LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 9/03 p. 1
  • Ittra mill-Uffiċċju

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ittra mill-Uffiċċju
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Materjal Simili
  • Xiehda Ċara taʼ Mħabba, Fidi, u Ubbidjenza
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Żjara fi Stamperija Rimarkevoli
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Ittra mill-Uffiċċju
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Ittra mill-Uffiċċju taʼ Malta
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2003
km 9/03 p. 1

Ittra mill-​Uffiċċju

Għeżież Pubblikaturi tas-​Saltna:

“Alla hu li kabbar.” (1 Kor. 3:6) Kemm huwa eċċitanti li tara t-​tkabbir f’Malta! Qegħdin isiru madwar 20 studju tal-​Bibbja iktar minn kemm bejn wieħed u ieħor kienu jsiru kull xahar fis-​sena taʼ servizz 2002. Kien hemm ukoll żjieda fin-​numru taż-​żjajjar lura kull xahar; bejn wieħed u ieħor 300 iktar kull xahar meta mqabbel mas-​sena l-​oħra. In-​numru taʼ persuni li ssimbolizzaw id-​dedikazzjoni tagħhom lil Jehovah permezz tal-​magħmudija bl-​ilma kien id-​doppju taʼ dak tas-​sena 2002. Verament dan huwa taʼ min ifaħħru u jindika l-​possibbiltà kbira ħafna li hemm għal tkabbir fil-​futur.

Jehovah qiegħed ukoll ibierek l-​attività fit-​territorju tal-​lingwa barranija. Fil-​kongregazzjoni tal-​lingwa barranija f’Malta, qed isiru sittin studju tal-​Bibbja maʼ total taʼ wieħed u tmenin persuna. Dawn jinkludu persuni minn ħamsa u għoxrin pajjiż differenti. Jalla nistinkaw ħalli nilħqu l-​eluf taʼ nies barranin li jgħixu f’Malta.

F’Betel fl-​Ingilterra, ix-​xogħol tlesta fuq il-​Press Hall, il-​post fejn se jkun hemm il-​magna taʼ l-​istampar il-​ġdida, u fuq il-​gallerija għall-​viżitaturi, ħalli jsiru l-​preparamenti għall-​installazzjoni tal-​magna taʼ l-​istampar il-​ġdida. Partijiet mill-​magna bdew jaslu fl-​aħħar ġurnata taʼ Lulju, u issa l-​aħwa huma ’l quddiem mhux ħażin biex jgħaqqduha u jlestuha. Iktar minn hekk, il-​makkinarju tar-​rivisti qiegħed jitlesta wkoll ħalli jistampa d-​90,000 rivista li l-​istamperija MAN se tipproduċi kull siegħa. L-​ittestjar u x-​xogħol b’dan il-​makkinarju dalwaqt se jinbdew. Se nżommukom informati dwar il-​progress.

Sakemm nibdew is-​sena taʼ servizz 2004, aħna flimkien magħkom nitolbu li Jehovah jibqaʼ ‘jkabbar.’

Ħutkom,

L-Uffiċċju f’Malta

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja