LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 4/15 pp. 21-22
  • Għajnuna Siewja għat-Traduzzjoni

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għajnuna Siewja għat-Traduzzjoni
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Materjal Simili
  • Ġrajja Sinjifikanti Għal Dawk Li Jħobbu l-Kelma t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • In-New World Translation Apprezzata minn Miljuni fid-Dinja Kollha
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Kif Tistaʼ Tagħżel Traduzzjoni Tajba tal-Bibbja?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Is-​Sena 2000 Se Tiġi Effettwat Int jekk il-​Kompjuters Jieqfu Jaħdmu?
    Stenbaħ!—1999
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 4/15 pp. 21-22

Għajnuna Siewja għat-​Traduzzjoni

L-​AWTUR tal-​Bibbja, Alla Ġeħova, jixtieq li l-​aħbar tajba tas-​Saltna tiegħu tixxandar lil “kull ġens u tribù u lsien u poplu.” (Rivelazzjoni 14:6) Hu jrid li l-​bnedmin kollha jkollhom il-​possibbiltà li jaqraw il-​Kelma miktuba tiegħu. Għal dan l-​għan, il-​Bibbja nqalbet f’iktar lingwi minn kwalunkwe ktieb ieħor fid-​dinja. Eluf taʼ tradutturi ddedikaw ħafna ħin jew għamlu sforzi kbar biex iwasslu l-​ħsibijiet t’Alla b’lingwa oħra.

Imma l-​Bibbja m’hijiex biss ktieb li jiġi tradott. Din stess intużat kemm-il darba bħala għajnuna fit-​traduzzjoni taʼ kitbiet oħra. Ħafna tradutturi qabblu l-​mod kif ġew tradotti xi espressjonijiet fil-​Bibbja b’diversi lingwi biex b’hekk isibu mod tajjeb kif jittraduċu ċertu kliem. Il-​karatteristiċi tal-​Bibbja bħala mezz t’għajnuna għat-​traduzzjoni issa bdew jintużaw ukoll fit-​traduzzjoni bil-​kompjuters.

Hija xi ħaġa ferm diffiċli biex kompjuter jittraduċi. Xi esperti saħansitra ħassew li kompjuter ma jistax jittraduċi. Għala? Lingwa m’hijiex biss ġabra taʼ kliem. Kull lingwa għandha l-​frażijiet, ir-​regoli, l-​eċċezzjonijiet għal dawn ir-​regoli, u l-​idjomi tagħha, kif ukoll ċerti espressjonijiet indiretti li jinftiehmu biss minn bniedem li jaf sew dik il-​lingwa. Il-​programmi biex jgħallmu dan kollu lill-​kompjuters ma tantx irnexxew. Il-​biċċa l-​kbira mit-​traduzzjonijiet li għamlu l-​kompjuters bilkemm kienu jinftiehmu.

Madankollu, issa x-​xjenzati tal-​kompjuters qed jiskopru metodi ġodda. Franz Josef Och, speċjalista ewlieni fit-​traduzzjoni bil-​kompjuters, jgħid li l-​metodu tagħhom juża għadd taʼ siltiet li diġà ġew tradotti biex isib l-​iktar traduzzjoni li taqbel. Ejja ngħidu li trid tittraduċi mill-​Ħindi għall-​Ingliż. L-​ewwel, trid issib xi kitba li teżisti diġà biż-​żewġ lingwi. Imbagħad iddaħħalha fil-​kompjuter. Il-​kompjuter iqabbel iż-​żewġ kitbiet. Per eżempju, meta l-​kompjuter isib l-​istess kelma bil-​Ħindi f’ħafna postijiet differenti u kull darba fil-​frażi li taqbel magħha jsib il-​kelma bl-​Ingliż għal “dar,” il-​kompjuter jikkonkludi li din il-​kelma bil-​Ħindi żgur li hi l-​kelma għal “dar.” U x’aktarx madwarha jkun hemm l-​aġġettivi, bħal “kbira,” “żgħira,” “qadima,” jew “ġdida.” Għaldaqstant, il-​kompjuter jifforma lista taʼ termini u frażijiet li jaqblu. Wara dan it-​“taħriġ,” li jistaʼ jieħu biss ftit jiem jew ġimgħat, il-​kompjuter jistaʼ japplika dak li “tgħallem” għal kitba oħra. Filwaqt li t-​traduzzjoni li tirriżulta forsi ma tkunx taʼ kwalità tajba fejn jidħlu l-​grammatika u l-​istil, ġeneralment wieħed ikun jistaʼ jifhem biżżejjed it-​tifsira u d-​dettalji importanti.

Il-kwalità tat-​traduzzjoni tiddependi ħafna mill-​kwantità u l-​kwalità tal-​kliem li jkun iddaħħal fil-​kompjuter fil-​bidu. U huwa f’dan l-​aspett li l-​Bibbja kienet siewja. Din ġiet tradotta bir-​reqqa f’għadd taʼ lingwi, tistaʼ tinkiseb malajr, u fiha ammont kbir taʼ kliem. Għalhekk, il-​Bibbja kienet l-​ewwel għażla tar-​riċerkaturi meta kienu qed iħarrġu l-​kompjuter għal lingwa ġdida.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja