LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w04 11/1 pp. 3-4
  • It-Tfittxija għal Tmexxija Tajba

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-Tfittxija għal Tmexxija Tajba
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “Irridu Nikkuntentaw b’li Għandna”—Imma Għandna Nagħmlu Hekk?
  • Min Hu l-Aħjar Mexxej għal-Lum?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Tmexxija Tajba Fejn Nistgħu Nsibuha?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Lil Min Tixtieq li Jmexxi?—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
  • Insegwu lil Kristu, il-Mexxej Perfett
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
w04 11/1 pp. 3-4

It-​Tfittxija għal Tmexxija Tajba

“Itlaq, għedtlek, issa spiċċajna minn miegħek. F’isem Alla, itlaq!”—Oliver Cromwell; kwotat minn Leopold Amery, membru tal-​Parlament Ingliż.

It-​tieni gwerra dinjija kienet ilha għaddejja tmien xhur u ġabet ħerba, u l-​Britannja u l-​alleati tagħha ma tantx kienu sejrin tajjeb. Fl-​opinjoni taʼ Leopold Amery u oħrajn fil-​gvern,kien hemm bżonn bidla fit-​tmexxija. Għalhekk, fis-​7 taʼ Mejju,1940, fil-​Kamra tal-​Komuni, is-​Sur Amery ikkwota l-​kliem t’hawn fuq lill-​Prim Ministru Neville Chamberlain. Tlett ijiem wara, is-​Sur Chamberlain telaq il-​kariga tiegħu, u Winston Churchill ħadlu postu.

IT-​TMEXXIJA hija bżonn bażiku taʼ l-​umanità, imma mhux kull mexxej huwa tajjeb. Anki f’familja, il-​missier għandu jkun kapaċi jmexxi jekk irid li martu u wliedu jkunu ferħanin. Immaġina, mela, x’inhu mistenni minn mexxej nazzjonali jew dinji! Mhux taʼ b’xejn li huwa diffiċli ssib mexxejja tajbin.

Għaldaqstant, għal eluf taʼ snin, kien hemm ħafna inkurunazzjonijiet, rivoluzzjonijiet, kolpi taʼ stat, ħatriet, elezzjonijiet, assassinji, u bidliet taʼ reġimi. Slaten, prim ministri, prinċpijiet, presidenti, segretarji ġenerali, u dittaturi filli kienu fil-​poter u filli ma baqgħux. Bidliet mhux mistennijin neħħew saħansitra lil ħakkiema potenti. (Ara l-​kaxxa “F’Daqqa Waħda bla Poter,” f’paġna 5.) Xorta waħda, kien u għadu diffiċli biex tinstab tmexxija tajba u li ddum.

“Irridu Nikkuntentaw b’li Għandna”—Imma Għandna Nagħmlu Hekk?

Għalhekk, mhix sorpriża li ħafna qatgħu qalbhom li jsibu tmexxija tajba. F’xi pajjiżi, l-​apatija u n-​nuqqas taʼ tama jidhru ċar b’mod speċjali meta tkun waslet xi elezzjoni. Geoff Hill, ġurnalist fl-​Afrika, innota li meta n-​nies iħossu li m’għandhomx qawwa biex ibiddlu l-​miżerja li jkunu qed jgħixu fiha jsiru apatetiċi jew ma jmorrux jivvotaw. Hu kompla jgħid li fl-​Afrika meta n-​nies ma jivvotawx ma jfissirx li huma kuntenti bis-​sitwazzjoni taʼ madwarhom. Ħafna drabi li jkun qed jiġri hu li dawk li jħossu li ħadd m’hu jismagħhom ikunu qed jgħajtu għall-​għajnuna. B’mod simili, wieħed li jikteb fil-​gazzetti fl-​Istati Uniti kiteb dwar elezzjoni li kienet riesqa: “Nixtieq li hemm kandidat perfett fost dawk li ħerġin għall-​elezzjoni.” Hu żied jgħid: “M’hemm ebda kandidat bħal dan. Qatt ma jkun hemm. Irridu nikkuntentaw b’li għandna.”

Huwa minnu li l-​umanità m’għandha ebda għażla oħra ħlief li ‘tikkuntenta’ b’mexxejja imperfetti? Ifisser dan li għalkemm il-​mexxejja umani naqsu li jissodisfaw il-​bżonnijiet tas-​sudditi tagħhom qatt m’hu se jkollna tmexxija tajba? Le. Hemm tmexxija mill-​aqwa disponibbli. L-​artiklu li jmiss se jikkunsidra min hu l-​mexxej ideali għall-​umanità u kif is-​servizzi tiegħu jistgħu jkunu taʼ benefiċċju għal miljuni taʼ nies minn kull sfond—inkluż int.

[Stampi f’paġna 3]

Xellug fuq: Neville Chamberlain

Lemin fuq: Leopold Amery

Isfel: Winston Churchill

[Sorsi]

Chamberlain: Photo by Jimmy Sime/Central Press/Getty Images; Amery: Photo by Kurt Hutton/Picture Post/Getty Images; Churchill: The Trustees of the Imperial War Museum (MH 26392)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja