LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 6/1 p. 31
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Materjal Simili
  • “Ħarreġ tifel skond it-triq xierqa għalih”
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2016
  • Ġenituri—Ħarrġu lil Uliedkom bl-Imħabba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Ħarreġ lit-​Tfal Tiegħek mill-​Infanzja
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
  • Ibni Familja Soda Spiritwalment
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 6/1 p. 31

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Jagħti Proverbji 22:6 garanzija li jekk it-​tfal Kristjani jiġu mħarrġin kif suppost, huma m’humiex se joħorġu mit-​triq taʼ Ġeħova?

Dan il-​vers jgħid: “Ħarreġ tifel jimxi fit-​triq it-​tajba; ma joħroġx minnha lanqas meta jixjieħ.” Sewwasew bħalma l-​irbit taʼ fergħa jeffettwa l-​forma tiegħu hekk kif jikber f’siġra, tfal li jiġu mħarrġin kif suppost huma iktar inklinati li jkomplu jaqdu lil Ġeħova meta jikbru. Bħalma jaf kull ġenitur, dan it-​taħriġ jinvolvi ħin u sforz konsiderevoli. Sabiex it-​tfal isiru dixxipli Kristjani, il-​ġenituri għandhom jistruwixxu, iwiddbu, jinkuraġġixxu, u jiddixxiplinaw lit-​tfal tagħhom bir-​reqqa kif ukoll jagħtuhom eżempju tajjeb. Dan għandhom jagħmluh b’mod konsistenti u bl-​imħabba għal ħafna snin.

Però, ifisser dan li jekk xi ħadd mill-​ulied ma jibqax jaqdi lil Ġeħova, it-​taħriġ tal-​ġenituri ma kienx kif suppost? F’xi każi, il-​ġenituri forsi naqsu fl-​isforzi tagħhom biex irabbu lil uliedhom fid-​dixxiplina u l-​gwida mentali taʼ Ġeħova. (Efesin 6:4) Mill-​banda l-​oħra, il-​proverbju m’huwiex garanzija li taħriġ tajjeb se jipproduċi tfal li huma leali lejn Alla. Il-​ġenituri ma jistgħux isawru lil uliedhom f’dak kollu li jridu huma. It-​tfal, bħall-​adulti, għandhom il-​libertà taʼ l-​għażla, u fl-​aħħar mill-​aħħar huma jridu jiddeċiedu x’ħajja se jgħixu. (Dewteronomju 30:​15, 16, 19) Minkejja l-​iktar sforzi ħabrieka tal-​ġenituri, xi tfal ma jibqgħux leali, bħal Salamun, li kiteb il-​vers li qed nikkunsidraw. Anki Ġeħova kellu wlied li ma baqgħux leali.

B’hekk, l-​iskrittura ma tfissirx li f’kull każ it-​tifel, jew it-​tifla, “ma joħroġx minnha” imma b’mod ġenerali dan ikun ir-​riżultat. X’inkuraġġiment hu dan għall-​ġenituri! Il-​ġenituri għandhom iħossuhom inkuraġġiti meta jkunu jafu li l-​isforzi ħabrieka tagħhom biex iħarrġu lil uliedhom fit-​triq taʼ Ġeħova se jipproduċu riżultati tajbin. Ladarba l-​irwol tagħhom huwa importanti u l-​influwenza tagħhom hija kbira, il-​ġenituri huma mħeġġin biex jieħdu l-​irwol tagħhom bis-​serjetà.​—Dewteronomju 6:​6, 7.

Anki meta t-​tfal ma jibqgħux jaqdu lil Ġeħova, il-​ġenituri li ħarrġu lil uliedhom b’mod diliġenti jistaʼ jkollhom it-​tama li wliedhom se jiġu f’sensihom. Il-​verità tal-​Bibbja hija qawwija, u t-​taħriġ tal-​ġenituri ma jintesiex malajr.​—Salm 19:8 (19:​7, NW).

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja