​ħażen kollu u tagħmilha ġenna globali.​—Luqa 23:43.

[Kaxxa f’paġna 6]

L-​Aħħar Jiem taʼ Xiex?

M’humiex l-​aħħar jiem taʼ l-​umanità. Għal dawk li jagħmlu r-​rieda t’Alla, il-​Bibbja toffri l-​prospett taʼ ħajja taʼ dejjem.​—Ġwanni 3:​16, 36; 1 Ġwanni 2:​17.

M’humiex l-​aħħar jiem taʼ l-​art. Il-​Kelma t’Alla twiegħed li l-​art abitata se tibqaʼ għal dejjem.​—Salm 37:29; 104:5; Isaija 45:18.

Minflok, dawn huma l-​aħħar jiem taʼ din is-​sistema dinjija vjolenti u bla mħabba kif ukoll taʼ dawk li jiggranfaw mal-​modi tagħha.​—Proverbji 2:​21, 22.

[Kaxxa/Stampa f’paġna 7]

Hija l-​Bibbja Verament il-​Kelma t’Alla?

Darba wara l-​oħra, il-​profeti tal-​Bibbja kitbu: “Dan jgħid il-​Mulej.” (Isaija 43:14; Ġeremija 2:2) Anki Ġesù Kristu, l-​Iben t’Alla, saħaq li hu ma kienx jitkellem ‘minnu nnifsu.’ (Ġwanni 14:10) Il-​Bibbja nfisha tgħid ċar u tond: “L-​Iskrittura kollha hi mnebbħa minn Alla.”​—2 Timotju 3:​16.

L-​ebda ktieb ieħor m’huwa pubblikat f’daqstant lingwi​—iktar minn 2,200, kif rapportat mill-​United Bible Societies. Lebda ktieb ieħor ma ġie mqassam daqshekk​—issa iktar minn erbaʼ biljun kopja. Mhux hekk tistenna minn messaġġ mingħand Alla li huwa għall-​bnedmin kollha?

Għal diskussjoni iktar fil-​fond dwar l-​evidenzi li l-​Bibbja hija ispirata minn Alla, ara l-​browxer Ktieb għan-​Nies Kollha, pubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

Jekk taqra l-​Bibbja u tagħraf il-​fatt li verament hija mnebbħa minn Alla, int se tibbenefika bil-​kbir.

[Kaxxa/Stampa f’paġna 8]

X’Inhi s-​Saltna t’Alla?

Din hija l-​gvern fis-​sema stabbilit mill-​Alla veru, Ġeħova, il-​Ħallieq tas-​sema u l-​art.​—Ġeremija 10:​10, 12.

Il-​Bibbja tidentifika lil Ġesù Kristu bħala l-​wieħed li lilu Alla jagħti l-​awtorità għal ħakma bħal din. (Rivelazzjoni 11:15) Meta kien fuq l-​art, Ġesù wera li hu diġà kellu awtorità taʼ l-​għaġeb mingħand Alla​—awtorità li permezz tagħha setaʼ jikkontrolla l-​elementi tan-​natura, ifejjaq kull xorta taʼ mard, u saħansitra jqajjem lill-​mejtin. (Mattew 9:​2-8; Marku 4:​37-​41; Ġwanni 11:​11-​44) Il-​profezija mnebbħa tal-​Bibbja bassret li Alla kien se jagħtih ukoll “ħakma, ġieħ, u saltna, biex lilu jaqdi kull ġens, u poplu, u lsien.” (Danjel 7:​13, 14) Dak il-​gvern jissejjaħ is-​Saltna tas-​sema; huwa mis-​sema li issa Ġesù Kristu qiegħed jeżerċita l-​ħakma tiegħu.

[Stampi f’paġna 7]

L-​ippridkar taʼ l-​aħbar tajba madwar il-​globu

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja