LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/13 p. 2
  • Il-Kelma t’Alla Hi Qawwija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Kelma t’Alla Hi Qawwija
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • Materjal Simili
  • Programm tal-Jum t’Assemblea Speċjali għall-2010
    Il-Ministeru tas-Saltna—2009
  • “Ikel fiż-Żmien Xieraq”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2010
  • Programm Ġdid tal-Jum t’Assemblea Speċjali
    Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Programm Ġdid Għall-jum t’Assemblea Speċjali
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2013
km 8/13 p. 2

Il-​Kelma t’Alla Hi Qawwija

1. X’inhi t-​tema tal-​jum t’assemblea speċjali għas-​sena taʼ servizz 2014?

1 Kuntrarju għal kwalunkwe ħaġa li toriġina mill-​bnedmin imperfetti, il-​Bibbja għandha l-​qawwa li tbiddilna billi ġġibilna l-​ħsibijiet u l-​modi tagħna fi qbil mar-​rieda taʼ Ġeħova. Iżda kemm hi qawwija l-​Kelma t’Alla? Kif nistgħu nużaw il-​qawwa tagħha bis-​sħiħ f’ħajjitna? Kif nistgħu nużawha b’mod iktar effettiv biex ngħinu lil ħaddieħor? Aħna fiduċjużi li lkoll se ninbnew spiritwalment hekk kif dawn il-​punti jiġu kunsidrati matul il-​programm tal-​jum t’assemblea speċjali mħejji għas-​sena taʼ servizz 2014. It-​tema tal-​assemblea hi “Il-​Kelma t’Alla Hi Qawwija,” meħuda minn Ebrej 4:12.

2. Għandna nagħtu widen għat-​tweġibiet għal liema mistoqsijiet?

2 Sib it-​Tweġibiet Għal Dawn il-​Mistoqsijiet: Int u tagħti widen matul il-​programm, ħu nota tat-​tweġibiet għall-​mistoqsijiet imniżżlin hawn taħt.

• Għala għandu jkollna fiduċja fil-​Kelma taʼ Ġeħova? (Salm 29:4)

• Kif nistgħu nesperjenzaw il-​qawwa tal-​Kelma t’Alla f’ħajjitna stess? (Salm 34:8)

• Kif tistaʼ tuża bis-​sħiħ il-​qawwa tal-​Kelma t’Alla fil-​ministeru tiegħek? (2 Tim. 3:16, 17)

• Kif nistgħu nevitaw li nisfaw vittmi tal-​qawwa qarrieqa tad-​dinja taʼ Satana? (1 Ġw. 5:19)

• Bħala żagħżugħ, kif tistaʼ tikseb suċċess f’sens spiritwali? (Ġer. 17:7)

• Kif nistgħu nsiru setgħanin avolja nkunu dgħajfin? (2 Kor. 12:10)

• X’inhu s-​sigriet tat-​tibdil kontinwu, anki rigward drawwiet u attitudnijiet li jkollhom għeruq fil-​fond? (Efes. 4:23)

3. Minbarra li nagħtu widen matul il-​programm, kif iktar nistgħu nibbenefikaw mill-​jum t’assemblea speċjali?

3 Kemm se nibbenefikaw jekk nagħtu widen għal din l-​informazzjoni importanti! Iktar minn hekk, il-​jum t’assemblea speċjali, bħall-​assemblea tas-​circuit u l-​konvenzjoni distrettwali, se jagħtina opportunitajiet biex inwessgħu qalbna u ngawdu sħubija maʼ ħutna minn kongregazzjonijiet oħrajn. (Salm 133:1-​3; 2 Kor. 6:11-​13) Għalhekk, warrab il-​ħin biex tissieħeb maʼ ħbieb antiki u biex tagħmel ħbieb ġodda. Jekk kelliemi minn barra, bħal pereżempju indokratur tad-​distrett jew xi ħu mill-​Betel, ikun ġie assenjat għall-​jum t’assemblea speċjali, għala ma tiħux l-​opportunità biex tilqaʼ lilu u lil martu? Tabilħaqq, aħna għandna ħafna raġunijiet biex inħarsu ’l quddiem għall-​jum t’assemblea speċjali li ġej!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja