LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 8/15 pp. 4-7
  • “Kif fis-Sema, Ukoll fuq l-Art”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Kif fis-Sema, Ukoll fuq l-Art”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Fuq l-​Art jew fis-​Sema?
  • Skop Etern għall-​Art
  • L-​Iskop t’Alla Jitwettaq Żgur
  • “Kif fis-​Sema, Ukoll fuq l-​Art”
  • “Il-Ġwejdin Għad Jirtu l-Art”—Kif?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • X’Inhu L-Iskop T’Alla Għall-Art?
    Alla X’Jirrikjedi Minna?
  • Id-Dinja Tagħna Qatt Se Tinqered?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Il-Ħajja f’Dinja Ġdida taʼ Paċi
    Il-Ħajja f’Dinja Ġdida taʼ Paċi
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 8/15 pp. 4-7

“Kif fis-​Sema, Ukoll fuq l-​Art”

“It-​twemmin Kattoliku jispeċifika Erbaʼ Affarijiet tat-​Tmiem: Il-​Mewt, il-​Ġudizzju, l-​Infern, il-​Ġenna.”​—Catholicism, maħruġ minn George Brantl.

INNOTA li f’din il-​lista taʼ possibbiltajiet għall-​umanità, l-​art mhix inkluża. Dan ma jissorprendiniex minħabba li l-​Knisja Kattolika, bħal għadd taʼ reliġjonijiet oħra, temmen li xi darba l-​art se tinqered. Id-​Dictionnaire de Théologie Catholique jagħmel dan ċar taħt is-​sottitlu “Tmiem id-​Dinja”: “Il-​Knisja Kattolika temmen u tgħallem li d-​dinja preżenti, kif ħalaqha Alla u kif teżisti, mhix se tibqaʼ għal dejjem.” Katekiżmu Kattoliku reċenti wkoll jippreżenta din l-​idea: “Id-​dinja tagħna . . . hija destinata li tispiċċa.” Iżda jekk il-​pjaneta tagħna se tispiċċa, x’jiġri mill-​wegħdi tal-​Bibbja taʼ ġenna taʼ l-​art?

Il-Bibbja titkellem b’mod ċar dwar ġenna fuq l-​art li għad trid tiġi. Per eżempju, il-​profeta Isaija ddeskriva l-​art u l-​abitanti tagħha b’dan il-​mod: “Huma għad jibnu djarhom u jgħammru fihom, iħawwlu d-​dwieli u jieklu frotthom. Ma jibnux biex jgħammar ħaddieħor, u ma jħawwlux biex jiekol ħaddieħor; għax il-​poplu tiegħi jgħix daqs kemm jgħixu s-​siġar, u l-​magħżulin tiegħi jistgħallu xogħol idejhom.” (Isaija 65:​21, 22) Il-​Lhud, li lilhom Alla ta dawn il-​wegħdi, kienu ċerti li l-​Art Imwiegħda​—tabilħaqq, l-​art kollha kemm hi​—xi darba kienet se ssir ġenna taʼ l-​art għall-​benefiċċju dejjiemi taʼ l-​umanità.

Salm 37 jikkonferma din it-​tama. “Il-​ġwejdin għad jirtu l-​art.” (Salm 37:11) Dan il-​vers mhux qed jitkellem dwar restawrazzjoni temporanja biss tal-​ġens taʼ Iżrael għall-​Art Imwiegħda. L-​istess salm jgħid: “Il-​ġusti jirtu l-​art, u jgħammru fiha għal dejjem.” (Salm 37:29)a Innota li dan is-​salm jgħid li l-​ħajja taʼ dejjem fuq l-​art se tkun premju għal uħud “ġwejdin.” F’Bibbja bil-​Franċiż, kumment fuq dan il-​vers jgħid li l-​kelma “ġwejdin” “għandha tifsira ħafna iktar estensiva minn dik li tidher fit-​traduzzjonijiet; tinkludi l-​imsejknin, dawk imnikktin jew persegwitati f’isem Jaħweh, qlub umli li huma sottomessi lejn Alla.”

Fuq l-​Art jew fis-​Sema?

Fil-​Priedka taʼ fuq il-​Muntanja, Ġesù għamel wegħda li tfakkarna fl-​iskritturi kwotati hawn fuq: “Henjin il-​ġwejdin, għax għad jirtu l-​art.” (Mattew 5:5) Għal darb’oħra, l-​art għandha tkun premju dejjiemi għal dawk leali. Madankollu, Ġesù għamilha ċara lill-​appostli tiegħu li hu kien qed iħejji post għalihom “f’dar Missier[u]” u li kellhom ikunu miegħu fis-​sema. (Ġwanni 14:​1, 2; Luqa 12:32; 1 Pietru 1:​3, 4) Għalhekk, kif għandna nifhmu l-​wegħdi taʼ barkiet fuq l-​art? Għadhom jgħoddu llum, u għal min japplikaw?

Diversi studjużi tal-​Bibbja jgħidu li “l-​art” imsemmija fil-​Priedka taʼ fuq il-​Muntanja taʼ Ġesù u anki f’Salm 37 hija sempliċement simbolika. Fil-​kummenti tiegħu fil-​Bible de Glaire, F. Vigouroux f’dawn il-​versi ra “simbolu tal-​ġenna u tal-​Knisja.” Skond M. Lagrange, riċerkatur Franċiż tal-​Bibbja, din il-​wegħda mhix xi wegħda li l-​ġwejdin għad jirtu l-​art li jgħixu fiha, la f’din is-​sistema preżenti u lanqas f’sistema perfetta fil-​futur, minflok, tirreferi għall-​ġwejdin li se jirtu s-​saltna tas-​smewwiet. Skond riċerkatur ieħor, din hija “użu figurattiv tal-​valuri taʼ l-​art biex jitkellem dwar is-​sema.” Jerġaʼ skond riċerkaturi oħrajn, “Kangħan, l-​art tal-​wegħda, titqies f’sens spiritwali u tirrappreżenta l-​qasam taʼ fuq, is-​saltna t’Alla, li b’garanzija se tkun taʼ dawk l-​uħud ġwejdin. Din hija wkoll it-​tifsira taʼ dan il-​kuntest f’Salm 37 u f’xi postijiet oħra.” Iżda għandna nkunu ħfief biex neskludu l-​art letterali mill-​wegħdi t’Alla?

Skop Etern għall-​Art

Fil-​bidu, l-​art letterali kienet marbuta b’mod dirett maʼ l-​iskop t’Alla għall-​umanità. “Is-​smewwiet huma s-​smewwiet tal-​Mulej; imma l-​art hu taha lill-​bnedmin,” kiteb is-​salmista. (Salm 115:16) Għalhekk, l-​iskop oriġinali t’Alla għall-​umanità kien marbut maʼ l-​art, mhux mas-​sema. Ġeħova ta lill-​ewwel koppja umana l-​inkarigu biex ikabbru l-​ġnien fl-​Għeden sakemm jiksi l-​art kollha. (Ġenesi 1:28) Dan l-​iskop ma kienx temporanju. Fil-​Kelma tiegħu, Ġeħova jikkonferma li l-​art se tibqaʼ għal dejjem: “Ġenerazzjoni tmur u oħra tiġi, imma l-​art tibqaʼ għal dejjem.”​—Koħèlet 1:4; 1 Kronaki 16:30; Isaija 45:18.

Il-wegħdi t’Alla qatt ma jisfaxxaw fix-​xejn, għax hu l-​Iktar Għoli, u jiggarantixxi t-​twettiq tagħhom. Billi tuża ċ-​ċiklu naturali taʼ l-​ilma bħala eżempju, il-​Bibbja tispjega li t-​twettiq tal-​wegħdi t’Alla huwa inevitabbli: “Bħalma x-​xita u s-​silġ jinżlu mis-​smewwiet, u ma jerġgħux lura mnejn ġew bla ma jsaqqu l-​art, imma jġegħluha tnissel u tnibbet, . . . hekk jiġri minn kelmti [il-kelma t’Alla]: hija toħroġ minn fommi, u ma terġax lura vojta, imma tagħmel dak li [“fih jien sibt l-​għaxqa,” NW] u ttemm dak li nkun bgħattha tagħmel.” (Isaija 55:​10, 11) Alla jagħmel wegħdi mal-​bnedmin. Għandu mnejn jgħaddi xi żmien qabel jitwettqu dawn il-​wegħdi, iżda ma jisfawx fix-​xejn. Huma “jerġgħu lura” għandu wara li jwettqu dak kollu li jkun intqal.

Ċertament li Ġeħova ‘sab l-​għaxqa’ (NW) f’li joħloq l-​art għall-​umanità. Fi tmiem is-​sitt ġurnata tal-​ħolqien tiegħu, hu ddikjara li kollox kien “tajjeb ħafna.” (Ġenesi 1:31) Parti mill-​iskop divin li għadha ma twettqitx hi li l-​art tinbidel f’ġenna taʼ l-​art dejjiema. Minkejja dan, il-​wegħdi t’Alla ‘mhux se jerġgħu lura vojta.’ Il-​wegħdi kollha taʼ ħajja perfetta fuq l-​art, fejn il-​bnedmin jgħixu għal dejjem fil-​paċi u s-​sigurtà, se jitwettqu.​—Salm 135:6; Isaija 46:10.

L-​Iskop t’Alla Jitwettaq Żgur

Id-​dnub taʼ Adam u Eva, l-​ewwel ġenituri tagħna, b’mod temporanju fixkel l-​iskop oriġinali t’Alla li jagħmel l-​art ġenna. Wara d-​diżubbidjenza tagħhom, huma ġew imkeċċijin mill-​ġnien. Għalhekk, huma tilfu l-​privileġġ li jkunu parti mit-​twettiq taʼ l-​iskop divin li bnedmin perfetti jgħixu fuq art magħmula ġenna. Xorta waħda, Alla għamel arranġamenti biex iwettaq l-​iskop tiegħu. Kif?​—Ġenesi 3:​17-​19, 23.

Is-sitwazzjoni fl-​Għeden kienet tixbah lil dik taʼ raġel li jibda jibni dar fuq biċċa art tajba. Hekk kif ikun qed ipoġġi l-​pedament, xi ħadd jiġi u jġarraf il-​pedament. Minflok ma jabbanduna l-​proġett tiegħu, ir-​raġel jieħu passi biex jiżgura li d-​dar titlesta. Anki jekk dan ix-​xogħol jinvolvi xi spejjeż żejda, ma jpoġġix dubji dwar jekk kienx għaqli li jwettaq il-​proġett oriġinali.

Bl-istess mod, Alla għamel arranġamenti biex l-​iskop tiegħu jitwettaq żgur. Eżatt wara li sar id-​dnub taʼ l-​ewwel ġenituri tagħna, hu ħabbar tama għad-​dixxendenti tagħhom​—‘nisel’ li jreġġaʼ lura l-​ħsara li saret. Fit-​twettiq taʼ din il-​profezija, il-​parti primarja tan-​nisel kienet Ġesù, l-​Iben t’Alla, li ġie fuq l-​art u offra ħajtu bħala sagrifiċċju biex jerġaʼ jixtri lill-​umanità. (Galatin 3:​16; Mattew 20:28) Ladarba ġie rxoxtat fis-​sema, Ġesù kellu jsir is-​Sultan tas-​Saltna. L-​ewwelnett, Ġesù huwa l-​wieħed ġwejjed li jiret l-​art flimkien maʼ wħud leali magħżulin li huma rxoxtati fis-​sema biex isiru ħakkiema bi sħab f’din is-​Saltna. (Salm 2:​6-9) Maż-​żmien, dan il-​gvern se jieħu f’idejh l-​affarijiet kollha taʼ l-​art sabiex iwettaq l-​iskop oriġinali t’Alla u jibdel l-​art f’ġenna. Miljuni bla għadd taʼ wħud ġwejdin “jirtu l-​art” fis-​sens li huma jibbenefikaw mill-​ħakma taʼ din is-​Saltna mmexxija minn Ġesù Kristu u l-​ħakkiema bi sħab miegħu.​—Ġenesi 3:​15; Danjel 2:​44; Atti 2:​32, 33; Rivelazzjoni 20:​5, 6.

“Kif fis-​Sema, Ukoll fuq l-​Art”

Din is-​salvazzjoni b’żewġ aspetti, wieħed għas-​sema u ieħor għall-​art, hi msemmija f’viżjoni li ra l-​appostlu Ġwanni. Hu ra slaten fuq tronijiet fis-​sema li kienu magħżulin minn fost id-​dixxipli leali taʼ Kristu. B’referenza għal dawn l-​imseħbin taʼ Kristu, il-​Bibbja, b’mod speċifiku tgħid li “se jsaltnu għal fuq l-​art.” (Rivelazzjoni 5:​9, 10) Innota l-​aspett doppju fit-​twettiq taʼ l-​iskop t’Alla​—art restawrata taħt id-​direzzjoni tas-​Saltna tas-​sema magħmula minn Ġesù Kristu u l-​werrieta bi sħab miegħu. Dawn l-​arranġamenti divini kollha jagħmlu possibbli r-​restawrazzjoni finali tal-​Ġenna taʼ l-​art fi qbil maʼ l-​iskop oriġinali t’Alla.

Fit-talba mudell tiegħu, Ġesù stieden lid-​dixxipli tiegħu biex jitolbu li titwettaq ir-​rieda t’Alla “kif fis-​sema, ukoll fuq l-​art.” (Mattew 6:​9, 10) Jagħmel sens dan il-​kliem kieku l-​art kellha tinqered jew tkun sempliċement simbolu tas-​sema? B’mod simili, jagħmel sens kieku l-​ġusti kollha kellhom imorru fis-​sema? Ir-​rieda t’Alla għall-​art hi evidenti b’mod ċar fl-​Iskrittura, mir-​rakkont tal-​ħolqien sal-​viżjonijiet tal-​ktieb taʼ Rivelazzjoni. L-​art għad trid issir dak li ppjana Alla​—ġenna taʼ l-​art. Din hi r-​rieda li Alla jwiegħed li jwettaq. L-​uħud leali fuq l-​art jitolbu għat-​twettiq taʼ din ir-​rieda.

Il-ħajja taʼ dejjem fuq l-​art hija l-​iskop li l-​Ħallieq, l-​Alla li ‘ma tbiddilx,’ kellu oriġinalment. (Malakija 3:6; Ġwanni 17:3; Ġakbu 1:​17) Għal iktar minn seklu, ir-​rivista The Watchtower spjegat dawn iż-​żewġ aspetti fit-​twettiq taʼ l-​iskop divin. Dan jippermettilna nifhmu l-​wegħdi taʼ restawrazzjoni fuq l-​art li nsibu fl-​Iskrittura. Nistidnuk teżamina l-​kwistjoni iktar fid-​dettall, billi jkollok diskussjoni max-​Xhieda taʼ Ġeħova jew billi tikkuntattja lill-​pubblikaturi taʼ din ir-​rivista.

[Nota taʼ taħt]

a Filwaqt li ħafna traduzzjonijiet tal-​Bibbja jagħtu l-​kelma Ebrajka erets bħala “l-​art” minflok “id-​dinja,” m’hemm ebda raġuni biex nillimitaw il-​kelma erets, f’Salm 37:​11, 29, għal dik il-​biċċa art biss mogħtija lill-​ġens taʼ Iżrael. L-​Old Testament Word Studies taʼ William Wilson jiddefinixxi l-​kelma erets bħala “l-​art fl-​iktar sens estensiv, kemm il-​partijiet abitabbli kif ukoll dawk mhux abitabbli; meta tintuża f’sens ristrett, din tfisser porzjon minn wiċċ l-​Art, medda art, jew pajjiż.” Għalhekk, l-​ewwel u qabel kollox, it-​tifsira tal-​kelma Ebrajka hija l-​pjaneta tagħna, jew il-​globu, l-​art.​—Ara The Watchtower taʼ l-​1 taʼ Jannar, 1986, paġna 31.

[Stampa f’paġna 4]

Il-​Bibbja titkellem b’mod ċar dwar Ġenna fuq l-​art li għad trid tiġi

[Stampa f’paġna 7]

Tagħmel sens it-​talba mudell taʼ Ġesù kieku l-​art kellha tispiċċa?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja