Programm Ġdid Tal-Jum T’Assemblea Speċjali
“Agħmlu Kollox Minħabba L-Aħbar Tajba” hija t-tema tal-programm ġdid tal-jum t’assemblea speċjali li se jibda f’Settembru. (1 Kor. 9:23) L-aħbar tajba tas-Saltna hija l-iktar aħbar importanti mismugħa llum. Il-programm se jgħinna napprezzaw il-privileġġ uniku li għandna taʼ li nġorru din l-aħbar meraviljuża. Se jagħmlilna wkoll il-kuraġġ biex nibqgħu niddikjaraw l-aħbar tajba bla waqfien.—Atti 5:42.
Il-programm se jurina kif nutilizzaw bis-sħiħ it-taħriġ teokratiku tagħna sabiex inkunu nistgħu nwettqu dak kollu li nistgħu fil-ministeru. Se nisimgħu mingħand uħud li għamlu xi tibdil biex ikabbru s-servizz tagħhom, inklużi żgħażagħ li qed jagħmlu ħilithom kollha biex ixerrdu l-aħbar tajba.—Qabbel Filippin 2:22.
It-taħdita prinċipali, li se tingħata minn kelliemi mistieden, se tenfasizzalna l-bżonn li nibqgħu “nkunu fdati bl-evanġelju.” (1 Tess. 2:4, KŻ) Se niġu megħjunin naraw li jekk irridu nżommu l-privileġġ li naqsmu l-aħbar tajba m’oħrajn, irridu kontinwament nikkwalifikaw fil-ħtiġijiet u l-livelli t’Alla fil-ħsieb u fil-kondotta tagħna. Se jiġu enfasizzati wkoll il-barkiet li nirċievu jekk nagħmlu din ir-rieda.
Titlifx dan il-programm vitali. Uħud dedikati ġodda li jixtiequ jitgħammdu fil-jum t’assemblea speċjali għandhom jinformaw minnufih lill-indokratur li jippresiedi. Stieden lil kulmin tistudja miegħu biex jattendi. Ejjew inħallu lil Jehovah isaħħaħna biex nagħmlu kollox minħabba l-aħbar tajba u b’hekk inlestu l-akbar xogħol li jrid isir qabel Armageddon.