Programm Ġdid tal-Jum t’Assemblea Speċjali
“Kunu Rġiel Magħmula fil-Qawwiet tal-Fehma” hija t-tema tal-programm tal-jum t’assemblea speċjali li se tibda f’Settembru 2000. (1 Kor. 14:20) Għala se jkun taʼ benefiċċju li nattendu? Aħna ngħixu f’dinja mimlija ħażen. Sabiex nifilħu għal dan, irridu niżviluppaw il-qawwiet tagħna tal-fehma spiritwali, u b’hekk inkunu nistgħu nirbħu l-ħażin bit-tajjeb. Il-programm tal-jum t’assemblea speċjali se jgħinna nagħmlu hekk.
Fis-sessjoni tal-ftuħ, l-indokratur tas-circuit se jiddiskuti “Għajnuniet biex Issir Matur f’li Tifhem il-Bibbja.” Se jurina kif insiru stabbli fil-fidi Kristjana. Il-kelliemi li jkun qed iżurna se jenfasizza kif l-użu nnifsu, jew l-applikar, tal-prinċipji tal-Bibbja huwa vitali f’li niżviluppaw dixxerniment kbir. Dan se jagħmlu hekk kif jitkellem fuq it-tema “Ipproteġi l-Ispiritwalità Billi Tħarreġ is-Sens biex Tagħżel.”
Iż-żgħażagħ ukoll iridu jiżviluppaw il-qawwiet tal-fehma tagħhom. Dan se jiġi diskuss fil-partijiet “Għala Nkunu Tfal fil-Ħażen” u “Żgħażagħ li Jiksbu l-Fehma Issa.” Ismaʼ lil xi żgħażagħ jirrakkontaw x’jagħmlu biex jissaħħu spiritwalment, u b’hekk ikunu jistgħu jikkontrollaw kwalunkwe kurżità dwar l-attivitajiet mill-agħar taʼ din id-dinja u jevitaw l-inkwiet.
Kif se nsibu l-akbar ferħ f’ħajjitna? Il-kelliemi li jkun qed iżurna se jispjega dan fit-taħdita taʼ l-għeluq “Ibbenefika Milli Tapplika l-Prinċipji tal-Bibbja bil-Fehma.” Hu se jagħti xi eżempji biex juri li jekk aħna napplikaw il-Kelma t’Alla, dan se jgħinna nkampaw mal-problemi, nagħmlu deċiżjonijiet u nibbenefikaw tassew minn dak li qed jgħallimna Jehovah.
Dawk li fl-assemblea jixtiequ jissimbolizzaw id-dedikazzjoni tagħhom lil Alla permezz tal-magħmudija taʼ l-ilma jridu jgħidu lill-indokratur li jippresiedi malajr kemm jistaʼ jkun. Immarka l-kalendarju tiegħek eżatt kif titħabbar id-data tal-jum t’assemblea speċjali, u kun ċert li tagħmel il-pjanijiet meħtieġa biex tattendi ħalli tibbenefika minn dan il-programm daqshekk mimli. Titlef ebda parti mill-jum t’assemblea speċjali! Dan se jsaħħek biex tissaporti din is-sistema mill-agħar u tibqaʼ leali lejn Jehovah.