LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w92 12/15 pp. 12-16
  • Nimxu b’Qalb Magħquda

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nimxu b’Qalb Magħquda
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Biżaʼ Xieraq
  • Il-​Qalb Tajba bl-​imħabba taʼ Jehovah
  • “Sinjal li Jfisser Tjubija”
  • Jehovah, Dak li Jagħmel Affarijiet tal-Għaġeb
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Jehovah—L-Akbar Eżempju taʼ Tjubija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Ibqaʼ Uri t-Tjubija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • “Agħtini Qalb Sħiħa Biex Nibżaʼ minn Ismek”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
w92 12/15 pp. 12-16

Nimxu b’Qalb Magħquda

“Istruwini, O Jehovah. . .Għaqqad lil qalbi biex nibżaʼ minn ismek.”​—SALM 86:11.

1. Jehovah kif jippremja lill-​uħud leali tiegħu?

‘O JEHOVAH, inti Alla, inti waħdek.’ (Salm 86:​8, 10) David faħħar lil Alla minn qalb imfawra b’apprezzament. Saħansitra qabel ma David sar sultan fuq Iżrael kollu, Jehovah kien ħelsu minn Sawl u mill-​Filistej. B’hekk setaʼ jkanta: “Jehovah huwa l-​blata tiegħi u l-​fortizza tiegħi u Dak li jipprovdi l-​ħarba għalija. Maʼ min hu leali tiegħu tul ħafna provi. David setaʼ jqiegħed il-​fiduċja tiegħu u jkun kunfidenti f’dak Alla leali tiegħu, imma kien jinħtieġ gwida kontinwa. David issa talab lil Alla: “Istruwini, O Jehovah, dwar il-​mogħdija tiegħek.”​—Salm 86:11.

2. Jehovah kif għamel provvediment għalina biex inkunu mgħallmin minnu?

2 David ried li ma jkollu xejn x’jaqsam mal-​ideat u l-​filosofiji tad-​dinja. Ried li jkun ‘imgħallem minn Jehovah,’ bħalma l-​profeta t’Alla esprimieha iktar tard. (Isaija 54:13) David x’aktarx li setaʼ jimmedita biss fuq disaʼ kotba tal-​Bibbja disponibbli fi żmienu. Madankollu, dik l-​istruzzjoni mingħand Jehovah kienet prezzjuża għalih! F’li niġu mgħallmin aħna llum nistgħu ngawdu s-​66 kotba kollha tal-​Bibbja, flimkien maʼ abbundanza kbira taʼ letteratura tas-​Saltna pprovduta permezz taʼ l-​“irsir fidil u diskret”. (Mattew 24:45) Ejjew insejħu lil Jehovah, biex l-​ispirtu tiegħu jistaʼ jgħinna nfittxu x’inhuma “l-​affarijiet li Alla ħejja għal dawk li jħobbuh, . . .saħansitra l-​affarijiet profondi t’Alla.”​—1 Korintin 2:​9, 10.

3. L-​istruzzjoni tal-​Bibbja b’liema modi tistaʼ tkun taʼ ġid għalina?

3 Il-​Bibbja għandha t-​tweġiba għal kull mistoqsija u problema li tistaʼ tqum fil-​ħajjiet tagħna. “Għax l-​affarijiet kollha li nkitbu qabel inkitbu għall-​istruzzjoni tagħna u permezz tas-​sabar tagħna u permezz tal-​faraġ mill-​Iskrittura nistgħu jkollna t-​tama.” (Rumani 15:4) Li nassorbu l-​istruzzjoni mingħand Jehovah se jsaħħaħna biex nissaportu t-​tbatijiet, se jfarraġna fi żminijiet taʼ niket, u se jżomm it-​tama tas-​Saltna taħraq fi qlubna. Jalla nsibu l-​ferħ f’li naqraw il-​Kelma t’Alla u f’li nimmeditaw fuqha “lejl u nhar”, għax il-​għerf ibbażat fuq il-​Bibbja jsir “siġra tal-​ħajja għal dawk li jaħtfuh, u dawk li jibqgħu jaħtfuh sew għandhom jissejħu ferħanin.”​—Salm 1:​1-3; Proverbji 3:​13-18; ara wkoll Ġwann 17:3.

4. Inkwantu għall-​azzjonijiet tagħna, liema eżempju ħalla Ġesù għalina?

4 Ġesù, l-​Iben t’Alla, imsejjaħ ukoll “Bin David”, dejjem ħares lejn Jehovah għall-​istruzzjoni. (Mattew 9:27)a Hu qal: “L-​Iben ma jistaʼ jagħmel lanqas ħaġa waħda bl-​inizzjattiva tiegħu stess, imma dak biss li hu jilmaħ lill-​Missier jagħmel. Għax huma x’inhuma l-​affarijiet li jagħmel Dak, dawn l-​affarijiet l-​Iben ukoll jagħmel bl-​istess manjiera.” “Ma nagħmel xejn bl-​inizzjattiva tiegħi stess; imma sewwa sew bħalma l-​Missier għallem lili jien nitkellem dawn l-​affarijiet.” (Ġwann 5:19; 8:28) Ġesù ħalla mudell għalina biex ‘insegwu l-​passi tiegħu mill-​qrib.’ (1 Pietru 2:21) Aħseb ftit! Jekk nistudjaw bħalma żgur li studja Ġesù, fi kwalunkwe sitwazzjoni se naġixxu bħalma Jehovah ikun iridna naġixxu. Il-​mod taʼ Jehovah huwa dejjem il-​mod it-​tajjeb.

5. X’inhi l-​“verità”?

5 David imbagħad jiddikjara: “Jien se nimxi fil-​verità tiegħek”. (Salm 86:11) Elf sena wara, Pilatu, waqt li indirizza lil Ġesù, Bin David, staqsa: “X’inhi l-​verità?” Ġesù kien għadu kif ġibed l-​attenzjoni lejn is-​Saltna Tiegħu bħala li ma hi “ebda parti minn din id-​dinja.” Hu żied: “Int innifsek qiegħed tgħid li jien sultan. Għal dan jien twelidt, u għal dan jien ġejt fid-​dinja, biex nagħti xhieda għall-​verità’.” (Ġwann 18:​33-38) Ġesù hawn kien qed jagħmilha ċara li l-​verità hija ffokata fuq is-​Saltna Messjanika. Tabilħaqq, it-​tema kollha kemm kemm hi tal-​Bibbja hija t-​tqaddis taʼ isem Jehovah permezz tas-​Saltna.​—Eżekjel 38:23; Mattew 6:​9, 10; Rivelazzjoni 11:15.

6. F’li nimxu fil-​verità, dwar liema ħaġa rridu noqogħdu attenti ħafna?

6 Li nimxu fil-​verità jfisser li l-​ħajjiet tagħna jkunu ċċentrati fuq it-​tama tas-​Saltna. Ma rridux inkunu maqsumin f’li npoġġu l-​interessi tas-​Saltna l-​ewwel. Irridu nkunu żelużi skond l-​opportunitajiet tagħna f’li nagħtu xhieda għall-​verità tas-​Saltna l-​ewwel. Irridu nkunu żelużi skond l-​opportunitajiet tagħna f’li nagħtu xhieda għall-​verità tas-​Saltna, skond l-​eżempju taʼ Ġesù. (Mattew 6:33; Ġwann 18:37) Ma nistgħux nimxu għal parti mill-​ħin fil-​verità, billi nagħtu biss servizz tal-​isem imma mbagħad nogħġbu lilna nfusna billi nduru l-​kantunieri biex nagħtuha għal rikreazzjoni eċċessiva jew nieħdu xi karriera li toħdilna ħafna ħin jew ‘nitjassru. . .għar-Rikkezzi.’ (Mattew 6:24) Nistgħu nintilfu f’waħda minn dawk il-​Kantunieri, u qatt ma nsibu t-​triq lura lejn ‘it-​triq marsusa li tieħu għall-​ħajja.’ Ejjew maʼ nitbegħdux minn dik it-​triq! (Mattew 7:​13, 14) Il-​Għalliem Grandjuż tagħna, Jehovah, permezz tal-​Kelma u l-​organizzazzjoni tiegħu, jilluminalna t-​triq, billi jgħid: “‘Din hi mogħdija. Imxu fiha,’ f’każ li tmorru lejn il-​lemin jew f’każ li tmorru lejn il-​lemin jew f’każ li tmorru lejn ix-​xellug.”​—Isaija 30:21.

Biżaʼ Xieraq

7. Kif nistgħu nagħmlu lil qlubna ‘magħqudin’?

7 It-​talba taʼ David tkompli fil-​vers 11: “Għaqqad lil qalbi biex nibżaʼ minn ismek.” Bħal David, għandna nkunu rridu li qlubna ma jkunux maqsumin, li jkun sħaħ, f’li nagħmlu r-​rieda t’Alla. Dan hu fi qbil mal-​parir taʼ Mosè: “U issa, O Iżrael, Jehovah Alla tiegħek x’qiegħed jitlob minnek ħlief li tibżaʼ minn Jehovah Alla tiegħek, sabiex timxi fil-​mogħdijiet kollha tiegħu u biex tħobbu u biex taqdi lil Jehovah Alla tiegħek b’qalbek kollha u ruħek kollha; biex iżżomm il-​kmandamenti taʼ Jehovah u l-​istatuti tiegħu li qiegħed nikkmandak illum, għall-​ġid tiegħek?” (Dewteronomju 10:​12, 13) Hu, tabilħaqq, għall-​ġid tagħna li nferrgħu lil qalbna u lil ruħna f’li naqdu lil Jehovah. B’hekk nuru biżaʼ xieraq minn dak l-​isem illustri tiegħu. Isem Jehovah litteralment ifisser “Hu Jġiegħel li Jsir,” b’mod partikulari b’referenza għal li jġib il-​għanijiet grandjużi tiegħu lejn it-​twettieq tagħhom. Jirrappreżenta wkoll l-​awtorità suprema tiegħu fuq l-​univers kollu. Billi naqdu bi stagħġib lejn il-​Maestà t’Alla, m’aħniex se niġu żvijati b’xi biżaʼ mill-​bniedem mortali. Qlubna m’humiex se jkunu maqsumin. Minflok, se nibżgħu li nagħmlu xi ħaġa li ma togħġobx lil Jehovah, l-​Imħallef Suprem u l-​Mulej Sovran, li jżomm lill-​istess ħajjiet tagħna f’idu.​—Isaija 12:2; 33:22.

8, 9. (a) X’ifisser li ma tkun “ebda parti mid-​dinja”? (b) Liema passi għandna nieħdu sabiex inkunu “spettaklu teatrali”?

8 Saħansitra wiċċ imb’wiċċ mat-​tmaqdir u mal-​persekuzzjoni, aħna se nsegwu l-​eżempju qalbieni taʼ Ġesù f’li ma nkunu ebda parti mid-​dinja mill-​agħar taʼ madwarna. (Ġwann 15:​17-21) Dan ma jfissirx li d-​dixxipli taʼ Ġesù għandhom igħixu bħal eremiti jew jinħbew f’xi monasteru. Ġesù qal f’talba lil Missieru: “Jien nitolbok, mhux biex toħroġhom ’il barra mid-​dinja, imma biex tgħasses fuqhom minħabba l-​wieħed mill-​agħar. Ma huma ebda parti mid-​dinja, sewwa sew bħalma jien ma jien ebda parti mid-​dinja. Qaddishom permezz tal-​verità; kelmtek hi verità. Bħalma int bgħatt lili fid-​dinja, jien ukoll bgħatt lilhom fid-​dinja.” (Ġwann 17:​15-18) Bħal Ġesù, aħna mibgħutin biex nipproklamaw il-​verità tas-​Saltna. Lil Ġesù kont tistaʼ tersaq lejh. In-​nies kienu jħossuhom irrifreskati bil-​mod tiegħu taʼ kif igħallem. (Qabbel Mattew 7:​28, 29; 11:​28, 29; Ġwann 7:46.) Għandu jkun l-​istess fil-​każ tagħna.

9 Is-​sens taʼ ħbiberija tagħna, il-​maxta u d-​dehra xierqa tagħna, il-​konversazzjoni nadifa u taʼ qalb tajba tagħna, għandhom jagħmlu lilna u lill-​messaġġ tagħna aċċettabbli għal uħud taʼ qalb xierqa. Irridu nistmerru l-​iżmattar, l-​ilbies immodest, is-​sħubijiet li jistgħu jwasslu għal indħil fid-​dinja, u l-​mod taʼ ħajja laxka u bla prinċipju li naraw fid-​dinja taʼ madwarna. Billi “sirna spettaklu teatrali għad-​dinja, u għall-​anġli, u għall-​bnedmin,” aħna qegħdin għassa 24 siegħa kuljum biex naqdu u ngħixu bħala Kristjani eżemplari. (1 Korintin 4:9; Efesin 5:​1-4; Filippin 4:​8, 9; Kolossin 4:​5, 6) Qalbna trid tkun magħquda għal dan il-​għan.

10. Jehovah kif jiftakar lil dawk li lil qlubhom jagħmluhom magħqudin fis-​servizz sagru?

10 Aħna li lil qlubna nagħmluhom magħqudin fil-​biżaʼ tal-​isem taʼ Jehovah, li nimmeditaw fuq il-​għanijiet grandjużi tiegħu u li nimlew lill-​ħajjiet tagħna b’servizz sagru, se niġu miftakrin minn Jehovah. “Inkwantu għal Jehovah, għajnejh qed iżebbġu mal-​art kollha biex juri saħħtu f’isem dawk li qalbhom hija sħiħa lejh.” (2 Kronaki 16:9) Billi jirreferi b’mod profetiku għal żmienna, Malakija 3:16 igħid: “F’dak iż-​żmien dawk fil-​biżaʼ taʼ Jehovah tkellmu flimkien, kull wieħed maʼ sieħbu, u Jehovah qagħad jagħti kas u jismaʼ. U ktieb taʼ tfakkira beda jinkiteb quddiemu għal dawk fil-​biżaʼ taʼ Jehovah u għal dawk li qegħdin jaħsbu fuq ismu”. Jalla qlubna jkunu magħqudin f’dan il-​biżaʼ bnin taʼ Jehovah!

Il-​Qalb Tajba bl-​imħabba taʼ Jehovah

11. Il-​qalb tajba bl-​imħabba taʼ Jehovah kif se tintwera lejn dawk li huma leali?

11 Kemm hi ferventi t-​talba taʼ David! Hu jkompli: “Jien infaħħrek, O Jehovah Alla tiegħi, b’qalbi kollha, u se nigglorifika lil ismek għal żmien indefinit. Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek hija kbira lejja, u int ħlist lil ruħi ’l barra minn Xeol, il-​post l-​iktar baxx tiegħu.” (Salm 86:​12, 13) Għat-​tieni darba f’dan is-​salm, David ifaħħar lil Jehovah għall-​qalb tajba bl-​imħabba Tiegħu​—l-​imħabba leali Tiegħu. Tant hi kbira din l-​imħabba li tistaʼ ssalvana minn sitwazzjonijiet li jidhru impossibbli. Meta Sawl kien qed jikkaċċjah fix-​xagħri, David forsi xtaq li jimtedd f’xi rokna u jmut. Kien qisu ġie wiċċ imb’wiċċ mal-​iktar post baxx taʼ Xeol​—fil-​qiegħ nett tal-​qabar. Imma Jehovah ħelsu! Bl-​istess manjiera, Jehovah spiss ġab serħan għall-​qaddejja tiegħu taż-​żmien modern b’modi meraviljużi, u wkoll sostna lil uħud li jżommu l-​integrità u li baqgħu jissaportu fedelment saħansitra sal-​mewt. L-​uħud leali kollha se jiksbu r-​rigal tagħhom,saħansitra b’irxoxt jekk hemm bżonn.​—Qabbel Ġob 1:​6-12; 2:​1-6, 9, 10; 27:5; 42:10; Proverbji 27:11; Mattew 24:​9, 13; Rivelazzjoni 2:10.b

12. In-​nies tal-​kleru kif inhuma prużuntużi u tiranniċi, u x’se jkun ir-​rigal tagħhom?

12 Rigward il-​persekuturi David jitniegħed: “O Alla, il-​prużuntużi nfushom qamu kontra tiegħi; u l-​istess assemblea tat-​tiranni fittxew lil ruħi, u ma poġġewkx quddiemhom infushom.” (Salm 86:14) Illum, il-​persekuturi inkludew lil membri tal-​kleru tal-​kristjaneżmu. Dawn jippretendu li qegħdin iqimu lil Alla imma jbiddlu lill-​isem qaddis tiegħu bit-​titlu “Mulej” u jippreżentawh bħala Trinità misterjuża li attwalment ma tissemma mkien fil-​Bibbja. Xi prużunzjoni! Iktar minn hekk, huma jipprovaw jipperswadu lill-​poteri politiċi biex jipprojbixxu lix-​Xhieda taʼ Jehovah u jitfgħuhom il-​ħabs, bħalma għadu qed jiġri f’għadd kbir li jissorprendik taʼ pajjiżi madwar l-​art. Dawn l-​uħud tas-​suttana li jidgħu kontra l-​isem t’Alla se jaħsdu r-​rigal tagħhom, flimkien mas-​setturi kollha bħal nisa żienja taʼ Babilonja l-​Kbira.​—Rivelazzjoni 17:​1, 2, 15-18; 19:​1-3.

13. Jehovah liema kwalitajiet juri f’li jagħmel magħrufa t-​tjubija tiegħu?

13 F’kuntrast hieni t-​talba taʼ David tkompli: “Imma int, O Jehovah, inti Alla mimli ħniena u grazzjuż, bil-​mod biex tirrabja u abbundanti fil-​qalb tajba bl-​imħabba u f’dak li hu veru.” (Salm 86:15) Superlattivi, tabilħaqq, huma dawn il-​kwalitajiet t’Alla tagħna. Dawn il-​kelmiet jeħduna lura lejn il-​Muntanja Sinaj meta Mosè talab biex jara l-​glorja taʼ Jehovah. Jehovah wieġeb: “Jien innifsi se nġiegħel lit-​tjubija kollha tiegħi tgħaddi quddiem wiċċek, u jien se niddikjara l-​isem taʼ Jehovah quddiemek.” Imma wissa lil Mosè: “M’għandekx il-​ħila tara lil wiċċi, għaliex ebda bniedem ma jistaʼ jarani u madankollu jgħix.” Wara dan Jehovah niżel fis-​sħab, waqt li pproklama: “Jehovah, Jehovah, Alla mimli ħniena u grazzjuż, bil-​mod biex jirrabja u abbundanti fil-​qalb tajba bl-​imħabba u fil-​verità.” (Eżodu 33:​18-20; 34:​5, 6) David ikkwota dawn il-​kelmiet fit-​talba tiegħu. Kwalitajiet bħal dawn taʼ Jehovah ifissru ferm iktar għalina minn kwalunkwe dehra fiżika! Mill-​esperjenza tagħna stess, ma napprezzawx aħna t-​tjubija taʼ Jehovah kif inhi murija f’dawn l-​attributi mill-​aħjar?

“Sinjal li Jfisser Tjubija”

14, 15. Jehovah kif iwettaq għall-​qaddejja tiegħu “sinjal li jfisser tjubija”?

14 David mill-​ġdid jitlob bil-​ħniena għall-​barka taʼ Jehovah, billi jgħid: “Dur lejja u urini favur. Tassew agħti s-​saħħa tiegħek lill-​qaddej tiegħek, u tassew salva lil iben it-​tfajla rsira tiegħek. Wettaq miegħi sinjal li jfisser tjubija, biex dawk li qegħdin jobogħduni jistgħu jarawh u jistħu. Għax int innifsek, O Jehovah, għentni u farraġtni.” (Salm 86:​16, 17) David jirrikonoxxi li bħala ‘iben it-​tfajla rsira taʼ Jehovah,’ hu wkoll irid jappartjeni lil Jehovah. Hu l-​istess għalina llum li ddedikajna l-​ħajjiet tagħna lil Jehovah u s-​servizz tiegħu. B’hekk, nitolbu lil Alla tagħna biex iwettaq magħna “sinjal li jfisser tjubija.” It-​tjubija taʼ Jehovah tħaddan il-​kwalitajiet mill-​aħjar li għadna kif iddiskutejna. Fuq din il-​bażi, liema sinjal, jew turija, nistgħu nistennew li Jehovah jagħtina?

15 Jehovah hu d-​Donatur taʼ “kull għotja tajba u kull rigal perfett” u huwa ġeneruż, bħalma assigurana Ġesù, f’li jagħti “spirtu qaddis lil dawk li qegħdin jistaqsuh.” (Ġakbu 1:17; Luqa 11:13) Spirtu qaddis​—x’rigal imprezzabbli mingħand Jehovah! Permezz tal-​ispirtu qaddis, Jehovah jipprovdi ferħ lill-​qalb, saħansitra fi żmien taʼ persekuzzjoni. B’hekk, l-​appostli taʼ Ġesù, meta kienu għaddejjin ġuri għal ħajjithom, setgħu bil-​ferħ jiddikjaraw li Alla jagħti spirtu qaddis lil dawk li qegħdin jobdu lilu bħala ħakkiem. (Atti 5:​27-32) Il-​ferħ tal-​ispirtu qaddis wettaq magħhom “sinjal li jfisser tjubija.”

16, 17. (a) Jehovah ta liema sinjal tat-​tjubija tiegħu lil Pawlu u il Barnaba? (b) Liema sinjal kien mogħti lit-​Tessalonkin ippersegwitati?

16 Tul il-​korsa tal-​vjaġġ missjunarju tagħhom mill-​Asja Minuri, Pawlu u Barnaba ltaqgħu maʼ bosta diffikultajiet, saħansitra persekuzzjoni ħarxa. Meta ppridkaw f’Antijokija taʼ Pisidja, il-​Lhud ċaħduh il-​messaġġ tagħhom. B’hekk, huma daru lejn nies tal-​ġnus. B’liema riżultat? “Meta dawk tal-​ġnus semgħu dan, bdew jifirħu u jigglorifikaw il-​kelma taʼ Jehovah, u dawk kollha li kienu disposti sewwa għall-​ħajja taʼ dejjem saru jemmnu.” Imma il-​Lhud ħolqu storbju sħiħ, tant li dawk il-​missjunarji ntefgħu ’l barra mill-​pajjiż. Qatgħu qalbhom huma u l-​kredenti l-​ġodda minħabba f’dan? Lanqas xejn! Anzi, “[i]d-dixxipli komplew jiġu mimlijin b’ferħ u bi spirtu qaddis.” (Atti 13:​48, 52) Jehovah tahom dak is-​sinjal tat-​tjubija tiegħu.

17 Iktar tard, il-​kongregazzjoni l-​ġdida f’Tessalonika ġiet suġġetta għal persekuzzjoni. Dan wassal lill-​appostlu Pawlu biex jikteb ittra taʼ faraġ, fejn faħħar is-​sabar tagħhom taħt tribulazzjoni. Kienu ‘aċċettaw il-​kelma taħt ħafna tribulazzjoni bil-​ferħ tal-​ispirtu qaddis.’ (1 Tessalonkin 1:6) “Il-​ferħ tal-​ispirtu qaddis” kompla jsaħħaħhom bħala sinjal evidenti mingħand Alla li hu mimli ħniena u grazzjuż, bil-​mod biex jirrabja, u abbundanti fil-​qalb tajba bl-​imħabba u f’dak li hu veru.

18. Ħutna fl-​Ewropa tal-​Lvant kif urew apprezzament għat-​tjubija taʼ Jehovah?

18 Fi żminijiet riċenti, Jehovah esprima t-​tjubija tiegħu lejn ħutna leali fl-​Ewropa tal-​Lvant, billi ħammar wiċċ dawk li kienu jobogħduhom​—dawk li qabel kienu l-​persekuturi tagħhom. Għalkemm ġew dan l-​aħħar imserrħin wara għexur taʼ snin taʼ oppressjoni, dawn l-​aħwa maħbubin xorta għadhom iridu jissaportu, għax ħafna qegħdin jiffaċċjaw diffikultajiet ekonomiċi ħorox. Madankollu, ‘il-​ferħ tagħhom tal-​ispirtu qaddis’ ifarraġhom. Liema ferħ akbar jistgħu jkollhom huma milli jużaw il-​libertajiet tagħhom li għadhom kif kisbu biex jespandu l-​għoti taʼ Xhieda? Ħafna nies qegħdin jisimgħuhom, bħalma juru r-​rapporti tal konvenzjonijiet u l-​magħmudijiet.​—Qabbel Atti 9:31; 13:48.

Dak kollu li ġie diskuss f’dan l-​artiklu u f’dak taʼ qablu jidwi t-​talba ferventi taʼ David lil Jehovah: “Istruwini, O Jehovah. . .Għaqqad lil qalbi biex nibżaʼ minn ismek.” (Salm 86:11) Ejjew nagħmlu dawk il-​kelmiet tal-​yeartext tagħna għall-​1993 bħala tagħna stess hekk kif naħdmu b’qalbna kollha b’appoġġ għall-​interessi tas-​Saltna u b’apprezzament għat-​tjubija li maʼ taqtaʼ xejn taʼ dak Alla wieħed tagħna, il-​Mulej Sovran Jehovah.

[Noti taʼ taħt]

a Bħala ż-​“żerriegħa” mbassar, Ġesù kien werriet għas-​Saltna taʼ David u għalhekk kien “bin David” kemm f’sens litterali u kemm f’sens spiritwali.​—Ġenesi 3:15; Salm 89:​29, 34-37.

b Għal eżempji tal-​lum, ara l-​Yearbook of Jehovah’s Witnesses, edizzjonijiet tal-​1974, paġni 113-212; 1985, paġni 194-7; 1986, paġni 237-8; 1988, paġni 182-5; 1990, paġni 171-2; 1992, paġni 174-81.

Kif Twieġeb Int?

◻ X’indikaw billi nitolbu, “Istruwini, O Jehovah”?

◻ Xi jfisser li lil qlubna nagħmluhom magħqudin biex nibżgħu mill-​isem taʼ Jehovah? Jehovah kif se juri l-​qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu lejn dawk kollha li huma leali?

◻ Jehovah kif iwettaq magħna “sinjal li jfisser tjubija”?

19. Il-​kliem taʼ Salm 86:11 kif nistgħu nagħmluh tagħna stess?

[Kaxxa f’paġna 14]

It-​test tas-​sena għall-​1993: “Istruwini, O Jehovah. . .Għaqqad lil qalbi biex nibżaʼ minn ismek.”​—Salm 86:11.

[Stampa f’paġna 15]

Fil-​Konvenzjoni Internazzjonali “Uħud li Jġorru d-​Dawl” tax-​Xhieda taʼ Jehovah f’St. Petersburg, fir-​Russja, f’Gunju, 46,214 attendaw u 3,256 kienu mgħammdin. B’liema mod tal-​għaġeb dawn qegħdin jużaw it-​tjubija taʼ Jehovah, bil-​“ferħ tal-​ispirtu qaddis”!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja