LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w93 6/15 pp. 12-16
  • Jehovah ma Jistmerrx Qalb Miksura

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jehovah ma Jistmerrx Qalb Miksura
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Meħtieġa Qalb Pura
  • Spirtu Qaddis Vitali
  • Eżaltar taʼ Salvazzjoni
  • X’Jgħallem lil Dawk li Jonqsu?
  • Sagrifiċċji Aċċettabbli għal Alla
  • Ikkonċernat dwar il-​Qima Pura
  • Jehovah Jismaʼ l-​Għajtiet Tagħna
  • Il-Ħniena taʼ Jehovah Issalvana mid-Disprament
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • L-Istqarrija tad-Dnub Twassal għall-Fejqan
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Strieħ fuq l-Ispirtu t’Alla Meta Tiffaċċja Bidliet fil-Ħajja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Ġeħova Jistaʼ Jaħfer—Xi Jfisser Dan Għalik?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
w93 6/15 pp. 12-16

Jehovah ma Jistmerrx Qalb Miksura

“Is-​sagrifiċċji lil Alla huma spirtu miksur; qalb miksura u mgħaffġa, O Alla, int mhux se tistmerrha.”​—SALM 51:17.

1. Jehovah kif iħares lejn il-​qaddejja tiegħu li jidinbu serjament imma jiddispjaċihom?

JEHOVAH jistaʼ ‘jimblokka r-​resqa lejh bħal b’massa taʼ sħab, biex it-​talb jistaʼ ma jgħaddix.’ (Biki taʼ Ġeremija 3:44) Imma hu jrid lill-​poplu tiegħu li jkollu aċċess għalih. Saħansitra jekk wieħed mill-​qaddejja tiegħu jiżżballja serjament imma jindem, Missierna tas-​sema jiftakar it-​tajjeb li tkun għamlet dik il-​persuna. Għaldaqstant, l-​appostlu Pawlu setaʼ jgħid lill-​Kristjani sħabu: “Alla mhux bla tjieba biex jinsa x-​xogħol tagħkom u l-​imħabba li wrejtu għal ismu.”​—Ebrej 6:10.

2, 3. L-​anzjani Kristjani x’għandhom iqisu meta jittrattaw maʼ kredenti sħabhom li jiżżballjaw?

2 L-​anzjani Kristjani wkoll għandhom jikkonsidraw is-​snin taʼ servizz leali mogħti lil Alla minn kredenti sħabhom. Dan jinkludi servizz sagru mogħti minn uħud niedma li ħadu xi pass falz jew li dinbu saħansitra b’mod serju. Ragħajja Kristjani jfittxu l-​ġid spiritwali taʼ dawk kollha li huma fil-​merħla t’Alla.​—Galatin 6:​1, 2.

3 Wieħed li għamel il-​ħażin u nidem għandu bżonn il-​ħniena taʼ Jehovah. Madankollu, iżjed hu meħtieġ. Dan jintgħamel ċar mill-​kliem taʼ David f’​Salm 51:10-19.

Meħtieġa Qalb Pura

4. David għala talab għal qalb pura u għal spirtu ġdid?

4 Jekk Kristjan iddedikat jinsab fi stat spiritwali ħażin minħabba d-​dnub, x’jistaʼ jkollu bżonn minbarra l-​ħniena u l-​maħfra taʼ Jehovah? Sewwa, David talab bil-​ħrara: “Oħloq fija saħansitra qalb pura, O Alla, u poġġi ġewwa fija spirtu ġdid, wieħed sod.” (Salm 51:10) Milli jidher, David għamel din it-​talba għaliex hu rrealizza li l-​inklinazzjoni lejn dnub serju kienet għadha f’qalbu. Aħna forsi ma ġejniex involuti fil-​għamla taʼ dnub li waqaʼ fih David f’konnessjoni maʼ Batxeba u Urija, imma għandna bżonn il-​għajnuna taʼ Jehovah biex nevitaw li nċedu għat-​tentazzjoni biex nieħdu sehem fi kwalunkwe kondotta midinba b’mod serju. Jekk niġu f’dan, forsi aħna personalment għandna bżonn il-​għajnuna divina biex inneħħu minn qalbna tendenzi midinba bħalma huma x-​xenqa u l-​mibgħeda​—atti kriminali simili għas-​serq u l-​qtil.—Kolossin 3:​5, 6; 1 Ġwann 3:15.

5. (a) Xi jfisser li jkollok qalb pura? (b) David xi xtaq meta talab għal spirtu ġdid?

5 Jehovah jirrikjedi li l-​qaddejja tiegħu jkollhom “qalb pura,” jiġifieri, purità fil-​mottiv jew l-​intenzjoni. Billi rrealizza li ma kienx wera din il-​purità, David talab li Alla jnaddaflu qalbu u jġibha fi qbil mal-​livelli divini. Is-​salmista ried ukoll spirtu, jew inklinazzjoni mentali, ġdid u rett. Hu kellu bżonn spirtu li kien igħinu biex jirreżisti t-​tentazzjoni u jżomm sod mal-​liġijiet u l-​prinċipji taʼ Jehovah.

Spirtu Qaddis Vitali

6. David għala talab biex Jehovah ma jeħodlux l-​ispirtu qaddis?

6 Meta nkunu f’disprament minħabba l-​iżballji jew l-​għemejjel ħżiena tagħna, nistgħu nħossuna li Alla se jwarrabna u joħdilna l-​ispirtu qaddis, jew forza attiva, tiegħu. David ħassu hekk, għax talab lil Jehovah: “Tarminix minn quddiem wiċċek; u l-​ispirtu qaddis tiegħek O tiħdux lil hinn minni.” (Salm 51:11) David b’indiema u b’umiltà ħass li d-​dnubiet tiegħu kienu għamluh mhux denju li jaqdi lil Jehovah. Li jiġi mormi minn quddiem wiċċ Alla kien ifisser li jitlef il-​favur, il-​faraġ, u l-​barka tiegħu. Jekk David kien se jiġi restawrat b’mod spiritwali, hu kellu bżonn l-​ispirtu qaddis taʼ Jehovah. Bl-​ispirtu jistrieħ fuqu, is-​sultan setaʼ fit-​talb ifittex id-​direzzjoni divina sabiex jogħġob lil Jehovah, setaʼ jevita d-​dnub, u setaʼ jaħkem bil-​għerf. Billi kien konxju dwar dnubietu kontra Dak li jagħti spirtu qaddis, David b’mod xieraq talab biex Jehovah ma joħodulux.

7. Għala għandna nitolbu għall-​ispirtu qaddis u ngħassu kontra li nnikktuh?

7 Xi ngħidu għalina? Aħna għandna nitolbu għall-​ispirtu qaddis u għandna ngħassu biex ma nniktuhx billi nonqsu li nsegwu d-​direzzjoni tiegħu. (Luqa 11:13; Efesin 4:30) Inkella, nistgħu nitilfu l-​ispirtu u ma nkunux nistgħu nuru l-​frott tiegħu mogħti minn Alla taʼ mħabba, ferħ, paċi, sabar fit-​tul, qalb tajba, tjubija, fidi, ħlewwa, u kontroll fuqna nfusna. Alla Jehovah b’mod speċjali se jieħu l-​ispirtu tiegħu minn fuqna jekk aħna mingħajr indiema nibqgħu nidinbu kontra tiegħu.

Eżaltar taʼ Salvazzjoni

8. Jekk nidinbu imma rridu li jkollna l-​ferħ tas-​salvazzjoni, x’għandna bżonn li jkollna?

8 Midneb niedem li jġarrab restawrazzjoni spiritwali jistaʼ għal darb’oħra jithenna bil-​provvediment taʼ salvazzjoni taʼ Jehovah. Billi kien jixxennaq għal dan, David għamel din il-​petizzjoni lil Alla: “Tassew irrestawrali l-​eżaltar taʼ salvazzjoni permezz tiegħek, u jalla twiżinni saħansitra bi spirtu taʼ rieda.” (Salm 51:12) Kemm kien tal-​għaġeb li teżalta fit-​tama ċerta taʼ salvazzjoni mingħand Alla Jehovah! (Salm 3:8) Wara li dineb kontra Alla, David fittex restawrazzjoni tal-​ferħ taʼ salvazzjoni permezz Tiegħu. Iktar tard, Jehovah ipprovda għal salvazzjoni permezz tas-​sagrifiċċju bħala rahan taʼ Ibnu, Ġesù Kristu. Jekk aħna bħala qaddejja ddedikati t’Alla nidinbu b’mod serju imma rridu li jkollna l-​ferħ taʼ salvazzjoni rrestawrat lilna, għandna bżonn attitudni niedma sabiex nevitaw li nidinbu kontra l-​ispirtu qaddis.—Mattew 12:31, 32; Ebrej 6:4-6.

9. David għal liema ħaġa kien qed jitlob meta talab lil Alla biex iwieżnu “saħansitra bi spirtu taʼ rieda”?

9 David staqsa biex Jehovah iwieżnu “saħansitra bi spirtu taʼ rieda.” Milli jidher, dan jirreferi, mhux għar-​rieda t’Alla biex jagħti l-​għajnuna jew għall-​ispirtu qaddis tiegħu, imma għall-​inklinazzjoni mentali li tqanqal taʼ David. David ried lil Alla biex iwieżnu billi jagħtih spirtu taʼ rieda biex jagħmel dak li hu tajjeb u ma jerġax jaqaʼ fid-​dnub għal darb’oħra. Alla Jehovah kontinwament iwieżen lill-​qaddejja tiegħu u jerfaʼ lil dawk milwijin ’l isfel minħabba diversi provi. (Salm 145:14) Kemm hu taʼ faraġ li tirrealizza dan, b’mod speċjali jekk inqasna imma jiddispjaċina u nixtiequ naqdu lil Jehovah bil-​fedeltà għal dejjem!

X’Jgħallem lil Dawk li Jonqsu?

10, 11. (a) David x’setaʼ jgħallem lil Iżraeliti li jonqsu? (b) David setaʼ jgħallem lill-​midinbin biss wara li jagħmel liema ħaġa hu nnifsu?

10 Jekk Alla kien jippermettih, David b’mod mhux egoist ried jagħmel xi ħaġa li turi l-​apprezzament tiegħu lejn il-​ħniena taʼ Jehovah, xi ħaġa li tgħin lil oħrajn. B’sentimenti taʼ talb diretti lejn Jehovah, is-​sultan niedem imbagħad iddikjara: “Se ngħallem lil dawk li jonqsu l-​mogħdijiet tiegħek, biex midinbin infushom jistgħu jduru lura dritt lejk.” (Salm 51:13) Il-​midneb David kif setaʼ jgħallem lil dawk li jonqsu l-​Liġi t’Alla? X’setaʼ jgħidilhom? U liema ġid setaʼ jwettaq dan?

11 Meta juri lill-​Iżraeliti li jonqsu l-​mogħdijiet taʼ Jehovah bit-​tama li jġagħalhom iduru lura minn triq mill-​agħar, David setaʼ jindika kemm hu mill-​agħar id-​dnub, xi tfisser l-​indiema, u kif tinkiseb il-​ħniena t’Alla. Billi kien ħass l-​agunija tan-​nuqqas taʼ favur taʼ Jehovah u taʼ kuxjenza ħatja, David bla dubju kien għalliem taʼ mogħdrija għall-​midinbin niedma u qalbhom maqsuma. M’għandniex xi ngħidu, hu setaʼ juża l-​eżempju tiegħu biex igħallem lil oħrajn biss wara li hu nnifsu kien aċċetta l-​livelli taʼ Jehovah u rċieva l-​maħfra Tiegħu, għaliex dawk li jirrifjutaw li jbaxxu rashom għall-​ħtiġijiet divini m’għandhom ebda dritt ‘igħoddu r-​regolamenti t’Alla.’—Salm 50:16, 17.

12. David kif ibbenefika minn għarfien li Alla kien ħelsu mill-​ħtija tad-​demm?

12 Billi rrepeta l-​intenzjonijiet tiegħu f’għamla oħra, David qal: “Eħlisni mill-​ħtija tad-​demm, O Alla dak Alla tas-​salvazzjoni tiegħi, biex ilsieni jkun jistaʼ mimli ferħ igħid dwar it-​tjieba tiegħek.” (Salm 51:14) Ħtija tad-​demm ġabet magħha l-​kundanna tal-​mewt. (Ġenesi 9:5, 6) Mela għarfien li Dak Alla tas-​salvazzjoni tiegħu kien ħelsu mill-​ħtija tad-​demm f’konnessjoni maʼ Urija kien se jagħti lil David paċi tal-​qalb u tal-​moħħ. Ilsienu setaʼ mbagħad igħanni bil-​ferħ dwar it-​tjieba t’Alla, mhux dik tiegħu stess. (Ekkleżjasti 7:20; Rumani 3:10) David ma setax iħassar l-​immoralità tiegħu jew iġib lil Urija lura mill-​qabar, saħansitra bħalma persuna llum ma tistax tirrestawra l-​kastità lil persuna oħra li tkun isseduċietha jew tqajjem mill-​mewt lil xi ħadd li tkun qatlet. M’għandniex naħsbu dwar dan meta niġu ttantati? U kemm għandna napprezzaw il-​ħniena taʼ Jehovah murija lilna fit-​tjieba! Fil-​fatt, l-​apprezzament għandu jqanqalna biex nidderieġu lil oħrajn lejn dan il-​Għajn taʼ tjieba u maħfra.

13. Taħt liema ċirkostanzi biss jistaʼ midneb ikollu ftuħ xieraq taʼ xufftejh biex ifaħħar lil Jehovah?

13 L-​ebda midneb ma jistaʼ jkollu ftuħ xieraq taʼ xufftejh biex ifaħħar lil Jehovah jekk Alla b’mod taʼ ħniena ma jiftaħhomlux, bħal li kieku, biex jitkellem il-​veritajiet Tiegħu. David għalhekk kanta: “O Jehovah, jalla tiftaħ dawn ix-​xofftejn minn tiegħi, biex fommi stess ikun jistaʼ jgħid it-​tifħir tiegħek.” (Salm 51:15) Bil-​kuxjenza tiegħu mserrħa minħabba l-​maħfra t’Alla, David kien se jiġi mqanqal biex jgħallem lil dawk li jonqsu l-​mogħdijiet taʼ Jehovah, u setaʼ jfaħħrU liberament. Dawk kollha li ġew maħfurin minn dnubiethom bħalma kien David għandhom japprezzaw il-​qalb tajba mhix mistħoqqa taʼ Jehovah lejhom, u għandhom jaħtfu kull opportunità biex jiddikjaraw il-​verità t’Alla u ‘jgħidu t-​tifħir tiegħu.’—Salm 43:3.

Sagrifiċċji Aċċettabbli għal Alla

14. (a) Liema sagrifiċċji kienu meħtiġin skond il-​patt tal-​Liġi? (b) Għala jkun ħażin li taħseb li tistaʼ tpatti għal xi għemil ħażin kontinwu billi tagħmel xi affarijiet tajbin?

14 David kien kiseb dehen profond li ġagħlu jgħid: “Għax int [Jehovah] ma titgħaxxaqx bis-​sagrifiċċju​—inkella kont nagħti dan; b’offerta maħruqa sħiħa int ma tiħux gost.” (Salm 51:16) Il-​patt tal-​Liġi kien jirrikjedi li sagrifiċċji tal-​annimali jiġu offruti lil Alla. Imma d-​dnubiet taʼ David taʼ adulterju u qtil, ikkastigati bil-​mewt, ma setgħux jittpattew b’dawn is-​sagrifiċċji. Kieku kien hekk, ma kienx jinkwieta dwar in-​nefqa biex joffri sagrifiċċji taʼ annimali lil Jehovah. Mingħajr indiema mill-​qalb, is-​sagrifiċċji huma bla valur. Għalhekk ikun żballjat li taħseb li tistaʼ tpatti għal għemil ħażin kontinwu billi tagħmel xi affarijiet tajbin.

15. X’inhi l-​attitudni taʼ persuna ddedikata li jkollha spirtu miksur?

15 David żied: “Is-​sagrifiċċji lil Alla huma spirtu miksur; qalb miksura u mgħaffġa, O Alla, int mhux se tistmerrha.” (Salm 51:17) Fil-​każ taʼ midneb niedem, ‘sagrifiċċji aċċettabbli lil Alla huma spirtu miksur.’ Bniedem bħal dan m’għandux attitudni ġellieda. Il-​qalb taʼ persuna ddedikata bi spirtu miksur hija mnikkta b’mod profond minħabba d-​dnub tagħha, hija umiljata għaliex tħoss id-​diżapprovazzjoni t’Alla, u hija lesta li tagħmel kwalunkwe ħaġa biex tikseb lura l-​favur divin. Ma nistgħu noffru lil Alla xejn taʼ valur qabel ma nindmu minn dnubietna u nagħtuh lil qlubna f’devozzjoni esklussiva.—Naħum 1:2.

16. Alla kif iħares lejn persuna li hi qalbha maqsuma minħabba d-​dnub tagħha?

16 Alla ma jirrifjutax xi sagrifiċċju bħalma hi qalb miksura u mgħaffġa. Minkejja kwalunkwe diffikultà li niltaqgħu magħha bħala l-​poplu tiegħu, għalhekk, ejjew ma nċedux għad-​disprament. Jekk tfixkilna fil-​mogħdija tal-​ħajja f’xi manjiera li ġġiegħel lil qalbna tgħajjat għal ħniena divina, mhux kollox mitluf. Saħansitra jekk inkunu dnibna b’mod serju imma ndimna, Jehovah ma jwarrabx lill-​qalb miksura tagħna. Hu se jaħfrilna fuq il-​bażi tas-​sagrifiċċju bħala rahan taʼ Kristu u se jirrestawrana għall-​favur Tiegħu. (Isaija 57:15; Ebrej 4:16; 1 Ġwann 2:1) Bħal David, madankollu, it-​talb tagħna għandu jkun għal restawrazzjoni taʼ favur divin u mhux għall-​iskansar minn twiddib u korrezzjoni li jkun hemm bżonn. Alla ħafirlu lil David, imma ddixxiplinah ukoll.​—2 Samwel 12:​11-14.

Ikkonċernat dwar il-​Qima Pura

17. Minbarra li jitolbu bil-​ħniena għall-​maħfra t’Alla, x’għandhom jagħmlu l-​midinbin?

17 Jekk ikkommettejna xi dnub serju, bla dubju dan se jtaqqlilna lil moħħna, u qalb niedma se tqanqalna biex nitolbu bil-​ħniena għall-​maħfra t’Alla. Madankollu, ejjew nitolbu wkoll għal oħrajn. Għalkemm David ħares ’il quddiem lejn li jagħti qima aċċettabbli lil Alla għal darb’oħra, is-​salm tiegħu ma ħalliex barra lil oħrajn b’mod egoist. Jinkludi din it-​talba mill-​qalb lil Jehovah: “Fir-​rieda tajba tiegħek tassew ittratta sewwa maʼ Sijon; jalla tibni l-​ħitan taʼ Ġerusalemm.”—Salm 51:18.

18. In-​niedem David għala talab għal Sijon?

18 Iva, David ħares ’il quddiem lejn ir-​restawrazzjoni tiegħu għall-​favur divin. Madankollu, kienet ukoll it-​talba umli tas-​salmista li ‘b’rieda tajba Alla jittratta sewwa maʼ Sijon,’ il-​belt kapitali taʼ Iżrael, Ġerusalemm, fejn David kien ittama li jibni t-​tempju t’Alla. Id-​dnubiet serji taʼ David kienu heddew lill-​ġens kollu, għaliex il-​poplu kollu setaʼ sofra minħabba l-​għemil ħażin tas-​sultan. (Qabbel 2 Samwel, kapitlu 24.) Effettivament, id-​dnubiet tiegħu herrew minn taħt “il-​ħitan taʼ Ġerusalemm,” biex b’hekk issa huma kellhom bżonn li jerġgħu jinbnew.

19. Jekk dnibna imma ġejna maħfurin, għal liema ħaġa jkun xieraq li nitolbu?

19 Jekk dnibna serjament imma rċevejna l-​maħfra t’Alla, ikun xieraq li nitolbu li hu b’xi mod isewwi kwalunkwe ħsara li l-​kondotta tagħna setgħet għamlet. Aħna forsi ġibna tmaqdir fuq l-​isem qaddis tiegħu, forsi herrejna minn taħt il-​kongregazzjoni, u forsi ġibna niket lill-​familja tagħna. Missierna tas-​sema taʼ mħabba jistaʼ jneħħi kwalunkwe tmaqdir miġjub fuq ismu, jistaʼ jibni lill-​kongregazzjoni permezz tal-​ispirtu qaddis tiegħu, u jistaʼ jfarraġ il-​qlub tal-​maħbubin tagħna li jħobbuh u jaqduh. Kemm jekk huwa nvolut id-​dnub jew le, m’għandniex xi ngħidu, it-​taqdis taʼ isem Jehovah u l-​benesseri tal-​poplu tiegħu dejjem għandhom jikkonċernawna.—Mattew 6:9.

20. Jehovah taħt liema ċirkostanzi kien se jitgħaxxaq bis-​sagrifiċċji u l-​offerti taʼ Iżrael?

20 Jekk Jehovah kien se jibni mill-​ġdid il-​ħitan taʼ Sijon, x’kien se jiġri wkoll? David kanta: “F’dak il-​każ int [Jehovah] se titgħaxxaq b’sagrifiċċji taʼ tjieba, b’sagrifiċċju maħruq u offerta sħiħa; f’dak il-​każ barrin se jiġu offruti fuq l-​istess artal tiegħek stess.” (Salm 51:19) David xtaq b’mod ħerqan li hu u l-​ġens igawdu l-​favur taʼ Jehovah sabiex ikunu jistgħu jqimu Lilu b’mod aċċettabbli. Imbagħad Alla kien se jitgħaxxaq bis-​sagrifiċċji maħruqin u l-​offerti sħaħ tagħhom. Dan ikun hekk għaliex dawn ikunu sagrifiċċji taʼ tjieba offruti minn nies iddedikati, sinċieri, u niedma li jgawdu l-​favur t’Alla. Bi gratitudni għall-​ħniena taʼ Jehovah, fuq l-​artal tiegħu huma kienu se joffru barrin​—l-​aqwa sagrifiċċji u l-​iktar għaljin. Illum, aħna nonoraw lil Jehovah billi nġibulu l-​aqwa li għandna. U l-​offerti tagħna jinkludu “l-​barrin żgħar taʼ xofftejna,” sagrifiċċji taʼ tifħir lil Dak Alla ħanin tagħna, Jehovah.—Ħosegħa 14:2; Ebrej 13:15.

Jehovah Jismaʼ l-​Għajtiet Tagħna

21, 22. Salm 51 x’lezzjonijiet fih għall-​benefiċċju tagħna?

21 It-​talba mill-​qalb taʼ David misjuba f’Salm 51 turina li għandna nirreaġixxu għad-​dnub tagħna bi spirtu verament taʼ ndiema. Dan is-​salm fih ukoll lezzjonijiet diretti għall-​benefiċċju tagħna. Per eżempju, jekk nidinbu imma nindmu, nistgħu nafdaw fil-​ħniena t’Alla. Madankollu, ejjew inkunu kkonċernati primarjament dwar kwalunkwe tmaqdir li stajna ġibna fuq isem Jehovah. (Versi 1-4) Bħal David, nistgħu nappellaw lil Missierna tas-​sema għall-​ħniena fuq il-​bażi tal-​istat midneb li writna. (Vers 5) Għandna ngħidu l-​verità, u għandna bżonn infittxu l-​għerf mingħand Alla. (Vers 6) Jekk dnibna, għandna nitolbu bil-​ħrara lil Jehovah għal tindif, qalb pura, u spirtu sod.—Versi 7-10.

22 Minn Salm 51 nistgħu naraw ukoll li qatt m’għandna nħallu lilna nfusna nitwebbsu fid-​dnub. Li kellna nagħmlu hekk, Jehovah ineħħi minn fuqna l-​ispirtu qaddis, jew forza attiva, tiegħu. Bl-​ispirtu t’Alla fuqna, iżda, nistgħu b’suċċess ngħallmu lil oħrajn il-​mogħdijiet tiegħu. (Versi 11-13) Jekk niżżballjaw imma nindmu, Jehovah se jħallina nibqgħu nfaħħruh għaliex hu qatt ma jistmerr qalb miksura u mgħaffġa. (Versi 14-17) Dan is-​salm ikompli juri li t-​talb tagħna m’għandux jiċċentra fuqna nfusna biss. Minflok, għandna nitolbu għall-​barka u l-​benesseri spiritwali taʼ dawk kollha li jieħdu sehem fil-​qima pura taʼ Jehovah.—Versi 18, 19.

23. Salm 51 għala għandu jqanqalna biex inkunu kuraġġużi u ottimisti?

23 Dan is-​salm kommoventi taʼ David għandu jqanqalna biex inkunu kuraġġużi u ottimisti. Igħinna nirrealizzaw li m’għandniex għalfejn naħsbu li kollox hu mitluf saħansitra jekk nitfixklu u nidinbu. Għala? Għaliex jekk aħna ndimna, il-​ħniena taʼ Jehovah tistaʼ ssalvana mid-​disprament. Jekk aħna niedma u devoti kompletament għal Missierna tas-​sema taʼ mħabba, hu jismaʼ l-​għajta tagħna għall-​ħniena. U kemm hu taʼ faraġ li tkun taf li Jehovah ma jistmerrx qalb miksura!

Kif Twieġeb Int?

◻ Il-​Kristjani għala għandhom bżonn qalb pura u l-​ispirtu qaddis t’Alla?

◻ Persuna niedma x’tistaʼ tgħallem lil dawk li jiksru l-​liġi taʼ Jehovah?

◻ Jehovah kif iħares lejn qalb miksura u mgħaffġa?

◻ Liema lezzjonijiet insibu f’​Salm 51?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja